Arkivji mensili: Marzu 2012

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF FIL-FUNERAL TAL-PRESIDENT EMERITUS DR ĊENSU TABONE

Konkatidral ta’ San Ġwann

17 ta’ Marzu 2012

Ħuti,

Minn mindu tħabbret il-mewt ta’ Dr Ċensu Tabone, il-media kollha kienu mimlija bil-bravura ta’ Dr Tabone, u sirna nafu ħafna affarijiet li forsi mhux kulħadd kien jaf fuq kemm il-figura tiegħu kienet importanti għall-istorja kollha ta’ Malta, ġo pajjiżna u barra minn pajjiżna.

Aħna ġejna hawnhekk illum biex naraw din ir-realta li qegħdin ngħixu fid-dawl tal-fidi nisranija u flimkien se nippruvaw nagħmlu riflessjoni Nisranija fuq din il-ġrajja.  … Kompli aqra »

MIET FR PETER SERRACINO INGLOTT

Fr Peter Serracino Inglott ilbieraħ mar jiltaqa’ mal-Ħallieq fis-sema, wara żmien rikoverat fl-Isptar Mater Dei. Is-saċerdot filosofu, eks-Rettur tal-Università ta’ Malta u għal ħafna snin konsulent tal-Prim Ministru Dr Eddie Fenech Adami, miet fl-età ta’ 75 sena.

Il-funeral ta’ Fr Peter, kif kien magħruf minn kulħadd, se jsir nhar il-Ġimgħa li ġej fid-9.30am. Mill-Isptar Mater Dei l-korteo funebri se jgħaddi mill-kampus tal-Università fejn il-korp akkademiku u l-istudenti se jagħtuh l-aħħar tislima… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 17 ta’ Marzu

Mark 16, 15-20

U qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.” U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF WAQT IL-PELLEGRINAĠĠ TAR-REDENTUR FL-ISLA

Knisja tar-Redentur, l-Isla

16 ta’ Marzu 2012

Ħuti,

Aħna għamilna dan il-pellegrinaġ flimkien, din il-mixja akkompanjati mix-xbieha tar-Redentur.  Ġejna hawnhekk għaliex ilkoll inħossuna imqanqlin minn dak li jirrapreżenta lir-Redentur, dak li ta ħajtu għalina biex aħna jkollna l-ħajja, u l-ħajja ta’ dejjem.

Xtaqt illum nitkellem fuq tliet mixjiet li rridu jdawwlulna t-triq tagħna fil-ħajja tagħna bħala nsara.  … Kompli aqra »

KOPPJA MIŻŻEWĠA TĦEJJI L-VIA SAGRA TAL-PAPA

Waqt dan iż-żmiem liturġiku tar-Randan, bi tħejjija għall-ikbar festa tal-Knisja Kattolika, l-Għid il-Kbir, tħabbar fil-Vatikan li t-test tal-meditazzjoni għall-Mixja tas-Salib li se ssir fil-Kolossew fil-Ġimgħa l-Kbira, inkiteb minn Danilo u Anna Maria Zanzucchi, i-koppja miżżewġa u fundaturi tal-Moviment tal-Familji l-ġodda, li jagħmel parti mill-Moviment tal-Fokolari.

It-tema tal-meditazzjoni se tkun ‘Il-Familja’, bil-Mixja tas-Salib tieħu l-bixra tradizzjonali tagħha f’14-il stazzjon.
Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 16 ta’ Marzu

Mark 12,28-34

Wieħed mill-kittieba semagħhom jitlewwmu bejniethom, u, meta ra kemm Ġesù kien weġibhom tajjeb, resaq fuqu u staqsieh: “Liema wieħed fost il-kmandamenti kollha huwa l-ewwel?” Ġesù wieġbu: “L-ewwel wieħed huwa dan: Isma’ Iżrael; il-Mulej, Alla tagħna, Mulej wieħed hu, u int għandek tħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha. U t-tieni hu dan: Ħobb lil għajrek bħalek innifsek… Kompli aqra »

IL-PAPA JDOQQ IL-QANPIENA TAL-KUNGRESS EWKARISTIKU INTERNAZZJONALI

Il-Papa Benedittu XVI bierek u daqq il-qanpiena uffiċjali tal-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali, qanpiena li ilha għall-aħħar sena iddur madwar l-Irlanda kollha bi tħejjija għall-Kungress dinji f’Ġunju.

Delegazzjoni Irlandiża, immexxija mill-Arċisqof Diarmuid Martin ta’ Dublin, President tal-Kungress 2012, ippreżentat lill-Papa bil-qanpiena żgħira fi ftuħ l-udjenza ġenerali ta’ din il-ġimgħa. Qabel, il-Papa iddawwar ma’ Pjazza San Pietru fejn iltaqa’ mad-delegazzjoni u daqq il-qanpiena. L-organizzaturi tal-Kungress qalu li mill-pellegrinaġġ tal-qanpiena mis-17 ta’ Marzu 2011, kwart ta’ miljun tal-pellegrini Iralndiżi diġa daqqewha… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 15 ta’ Marzu

Luke 11,14-23

Ġesù kien qiegħed ikeċċi xitan, li kien imbikkem. Meta x-xitan ħareġ, l-imbikkem tkellem, u n-nies stagħġbu. Iżda xi wħud minnhom qalu: “Bis-saħħa ta’ Begħelżebul, il-prinċep tax-xjaten, qiegħed ikeċċihom ix-xjaten.” Oħrajn, biex iġarrbuh, riedu mingħandu sinjal mis-sema. Iżda hu ntebaħ x’kienet il-fehma tagħhom, u qalilhom: “Kull saltna maqsuma fiha nfisha ssir ħerba, u taqa’ dar fuq oħra… Kompli aqra »

PROGRAMM TAŻ-ŻJARA PASTORALI FIL-PARROĊĊA TA’ KRISTU RXOXT, PEMBROKE

Il-Ġimgħa, 16 ta’ Marzu

11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan tal-parroċċa ta’ Pembroke, Fr Rene Vella, dwar iż-żjara pastorali fil-parroċċa.

Is-Sibt, 17 ta’ Marzu

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ individwalment ma’ persuni li jixtiequ jkellmuh fuq il-parroċċa , fiċ-Ċentru Pastorali.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali u wara jiltaqa’ man-nies.

Il-Ħadd, 18 ta’ Marzu

9.30 a.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 14 ta’ Marzu

Mattew 5, 17-19

“Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-perfezzjoni. Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox. Jekk mela xi ħadd iġib fix-xejn wieħed  mill-iżgħar minn dawn il-kmandamenti u jgħallem lin-nies biex jagħmlu l-istess, dan jissejjaħ l-iżgħar fis-Saltna tas-Smewwiet… Kompli aqra »