Arkivji mensili: Jannar 2012

IS-SORIJIET FRANĠISKANI TAL-QALB TA’ ĠESU’: 77 BEJN JUNIORS, NOVIZZI U POSTULANTI

Il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù fil-preżent għandha 39 juniors, 20 novizza u 18-il postulant. Dawn barra l-420 soru professa li għandha fil-11-il pajjiż fid-dinja, bl-akbar għadd – 231, kif mistenni, ikunu f’Malta.

Għada l-Ħadd, il-Kongregazzjoni tfakkar is-60 sena mill-mewt tal-fundatriċi, il-Qaddejja ta’ Alla, Madre Margerita de Brincat. Bħalissa f’Ruma għaddej il-proċess tal-beatifikazzjoni tagħha quddiem il-Kongregazzjoni tal-Qaddisin.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 21 ta’ Jannar

Mark 3, 20-21

Mbagħad Gesu mar id-dar, u l-kotra reġgħet inġemgħet, hekk li anqas biss setgħu jieklu.  Qrabatu, malli semgħu, ħarġu biex iżommuh, għax qalu li tilef moħħu.

Il-Qaddisa tal-jum: Santa Anjeza Kompli aqra »

SERVIZZ EKUMENIKU

Il-Ħamis 19 ta’ Jannar 2012 ġie organizzat Servizz Ekumeniku fil-Pro-Katidral Anglikan ta’ San Pawl, il-Belt Valletta. Dan is-servizz ta’ talb tmexxa mill-Kancillier Anglikan, Canon Simon Godfrey filwaqt li saret riflessjoni mill-Arcisqof Pawlu Cremona O.P. Is-servizz huwa parti mill-attivitajiet fl-okkazjoni tal-Gimgha ta’ Talb ghall-Ghaqda fost l-Insara bit-tema: “Ahna lkoll nitbiddlu bir-rebha permezz ta’ Sidna Gesu Kristu” (1 Kor 15:51-58).

AGĦFAS HAWN biex tniżżel il-ktejjeb imħejji mill-Kummissjoni Ekumenika tal-Knisja f’Malta fl-okkażjoni tal-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara 2012… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 20 ta’ Jannar

San Mark 3,13-19

Tela’ fuq l-għolja u sejjaħ lejh lil dawk li ried. Huma resqu lejh, u għażel tnax li semmiehom appostli biex jibqgħu miegħu u biex jibgħathom jippridkaw, u jkollhom is-setgħa li jkeċċu  x-xjaten. Għażel mela t-Tnax: Xmun, li tah ukoll l-isem ta’ Pietru, u Ġakbu ta’ Żebedew, u Ġwanni, ħu Ġakbu, li tahom ukoll l-isem ta’ Boanerges, jiġifieri wlied ir-ragħad,  u Indrì, u Filippu, u Bartilmew, u Mattew, u Tumas, u Ġakbu ta’ Alfew, u Taddew, u Xmun  il-Kanani, u Ġuda l-Iskarjota, dak li ttradieh… Kompli aqra »

PROGRAMM TAŻ-ŻJARA PASTORALI FIL-PARROĊĊA TAL-MADONNA TA’ LOURDES, SAN ĠWANN

Il-Ġimgħa, 20 ta’ Jannar

11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan, dwar iż-żjara pastorali f’din il-parroċċa.

Is-Sibt, 21 ta’ Jannar

4.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunita’ tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesu’.

5.45 p.m. L-Arċisqof iqaddes fil-Knisja Parrokkjali u wara jiltaqa’ man-nies.

Il-Ħadd, 22 ta’ Jannar

9.00 a.m. L-Arċisqof iqaddes fiċ-Ċentru taż-Żwejt u wara jiltaqa’ man-nies… Kompli aqra »

ANNIVERSARJU TAL-ORDINAZZJONI EPISKOPALI TAL-ARĊISQOF PAWLU CREMONA

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jiċċelebra l-ħames anniversarju tal-ordinazzjoni episkopali tiegħu b’Quddiesa Konċelebrata ta’ Radd il-Ħajr fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, nhar il-Ħadd 22 ta’ Jannar 2012, fil-5.30 p.m. Is-saċerdoti kollha huma mistiedna jikkonċelebraw u kulħadd huwa mistieden jattendi.

Nhar l-Erbgħa 25 ta’ Jannar, l-Arċisqof jiċċelebra għeluq is-66 sena tiegħu. Mons. Cremona twieled fl-1946. Hu ġie ordnat Isqof fis-26 ta’ Jannar 2007… Kompli aqra »

L-GĦARQA TAL-COSTA CONCORDIA: MIL-LENTI TAN-NISRANI

Costa Concordia

Għadhom għaddejjin l-isforzi fil-ħidma ta’ salvataġġ biex jinstabu l-21 persuna li għadhom rrappurtati nieqsa wara t-traġedja tal-vapur tal-passiġġieri Costa Concordia li nkalja u għereq ftit metri bogħod mill-gżira ta’ Giglio fl-Italja. Hekk kif dil-ħidma għadha fl-aqwa tagħha, għajnejn il-ħafna qraba jinsabu ffukati fuq l-għeżież tagħhom li għadhom ma nstabux, waqt li fuq fomm kulħadd il-ħafna rapporti fil-media dwar kif l-ekwipaġġ tal-vapur ġab ruħu fis-sitwazzjoni… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 19 ta’ Jannar

Mark 3,7-12

Ġesù telaq flimkien mad-dixxipli tiegħu għan-naħa tal-baħar, u kotra kbira mill-Galilija marret warajh; u mil-Lhudija, minn Ġerusalemm, mill-Idumija, min-naħa l-oħra tal-Ġordan, u mill-inħawi ta’ Tir u Sidon, kotra kbira ta’ nies, li semgħu b’kull ma kien għamel, marru ħdejh. Hu qal lid-dixxipli tiegħu biex iżommulu dgħajsa mħejjija fil-qrib minħabba l-kotra, biex ma jagħfsux fuqu; għax billi kien fejjaq ħafna nies dawk kollha li kellhom xi mard kienu jrossu fuqu biex imissuh… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAL-KUMMISSJONIJIET TAL-PARROĊĊA TA’ BIRKIRKARA

Nhar it-Tnejn 16 ta’ Jannar 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.  iltaqa’ mal-Kummissjoni Familja u Koppji Mexxejja tal-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu. Aktar tard, l-Arċisqof iltaqa’ mal-Kummissjoni Evanġelizzazzjoni, l-Kummissjoni Adolexxenti u Żgħażagħ u ż-Żgħażagħ tal-istess parroċċa.

AGĦFAS HAWN biex tara aktar ritratti taż-żjara pastorali tal-Arċisqof f’ Birkirkara.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

TIFTAĦ IL-ĠIMGĦA TA’ TALB GĦALL-GĦAQDA NISRANIJA

Week of Prayer 2012

.

Illum tiftaħ il-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara, magħrufa bħala l-Ġimgħa Ekumenika – li se ttul sa nhar l-Erbgħa 25 ta’ Jannar.  It-tema għal din is-sena se tiffoka fuq il-bidla ta’ kull bniedem permezz tar-rebħa ta’ Ġesu Kristu. Din il-ġimgħa hi promossa mill-Kunsill Dinji tal-Knejjes – li jiġbor madwar 349 Knisja li lkoll ifittxu l-għaqda, ix-xiehda komuni u s-servizz nisrani… Kompli aqra »