Is-Segretarjat tal-Parroċċi flimkien mas-Segretarjat għal-Lajċi qed jorganizza Laqgħat ta’ Talb għall-Familji li għalihom l-insara Maltin kollha huma mistiedna jattendu sabiex ilkoll flimkien, kemm lajċi, kemm saċerdoti kif ukoll reliġjużi rġiel u nisa, jiltaqgħu f’mumenti ta’ talb għall-familji kollha ta’ pajjiżna. F’dawn il-laqgħat tintalab it-Talba tar-Rużarju tal-Familja u Adorazzjoni Ewkaristika.

Il-laqgħa li tmiss ser issir nhar it-Tlieta 26 t’April fis-7.30pm fil-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq bis-sehem tal-Parroċċi ta’ Ħal Kirkop, Mqabba, Qrendi u Ħal Safi li jiffurmaw parti mill-istess Unità 16.

Nhar it-Tlieta 19 t’April saret laqgħa oħra ta’ Talb għall-Familji.  Din saret fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl il-Baħar bis-sehem tal-Parroċċi ta’:

Unità 7 : Għargħur, Mġarr, Mosta, Naxxar

Unità 8 : Burmarrad, Manikata, Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Qawra