Arkivji mensili: Marzu 2012

IL-PAPA JDOQQ IL-QANPIENA TAL-KUNGRESS EWKARISTIKU INTERNAZZJONALI

Il-Papa Benedittu XVI bierek u daqq il-qanpiena uffiċjali tal-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali, qanpiena li ilha għall-aħħar sena iddur madwar l-Irlanda kollha bi tħejjija għall-Kungress dinji f’Ġunju.

Delegazzjoni Irlandiża, immexxija mill-Arċisqof Diarmuid Martin ta’ Dublin, President tal-Kungress 2012, ippreżentat lill-Papa bil-qanpiena żgħira fi ftuħ l-udjenza ġenerali ta’ din il-ġimgħa. Qabel, il-Papa iddawwar ma’ Pjazza San Pietru fejn iltaqa’ mad-delegazzjoni u daqq il-qanpiena. L-organizzaturi tal-Kungress qalu li mill-pellegrinaġġ tal-qanpiena mis-17 ta’ Marzu 2011, kwart ta’ miljun tal-pellegrini Iralndiżi diġa daqqewha… Kompli aqra »

PROGRAMM TAŻ-ŻJARA PASTORALI FIL-PARROĊĊA TA’ KRISTU RXOXT, PEMBROKE

Il-Ġimgħa, 16 ta’ Marzu

11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan tal-parroċċa ta’ Pembroke, Fr Rene Vella, dwar iż-żjara pastorali fil-parroċċa.

Is-Sibt, 17 ta’ Marzu

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ individwalment ma’ persuni li jixtiequ jkellmuh fuq il-parroċċa , fiċ-Ċentru Pastorali.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali u wara jiltaqa’ man-nies.

Il-Ħadd, 18 ta’ Marzu

9.30 a.m… Kompli aqra »

ISSIR IL-PREŻENTAZZJONI TAL-KTIEB PONTIFIĊJU 2012

Fi żmien sena, l-ammont ta’ Kattoliċi madwar id-dinja żdied bi ħmistax-il miljun. Skond ir -rapport annwali tal-Vatikan, fl-2010 kien hawn ftit iktar minn 1,196 miljun persuna kattolika. Dan ifisser żieda ta’ 1.3% fuq is-sena ta’ qabel. Dawn l-aħħar sentejn, l-ammont ta’ Kattoliċi mgħammda madwar id-dinja baqa stabbli, b’perċentaġġ ta’ madwar 17%.

L-ammont ta’ Kattoliċi mqabbla mal-popolazzjoni jvajra skont il-kontinent. Fl-Ewropa, persuni Kattoliċi naqsu b’0.2%… Kompli aqra »

IL-VJOLENZA TMUR KONTRA S-SALTNA T’ALLA

Il-Papa Benedettu Sittax qal li l-vjolenza tmur kontra s-saltna t’Alla. Fl-aħħar messaġġ tiegħu tal-Angelus, il-Papa qal li huwa impossibli li Ġesu jiġi interpretat bħala vjolenti. Huwa semma kif il-vjolenza ma tgħinx l-umanita filwaqt li għamel referenza għas-silta tal-Vanġelu dwar it-tkeċċija tal-bejjiegħa min-naħa ta’ Ġesu quddiem it-tempju.

Qal li l-azzjoni tiegħu ma qanqlet ebda reazzjoni mill-awtoritajiet għax tqieset bħala att profetiku. Il-profeti jaġixxu f’isem Alla… Kompli aqra »

ASSEMBLEA F’JUM IL-LAJĊI

Nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Marzu 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ipparteċipa fl-assemblea fl-okkażjoni ta’ Jum il-Lajċi, f’Santa Monika, Birkirkara. 

“Alla dejjem jgħaqqad id-don tiegħu max-xogħol tal-bniedem u dan minkejja id-dghufija u d-dnub li hemm fina.” Dan kien il-ħsieb prinċipali tal-messaġġ li Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona O.P. wassal lil dawk miġbura għall-assemblea li s-Segretarjat għal-Lajċi jorganizza kull sena biex ifakkar Jum il-Lajċi Nsara… Kompli aqra »

KAPPILLAN ĠDID GĦALL-PARROĊĊA TA’ SANTA LUĊIJA

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Malcolm Agius bħala Kappillan tal-Parroċċa ta’ Santa Luċija.

Dun Malcolm Agius twieled l-Imsida fit-18 ta’ Diċembru, 1981. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja ta’ Santa Eliżabetta tas-Sliema, Dun Ġuzepp Żammit Brighella Junior Lyceum, Ħamrun u Giovanni Curmi Higher Secondary, Naxxar. Kompla l-istudji terzarji fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta… Kompli aqra »

12 – 18 ta’ Marzu

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwalment u wara jiċċelebra magħhom Quddiesa li matulha Leonard Mintoff jirċievi l-ministeru tal-Akkolitat u jiekol magħhom fis-Seminarju tal-Virtu’.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Eċċ.za Rev.ma l-Isqof Joseph Kariyil ta’ Cochin, Indja, il-Kurja.

11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-istaff tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ), il-Kurja… Kompli aqra »

MONS. ĠUŻEPPI MERCIECA JISĦAQ LI L-GĦANA TAL-KNISJA HU KRISTU

“Jekk l-għana tal-Knisja ma jkunx Kristu, ċertament il-Knisja tkun fqira. Jekk l-Ispirtu ta’ Kristu ma jwarradx fil-Knisja, hija ċertament tkun sterili. Jekk l-arkitett tal-Knisja ma jkunx Kristu u l-ispirtu tiegħu ma jkunx is-siment li jgħaqqad flimkien il-ġebel ħaj li bih hija mibnija, allura l-bini tagħha jkun verament qed jiġġarraf. Jekk il-Knisja ma tkunx tirrifletti s-sbuħija unika ta’ wiċċ Kristu, il-Knisja ma jkollhiex sbuħija.”

Hekk qal l-Arċisqof Emeritu Mons Ġużeppi Mercieca fl-omelija li għamel fil-quddiesa konċelebrata ta’ Radd il-Ħajr li mexxa l-Ħamis fil-Katidral tal-Imdina, fl-okkażjoni tas-60 anniversarju tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAL-KUMMISSJONI DJAKONIJA U L-ANIMATURI TAL-EVANĠELIŻAZZJONI TA’ TAL-IBRAĠ

Nhar it-Tlieta 6 ta’ Marzu 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremoma O.P. iltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija, fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ Tal-Ibraġ. Aktar tard, l-Arċisqof iltaqa’ mal-Animaturi tal-Evanġeliżazzjoni tal-istess parroċċa.

AGĦFAS HAWN biex tara aktar ritratti taż-żjara pastorali tal-Arċisqof f’ Tal-Ibraġ.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »