Nhar l-Erbgħa 20 ta’ April, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. mexxa l-Via Crucis Nazzjonali li kien organniżat minn Radju RTK flimkien mas-Segretarjat Pastorali tal-Knisja f’Malta. Dan sar fl-okkażjoni tal-beatifikazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu II u r-rabta tiegħu ma’ Malta.

Dan sar issir mas-swar tal-Imdina, fit-8.00 p.m. Il-Via Crucis bdiet minn ħdejn il-Knisja ta’ Santu Wistin fir-Rabat, għaddiet mit-toroq tal-Imdina u ntemmet quddiem Kattidral. It-Test tal-Via Crucis kien dak ta’ Ġwanni Pawlu II fl-okkażżjoni tal-Beatifikazzjoni tiegħu.

L-attivita’ ixxandret fuq Radju RTK (103 FM Stereo).

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]