Arkivji mensili: Frar 2012

HEMM BŻONN LI NINŻLU MINN FUQ IŻ-ŻIEMEL LI F’ĊERTU SENS ĦARAB BINA

“Aħna drajna żżejjed inserrħu ħarsitna fuq il-Kurċifiss! Tant drajna, li dik id-dehra miskina ta’ Alla, li fi kliem San Pawl ‘sar saħta għalina’ (Gal 3:13), m’għadha tfisser xejn għalina! X’ġara? Aħna wkoll hemm bżonn ‘ninżlu minn fuq iż-żiemel’ li f’ċertu sens ħarab bina; għax jekk nibqgħu sejrin hekk, hemm ir-riskju li naqgħu minn preċipizzju u nintilfu.”

Hekk tenna l-Isqof Mario Grech dan l-aħħar, waqt l-omelija li għamel fil-knisja tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, Marsalforn, fl-okkażjoni tal-festa tal-konverżjoni ta’ San Pawl… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF FL-OKKAŻJONI TAL-ORDINAZZJONI EPISKOPALI TA’ MONS. PROSPERO GRECH O.S.A.

Konkatidral ta’ San Ġwann

8 ta’ Frar 2012

Ħuti,

Aħna lkoll ħadna l-aħbar bil-ferħ li Patri Prospero Grech, Agostinjan kien magħżul mill-QT il-Papa biex ikun wieħed fost il-kardinali li se jiġu mogħtija l-kardinalat fil-Konċistoru tat-18 ta’ dan ix-xahar.  U fit-triq lejn din il-kardinalat, illum lil P. Prospero Grech il-Knisja se tagħnih bl-ordinazjoni episkopali. Issa waqt din iċ-ċelebrazzjoni huwa se jsir Isqof… Kompli aqra »

IĊ-ĊURKETT EPISKOPALI MOGĦTI BĦALA RIGAL LILL-MONS. PROSPERO GRECH

Nhar it-Tlieta 7 ta’ Frar 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., f’isem l-Arċidjoċesi ta’ Malta, ta ċ-ċurkett episkopali bħala rigal lill-Monsinjur Prospero Grech O.S.A. Dan iċ-ċurkett ser jintuża fiċ-ċelebrazzjoni tal-lum, l-Erbgħa 8 ta’ Frar. Is-Sur Joseph Galea ddiżinja ċ-ċurkett, u ħadmu fid-deheb s-Sur Vanni Bartolo. Iċ-ċurkett juri l-figura ta’ San Pawl bis-salib fuq naħa u l-lifgħa ħierġa mill-ħuġġieġa fuq naħa oħra. Iċ-ċurkett jirrapreżenta s-siġill tal-fidi u tal-għaqda ta’ mħabba tal-Isqof mal-Knisja tiegħu, imxebbħa ma’ għarusa… Kompli aqra »

MONS. PROSPERO GRECH JILTAQA’ MAL-MEMBRI TAL-ISTAMPA

Ritratt (fuq): Jonathan Borg (The Malta Independent)

Nhar it-Tlieta 7 ta’ Frar 2012, il-Kardinal Elett, Mons. Prospero Grech O.S.A., l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u Patri Emanuel Borg Bonello O.S.A., Provinċjal tal-Agostinjani f’Malta, indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet fil-Kurja tal-Arċisqof. Saret ukoll preżentazzjoni minn Dun Jesmond Manicaro, Delegat tal-Arċisqof għall-Liturġija, dwar il-Quddiesa tal-ordinazzjoni episkopali ta’ Mons. Grech.

Din kienet opportunità għall-membri tal-istampa biex isiru jafu mill-qrib lil Mons… Kompli aqra »

QUDDIESA GĦALL-GĦARAJJES LI SE JIŻŻEWĠU DIN IS-SENA

Nhar il-Ħadd 12 ta’ Frar 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jiċċelebra Quddiesa għall-għarajjes li se jiżżewgu din is-sena. Din iċ-ċelebrazzjoni se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fis-6.30 p.m.

Din iċ-ċelebrazzjoni hi organizzata mill-Moviment ta’ Kana. Kompli aqra »

IL-PAPA: “QUDDIEM IL-MARD EJJA NITOLBU ‘L ALLA GĦALL-GRAZZJA TAS-SABAR”

World day of the Sick

Il-Papa Benedittu XVI jikkummenta fuq il-Vanġelu li jirrakkonta l-fejqan li Ġesu għamel fuq diversi morda f’Kafarnahum. Jgħid li “l-erba’ evanġelisti, ilkoll jaqblu li, flimkien mal-predikazzjoni, il-fejqan tal-mard kien jikkostitwixxi l-attivita ewlenija ta’ Ġesu fil-ħajja pubblika tiegħu. Ġesu Kristu ġie fid-dinja biex jegħleb il-ħażen mill-għeruq tiegħu, u l-fejqan kien antiċipazzjoni tar-rebħa li hu kiseb eventwalment fuq il-mewt u l-qawmien”.

Jissokta jirrakkonta l-ġrajja meta Ġesu qal li t-tabib ma jeħtiġux min hu f’saħħtu imma l-morda… Kompli aqra »

MONS. PROSPERO GRECH JASAL MALTA

Mons. Prospero Grech O.S.A. wasal Malta llum, 6 ta’ Frar 2012, wara nofsinhar, fis-1:25 p.m. Huwa ġie milqugħ fl-Ajruport mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., min-Nunzu Appostoliku, Mons. Tommaso Caputo u mill-Arċisqof Emeritus Ġużeppi Mercieca.

Sir af lil Patri Prospero Grech. Ara l-edizzjoni speċjali ta’ Qalbinnies minn Ruma fuq YouTube billi tagħfas fuq dawn il-links:

L-ewwel parti

It-tieni parti

It-tielet parti

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

IL-PAPA JISTIEDEN LILL-KARDINALI GĦAL JUM TA’ TALB

Cardinal-designates praying with Pope Benedict XVI

Il-Kulleġġ tal-Kardinali u dawk li se jkunu qed jingħaqdu fi ħdanu f’konċistorju nhar it-18 ta’ dax-xahar, se jingħaqdu f’ġurnata talb u riflessjoni fuq stedina tal-Papa Benedittu XVI.

Dan ħabbru l-Vatikan meta qal li t-talb se jkun qed jiffoka fuq “it-tħabbira tal-Vanġelu llum, bejn ‘missio ad gentes’ u l-evanġelizzazzjoni l-ġdida”, tema li se tkun introdotta mill-Kardinal-elett Timothy Dolan ta’ New York, li huwa l-President tal-Konferenza Episkopali Amerikana… Kompli aqra »

6 – 12 Frar

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

1.30 p.m. L-Arċisqof jilqa’ lill-Kardinal Elett Mons. Prospero Grech O.S.A., mal-wasla tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Tfal ta’ San Ġiljan bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu fil-parroċċa.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija ta San Ġiljan.

It-Tlieta

9.55 a.m.  … Kompli aqra »