Arkivji mensili: Jannar 2012

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAL-KOPPJI MIŻŻEWĠA U GĦARAJJES

Għada, s-Sibt 14 ta’ Jannar 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jiċċelebra Quddiesa għal dawk li żżewġu matul l-2011. Din iċ-ċelebrazzjoni se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, fis-6:30 p.m.

Nhar il-Ħadd 12 ta’ Frar 2012, l-Arċisqof se jiċċelebra Quddiesa għall-għarajjes li se jiżżewgu din is-sena. Din iċ-ċelebrazzjoni se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, fis-6.30 p.m. Kompli aqra »

DISKUSS ABBOZZ TA’ LINJI GWIDA GĦALL-KAPPILLANI

Il-Kulleġġ tal-Kappillani f’dawn l-aħħar snin għamel diversi riflessjonijiet fuq temi attwali waqt il-Live-Ins annwali tiegħu u waqt il-laqgħat regolari tal-Kulleġġ. Dawn it-temi jolqtu direttament il-ministeru pastorali tal-kappillani u għalhekk ġew żviluppati linji-gwida li ġew diskussi waqt il-Live-in ta’ din is-sena. Il-preżentazzjoni ta’ dawn il-linji gwida saret minn Patri Joe Saliba O. Carm, Kappillan tal-parroċċa ta’ Fleur-de-Lys,  u Dun Albert Buhagiar, Arċipriet tal-parroċċa tal-Mosta… Kompli aqra »

IL-PAPA JGĦID LI L-EWKARISTIJA TAGĦTI L-QAWWA LIL MIN HU DGĦAJJEF U MITLUF

Eucharist

“L-Ewkarsitija issostni lil min hu għajjien u dgħajjef, lil min hu eżawrit jew mitluf. Barra minn hekk tittrasforma id-dnub tal-bniedem u d-dgħufija f’ħajja”. Dan kien kliem il-Papa Benedittu XVI fl-aħħar udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa. Huwa ffoka fuq Ġesu u l-Aħħar Ċena tiegħu mad-dixxipli, meta waqqaf is-Sagrament tal-Ewkaristija, “is-Sagrament tal-ġisem u d-demm, l-għotja tiegħu nnifsu li antiċipat l-istess għotja tiegħu nnifsu b’sagrifiċċju fuq is-salib, segwita mill-qawmien tiegħu mill-imwiet”, qal il-Papa… Kompli aqra »

Konkors Kanzunetta Jum Dinji taż-Żgħażagħ

L-Erbgħa 11 ta’ Jannar 2012 – il-Konkors Kanzunetta JDŻ huwa uffiċjalment miftuħ. Bands lokali jistgħu jieħdu sehem billi jdaħħlu kompożizzjoni oriġinali dwar it-tema: “Ifirħu dejjem fil-Mulej” (Fil 4,4).

Il-Konkors Kanzunetta JDŻ jagħti l-opportunità lill-mużiċisti nsara biex jiltaqgħu b’mod ġdid mal-Kelma ta’ Alla. Kull sena, il-Papa jipproponi liż-żgħażagħ vers mill-iskrittura biex dawn jirreflettu fuqu, u mbagħad, jiċċelebrawh nhar Ħadd il-Palm – il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ… Kompli aqra »

EMENDI GĦAR-RITI TAL-ĦATRIET TA’ KARDINALI ĠODDA

L-Uffiċċju għaċ-Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi tal-Papa introduċa emendi għall-Konċistorji Pubbliċi Ordinarji għal ħatriet ta’ Kardinali ġodda. Ir-riti applikabbli s’issa kienu riveduti u simplifikati bl-approvazzjoni tal-Papa. Dawn jinkludu l-unifikazzjoni ta’ tliet fażijiet – l-impożizzjoni tal-beritta, l-għoti taċ-ċurkett u l-għoti tat-titlu jew id-djakonat. Kienu modifikati wkoll il-Kolletta u t-talb konklussiv u tqassret il-proklamazzjoni tal-Kelma t’Alla.

Nhar is-6 ta’ Jannar 2012, il-Papa Benedittu XVI ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jaħtar 22 membru ġdid fi ħdan il-Kulleġġ tal-Kardinali… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAL-KUMMISSJONIJIET KATEKETIKA U DJAKONIJA TA’ BIRKIRKARA

Nhar is-Sibt 7 ta’ Jannar 2012, L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., iltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika ta’ Birkirkara bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu f’din il-parroċċa. Aktar tard, l-Arċisqof iltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija tal-istess parroċċa

AGĦFAS HAWN biex tara aktar ritratti taż-żjara pastorali tal-Arċisqof fl-Imdina

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

IL-PAPA JISTIEDEN LILL-ĠENITURI BIEX JITOLBU LIL ALLA LI JAF LILL-ULIED IKTAR MINNHOM

Pope Benedict XVI baptises one of 16 newborns during a solemn mass in the Sistine Chapel at the Vatican January 8, 2012.

Bħal ma hi t-tradizzjoni fil-festa tal-magħmudija tal-Mulej, il-Papa Benedittu XVI għammed grupp ta’ trabi u fl-okkażjoni, eżortaha lill-ġenituri sabiex iduru lejn Alla bit-talb. Qalilhom li Alla jaf lil uliedhom iktar milli jafuhom huma. “Li tedukaw hi sfida li titlob impenn, pero hi missjoni kbira – jekk titwettaq f’kollaborazzjoni ma’ Alla, li hu l-ewwel u l-veru edukatur ta’ kull bniedem”, qal il-Papa fil-Kappella Sistina… Kompli aqra »

IL-KUMMISSJONI LITURĠIJA TLAQQA’ LID-DIRETTURI U L-MEMBRI TAL-KORIJIET

Nhar il-Ħamis 5 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni Liturġija Interdjoċesana laqqgħet lid-diretturi, lill-membri ta’ korijiet u dawk kollha impenjati fis-servizz tal-kant liturġiku għall-preżentazzjoni  uffiċjali tal-ewwel minn tliet kotba ta’ Salmi Responsorjali li jitkantaw fil-Ħdud ta’ matul is-sena. Din l-attività saret f’Casa De Piro, l-Imdina, u għaliha attenda l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u madwar 80 ruħ minn parroċċi u organizzazzjonijiet oħra fi ħdan il-Knisja… Kompli aqra »