Arkivji mensili: Jannar 2012

LIVE-IN TAL-KAPPILLANI 2012

Mil-lum, it-Tlieta 10 ta’ Jannar 2012, il-kappillani tas-70 parroċċa f’Malta bdew Live-in ta’ tlett ijiem flimkien mal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.  Din is-sena, it-tema tal-Live-in hija ‘Id-Diaspora Maltija u r-rwol tal-Knisja li tindika t-triq’.

Il-kelma Diaspora ġejja mid-Diaspora tal-Lhud meta għaddew mill-esperjenza tal-Eżilju u tilfu l-art u dak kollu li kien jagħtihom identità bħala poplu t’Alla. Minn poplu magħqud b’kultura reliġjuża ċara u b’saħħitha, spiċċaw poplu mferrex u konfuż saħansitra fit-twemmin tiegħu… Kompli aqra »

Kalendarju tal-Attivitajiet minn KDŻ

Il-kalendarju t’attivitajiet ta’ KDŻ huwa mfassal biex jakkumpanja liż-żgħażagħ u l-komunitajiet tagħhom matul is-sena. Hekk kif bdejna sena ġdida, l-kalendarju issa jkopri x-xhur bejn Jannar u Ġunju. Joħroġ ċar li dan jagħti attenzjoni speċjali lil attivitajiet fomattivi u kollaborattivi.

L-ewwel fażi tal-kalendarju, li kienet bejn Ottubru u Diċembru 2011, ħejjiet it-triq għax-xhur li jmiss. Fost l-aktar avvenimenti li ġew milqugħa tajjeb hemm is-serje Between The Lines, li se titkompla matul ix-xhur li ġejjin… Kompli aqra »

KAPPILLAN ĠDID GĦALL-PARROĊĊA TAS-SIĠĠIEWI

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Joseph Grech bħala arċipriet tal-parroċċa tas-Siġġiewi.

Dun Joseph Grech twieled fil-Pieta’ fis-26 ta’ April 1970. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola Primarja tal-Mosta, il-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, Birkirkara, u l-iskola Ġan Franġisk Abela, l-Imsida. Kompla l-istudji terzjarji tiegħu fil-Fakultà tal-Arti u fil-Fakultà tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta.

Dun Joseph ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju, 1997… Kompli aqra »

F’JANNAR IL-PAPA JŻOMM FIT-TALB TIEGĦU LILL-VITTMI TAD-DIŻASTRI NATURALI

January Pope's prayer intentions

Il-Papa Benedittu XVI dax-xahar se jkun qed jitlob għall-vittmi tad-diżastri naturali. L-Appostolatura tat-talb tal-Papa ħabbret dan meta, bħal ma tagħmel kull xahar, ħabbret l-intenzjoni ġenerali u dik missjunarja tat-talb tal-Kap tal-Knisja Kattolika.

L-intenzjoni ġenerali għal Jannar 2012 hi “sabiex il-vittmi tad-diżastri naturali jirċievu l-komfort spiritwali u materjali li jeħtieġu sabiex jibnu ħajjithom mill-ġdid”.

L-intenzjoni missjunarja tal-Papa għal dax-xahar hi fukata fuq il-paċi, “sabiex id-dedikazzjoni tal-Insara għall-paċi tkun ta’ xiehda għall-Isem ta’ Kristu quddiem in-nies kollha ta’ rieda tajba”… Kompli aqra »

KJARIFIKA

L-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Kurja tal-Arċisqof jixtieq jiċċara rapporti li dehru f’sezzjonijiet tal-media lokali li qalu u taw x’jifhmu li l-qniepen tal-Knisja Parrokkjali ta’ Marsaxlokk ndaqqu bħala parti minn attivita politika li kienet qed issir fl-istess raħal. Dan mhuwiex minnu. Filfatt, il-qniepen tal-knejjes kollha llum qed idoqqu mota fl-okkażjoni tal-festa tal-Epifanija. Kompli aqra »

9 – 15 ta’ Jannar

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

5.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-qasam tal-MUSEUM tas-subien, Birkirkara bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu f’din il-parroċċa.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni li jixtiequ jkellmuh fuq il-parroċċa, fiċ-Ċentru Parrokkjali, Birkirkara.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’Live-In ta’ Aġġornament għall-Kappillani, s-Seminarju.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, s-Seminarju… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF SE JITLOB LI JINĦATAR ISQOF AWŻILJARJU ĠDID

L-Arċisqof ta’ Malta Mons Pawlu Cremona OP ilbieraħ qal li matul din is-sena huwa se jkun qed jitlob lis-Santa Sede sabiex f’Malta jinħatar Isqof Awżiljarju ieħor wara l-mewt tal-Isqof Annetto Depasquale.

L-Arċisqof qal dan waqt il-programm il-‘Polz taċ-Ċittadin’ li xxandar fuq Radju RTK ilbieraħ wara nofsinhar. Il-programm għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Tonio Bonello.

L-Arċisqof Cremona tenna li fir-realtà l-għażla ta’ Isqof Awżiljarju ssir mill-Vatikan u l-irwol tiegħu se jkun dak li jinnomina tliet ismijiet… Kompli aqra »

IL-PROVINĊJA AGOSTINJANA MALTIJA TIFRAĦ LIL PATRI PROSPERO GRECH

Il-Provinċja Agostinjana ta’ Malta tifraħ lil wieħed minn uliedha, P. Prospero Grech OSA għan-nomina tiegħu bħala Kardinal tal-Knisja Kattolika.

P. Prespero Grech OSA twieled il-Birgu nhar l-24 ta’ Diċembru 1925 u ingħata l-isem ta’ Stanley fil-magħmudija tiegħu. Huwa ingħaqad mal-Ordni ta’ Santu Wistin fl-1943. Fl-1946 intbagħat Ruma sabiex ikompli l-istudji teoloġiċi fil-Kulleġġ Internazzjonali Santa Monika. Kien ordnat presbiteru fil-25 ta’ Marzu 1950… Kompli aqra »

PROĠETT ŻWIEĠ B’SAĦĦTU

As part of the Cana Movement project Zwieg B’sahhtu, a talk will be organized on 11th January 2012 by Dr Rose Falzon on the emotional and cognitive intimacy of the married couple. Dr Falzon will highlight the importance of attending to the awareness of the self and the other, nurturing basic relationship qualities, developing and maintaining a healthy relationship, resolving conflict and adopting a positive approach… Kompli aqra »