Arkivji mensili: Marzu 2012

ĊELEBRAZZJONI TAS-60 SENA ANNIVERSARJU MILL-ORDINAZZJONI SAĊERDOTALI TA’ MONS. MERCIECA

Il-Ħamis 8 ta’ Marzu 2012, ġiet ċċelebrata Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fil-Katidral tal-Imdina fl-okkażjoni tas-60 sena anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tal-Arċisqof Emeritus Ġużeppi Mercieca.

Ma’ Mons. Mercieca kkonċelebraw l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., Mons. Isqof Mario Grech, Mons. Isqof Francis Adeodato Micallef OCD, il-Monsinjuri tal-Kapitlu Metropolitan u għadd sostanzjali ta’ saċerdoti djoċesani u reliġjuzi, fosthom Dun Ġwann Mercieca, hu Mons. Mercieca… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF ĠUŻEPPI MERCIECA GĦAS-SITTIN ANNIVERSARJU TAL-ORDINAZZJONI SAĊERDOTALI

Katidral tal-Imdina

8 ta’ Marzu 2012

Il-Missjoni tas-Saċerdot

Fil-bidu tal-ftit riflessjonijiet li jiena nixtieq nagħmel f’din il-Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr lil Alla fl-okkażjoni tas-Sittin Anniversarju tal-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħi, irrid nistqarr ir-rikonoxximent tiegħi lir-Reverendissimu Kapitlu Metropolitan, li għogbu jorganizza din iċ-ċelebrazzjoni.

Apprezzajt ħafna meta, xi ġimgħat ilu, ġie għandi, l-Imdina, Mons. Karm Zammit biex jurini x-xewqa tal-Kapitlu Metropolitan li jagħmilli l-festa ta’ dan l-anniversarju.  … Kompli aqra »

IL-MESSIKU JISTENNA BIL-ĦERQA Ż-ŻJARA TAL-PAPA

Pope's visit to Mexico

Il-Papa Benedittu XVI se jkun qed iżur il-Messiku bejn it-23 u s-26 ta’ dan ix-xahar ta’ Marzu. Din se tkun l-ewwel żjara tiegħu f’dan il-pajjiż, li l-predeċessur tiegħu, Papa Ġwanni Pawlu II, żar ħames darbiet. Din iż-żjara se tkun l-ewwel parti minn mawra f’żewġ pajjiżi tal-Amerika Latina.Wara li jħalli l-Messiku, l-Papa se jżur Kuba għal tliet ijiem.

In-Nunzju Appostoliku għall-Messiku, l-Arċisqof Christophe Pierre, qal li l-poplu tal-pajjiż qed jistenna ż-żjara bl-ikbar ħerqa… Kompli aqra »

IL-PAPA JIFRAĦ LILL-ARĊISQOF EMERITUS ĠUŻEPPI MERCIECA

The Pope’s Message reads as follows:

On the happy occasion of the Sixtieth Anniversary of the ordination to the priesthood of the Most Reverand Joseph Mercieca, Archbishop Emeritus of Malta, I give thanks to God for the many graces bestowed on the Church through the Archbishop’s pastoral charity and dedicated ministry. I pray that the Holy Spirit will continue to sustain Archbishop Mercieca with strong faith and generous love… Kompli aqra »

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI AMBJENT

Il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent tirreferi għall‑aħbar li xxandret fil-media, fejn intqal li l‑Gvern offra l‑possibbiltà li l‑Kulleġġ Santu Wistin fil‑Pietà juża l‑iskola medika ta’ Gwardamanġa bħala skola primarja, minflok li jsir bini ġdid.

Il-Kummissjoni temmen li din il‑proposta tista’ tkun għażla fejn waqt li art mhux mibnija tkun salvata, il‑bżonnijiet li jinħassu sabiex inkabbru l‑faċilitajiet tal‑iskejjel ikunu xorta moqdija. Huwa dan l‑istil ta’ raġunar li għandna bżonn naslu għalih sabiex naċċertaw li jkollna żvilupp sostenibbli f’dawn il‑gżejjer… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAT-TFAL U L-KATEKISTI TA’ TAL-IBRAĠ

Nhar it-Tnejn 5 ta’ Marzu 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.  iltaqa’ mat-tfal li jattendu l-Katekiżmu fiċ-Ċentru tal-Katekeżi, fil-Knisja ta’ Tal-Ibraġ bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu fil-parroċċa. Aktar tard, l-Arċisqof iltaqa’ mal-katekisti tat-tfal fiċ-Ċentru Parrokkjali.

AGĦFAS HAWN biex tara aktar ritratti taż-żjara pastorali tal-Arċisqof f’ Tal-Ibraġ.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

IL-ĦTIEĠA TAS-SILENZJU FIR-RELAZZJONI MA’ ALLA

The importance of silence in our relationship with God

Fl-udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa, il-Papa Benedittu XVI, dil-ġimgħa kkonkluda s-serje ta’ katekeżi dwar it-talb ta’ Ġesu. L-iktar punt li l-Papa saħaq dwaru kien l-importanza tas-silenzju fir-relazzjoni ma’ Alla.

“Fil-ħajja u fit-talb ta’ Ġesu, speċjalment fl-esperjenza tas-salib, naraw kontinwament l-użu tal-kelma u tas-silenzju. Is-silenzju ta’ Ġesu fuq is-salib hu l-aħħar kelma lill-Missier, l-iprem talba… Kompli aqra »

IL-PAPA JGĦID LI L-FIDI HI D-DAWL F’TARF IL-MINA TAL-PROBLEMI TAL-ĦAJJA

Pope during lenten talks

Il-Papa Benedittu XVI qal li meta l-ħajja tkun tixbaħ mina mdallma u siekta, il-fidi tkun dik li tagħti d-dawl nisrani, dik li tqanqal il-mużika. Fi tmiem il-ġimgħa ta’ eżerċizzi spiritwali fil-Vatikan, immexxija mill-Kardinal tal-Kongo Laurent Monsegwo Pasinya ta’ Kinshasa, il-Papa qal li laqtitu l-esperjenza li rrakkonta l-Kardinal dwar ħabib tiegħu li ntilef minn sensieh u daħal f’koma u bħal daħal f’mina mdallma, biex imbagħad f’tarfha ra xaqq dawl u sema’ mużika ħlejja… Kompli aqra »