Pope Praying

L-intenzjoni ġenerali tat-talb tal-Papa Benedittu XVI għal dan ix-xahar ta’ Marzu hi “biex id-dinja kollha tagħraf il-kontribut tal-mara fl-iżvilupp tas-soċjeta”.

L-appostolatura tat-talb tal-Papa, bħal ma tagħmel kull xahar, ħabbret l-intenzjonijiet tal-Papa fi ftuħ dan ix-xahar ġdid. Qalet ukoll li l-intenzjoni missjunarja tiegħu għal Marzu hi “biex l-Ispirtu s-Santu jimla bil-perseveranza lil dawk li jsofru diskriminazzjoni, persekuzzjoni jew saħansitra li jiffaċċjaw il-mewt minħabba t-twemmin tagħhom f’Ġesu, partikolarment fl-Asja”.