Arkivji mensili: Marzu 2012

PROGRAMM TAŻ-ŻJARA PASTORALI FIL-PARROĊĊA TAL-IBRAĠ

Il-Ġimgħa, 2 ta’ Marzu

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan, dwar iż-żjara pastorali f’din il-parroċċa.

Il-Ħadd, 4 ta’ Marzu

9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali u wara jiltaqa’ man-nies.

It-Tnejn, 5 ta’ Marzu

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-Katekiżmu fiċ-Ċentru tal-Katekeżi, fil-Knisja.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-katekisti tat-tfal fiċ-Ċentru Parrokkjali.

7.15 p.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 2 ta’ Marzu

Matthew 5,20-26

“Ngħidilkom li, jekk il-ħajja tajba tagħkom ma tkunx ħafna aħjar minn dik tal-kittieba u l-Fariżej, ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet.”Smajtu xi ntqal lin-nies ta’ dari, ‘La toqtolx.’ Mela jekk xi ħadd joqtol ikun ħaqqu l-kundanna. Imma jien ngħidilkom li  l-kundanna tistħoqq ukoll lil min jinkorla għal ħuh. Jekk imbagħad xi ħadd lil ħuh jgħidlu, ‘Ġifa’, ikun ħaqqu l-kundanna tas-Sinedriju; u jekk jgħidlu, ‘Iblah’, ikun ħaqqu n-nar ta’ l-infern… Kompli aqra »

L-INTENZJONIJIET TAL-PAPA GĦAL MARZU

Pope Praying

L-intenzjoni ġenerali tat-talb tal-Papa Benedittu XVI għal dan ix-xahar ta’ Marzu hi “biex id-dinja kollha tagħraf il-kontribut tal-mara fl-iżvilupp tas-soċjeta”.

L-appostolatura tat-talb tal-Papa, bħal ma tagħmel kull xahar, ħabbret l-intenzjonijiet tal-Papa fi ftuħ dan ix-xahar ġdid. Qalet ukoll li l-intenzjoni missjunarja tiegħu għal Marzu hi “biex l-Ispirtu s-Santu jimla bil-perseveranza lil dawk li jsofru diskriminazzjoni, persekuzzjoni jew saħansitra li jiffaċċjaw il-mewt minħabba t-twemmin tagħhom f’Ġesu, partikolarment fl-Asja”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 1 ta’ Marzu

Mattew 7, 7-12

“Itolbu, u jingħatalkom; fittxu, u ssibu; ħabbtu, u jiftħulkom. Għax kull min jitlob, jaqla’, min ifittex isib, u min iħabbat jiftħulu. Min hu dak il-bniedem fostkom li, jekk ibnu jitolbu biċċa ħobż, sejjer jagħtih ġebla? Jew jekk jitolbu ħuta, sejjer jagħtih serp? Mela jekk intom, nies ħżiena bħalkom, tafu tagħtu lil uliedkom ħwejjeġ tajba, kemm aktar Missierkom li hu  fis-smewwiet jagħti ħwejjeġ tajba lil min jitlobhomlu? … Kompli aqra »