Arkivji mensili: Frar 2012

ITTRA PASTORALI GĦAR-RANDAN 2012 – TFAL

Għeżież tfal,

Wasalna għaż-żmien tar-Randan.  Dan huwa żmien li jfakkarna fit-tbatija, il-mewt u l-Qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu.  Dawn il-ġrajjiet huma tant importanti fil-ħajja tagħna li hemm bżonn naħsbu ftit aktar fuqhom u nippreparaw għalihom tul dawn l-erbgħin jum li ġejjin.  Dawn l-erbgħin jum iridu jgħinuna biex inġibu quddiem għajnejna dawn il-ġrajjiet billi nitolbu, iżda wkoll billi naraw kif jistgħu jgħinuna fil-ħajja tagħna… Kompli aqra »

MALTA LLUM IKOLLHA T-TIENI KARDINAL FL-ISTORJA

Malta llum se jkollha t-tieni Kardinal tagħha fl-istorja. Dalgħodu fil-Bażilika ta’ San Pietru, fil-Belt tal-Vatikan, il-Papa Benedittu XVI se jaħtar 22 Kardinal ġdid waqt konċelebrazzjoni solenni li matulha se jsir konċistorju “pubbliku”. Il-konċelebrazzjoni għandha tibda fl-10.30am u se tixxandar live fuq TVM u fuq Radju RTK.

Fost il-Kardinali l-ġodda se jkun hemm il-Malti l-Patri Prospero Grech OSA, li kien ordnat Arċisqof fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta fit-8 ta’ Frar… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 18 ta’ Frar

Mark 9,2-13

Sitt jiem wara Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni, tellagħhom weħidhom fuq muntanja għolja, u tbiddel quddiemhom. Lbiesu sar abjad u jgħammex b’dija ta’ l-għaġeb: ebda ħassiel fid-dinja ma jista’ jġib il-ħwejjeġ bojod daqshekk. U dehrilhom Elija ma’ Mosè, jitkellmu ma’ Ġesù. Qabad Pietru u qal lil Ġesù: “Mgħallem, kemm hu sew li aħna hawn! … Kompli aqra »

KARDINALI JITĦEJJEW GĦALL-KONĊISTORJU TAS-SIBT

Day of prayer and reflection before the Concistory

Il-Ġimgħa filgħodu bi tħejjija għall-Konċistorju tas-Sibt, il-membri tal-Kulleġġ tal-Kardinali u l-Kardinali-eletti, inkluż il-Malti Mons Prospero Grech, iltaqgħu fil-Vatikan għal ġurnata ta’ talb u riflessjoni, preseduta mill-Papa Benedittu XVI nnifsu, kif imħabbar ġimgħa ilu f’din ir-rokna hekk kif l-attivita tħabbret mill-Papa Benedittu XVI.

Skont komunikat pubbliku maħruġ mill-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, il-ġurnata bdiet biċ-ċelebrazzjoni tal-Lawdi, segwita minn inidirizz introduttorju mill-Kardinal Angelo Sodano, Dekan tal-Kulleġġ tal-Kardinali… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 17 ta’ Frar

Mark 8, 34-9,1

Sejjaħ lejh in-nies flimkien mad-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi u ta’ l-Evanġelju, isalvaha. Għax x’jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu? Xi prezz jista’ jagħti l-bniedem biex isalva ħajtu? … Kompli aqra »

ISQFIJIET EWROPEJ U AFRIKANI JISTUDJAW L-EVANĠELIZZAZZJONI

Symposium

Fl- Athenaeum Regina Apostolorum sar it-tieni simpożju tal-Isqfijiet Ewropej u dawk Afrikani. Dan qabel ma jsir is-Sinodu li jmiss fuq l-evanġelizzazzjoni, li hu skedat għal Ottubru li ġej. It-tema tas-simpożju hi “L-Evanġelizzazzjoni llum: Komunjoni u Kollaborazzjoni Pastorali bejn l-Afrika u l-Ewropa”, kif promossa mill-Kunsill tal-Konferenzi tal-Isqfijiet Ewropej u mis-simpożju tal-Konferenzi Episkopali tal-Afrika u l-Madagascar.

Fi ftuħ l-attivita, il-Kardinal Policarp Pengo enfasizza l-impenn tal-Knisja fl-Afrika biex tibqa’ tkun ta’ barka għall-kontinent u għad-dinja… Kompli aqra »

FORUM MILL-PROĠETTIMPENN DWAR IL-BILANĊ BEJN IL-FAMILJA U X-XOGĦOL

Nhar il-Ħamis 16 ta’ Frar 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. attenda seminar dwar il-bilanċ bejn il-ħajja fil-familja fuq il-post tax-xogħol, organizzat mill-ProġettImpenn fil-Lukanda Phoenicia.

Il-kelliema prinċipali kienu Dr Rita Borg Xuereb, President tal-Kummissjoni Djoċesana Familja, u s-Sur Joseph Farrugia, Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Maltija ta’ Min Iħaddem. Kien hemm ukoll qsim ta’ esperjenza minn koppja miżżewġa u messaġġ mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 16 ta’ Frar

Mark 8,27-33

Telaq Ġesù flimkien mad-dixxipli tiegħu lejn l-irħula ta’ Ċesarija ta’ Filippu. Huma u mexjin, lid-dixxipli tiegħu għamlilhom din il-mistoqsija: “Min jgħidu n-nies li jien?” Weġbuh u qalulu: “Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, wieħed mill-profeti.” “Imma intom,” staqsiehom,”intom min tgħidu li jien?” Qabeż Pietru u qallu: “Inti l-Messija.” Mbagħad ordnalhom ħafna biex ma jitkellmu ma’ ħadd fuqu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 15 ta’ Frar

Mark 8,22-26

Waslu Betsajda, u ħadu quddiem Gesu raġel agħma u talbuh imissu. Qabad l-agħma minn idu u ħadu barra mir-raħal, beżaqlu f’għajnejh, qiegħed idejh fuqu u staqsieh: “Qiegħed tara xi ħaġa?” Dak ħares ‘il fuq u qal: “Qiegħed nara n-nies, imma qiegħed narahom donnhom siġar mexjin.” Mbagħad raġa’ qegħedlu idejh fuq għajnejh, u beda jara ċar: u kien imfejjaq, hekk li sar jara kollox tajjeb mill-bogħod ukoll… Kompli aqra »