Arkivji mensili: Marzu 2012

SAN ĠUŻEPP: MUDELL GĦALL-MISSIRIJIET

St.Joseph

il-festa ta’ San Ġużepp, ir-raġel tal-Imqaddsa Marija verġni, u padrun tal-Knisja Universali, il-Papa fakkar lil kull min jismu bħalu, għal San Ġużepp. Ir-riflessjonijiet tal-ġurnata għamilhom il-Kap tas-servizz Ingliż għall-Afrika  fi ħdan Radju Vatikan, Fr Moses Hamungole. Huwa tkellem dwar ir-rwol ta’ San Ġużepp fil-ħajja tal-Knisja.

“Hija l-ġurnata li fiha niċċelebraw il-missirijiet kollha. Li tkun missier mhix sfida faċli – hemm ħafna diffikultajiet li jmorru magħha… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 20 ta’ Marzu

Gwanni 5,1-3.5-16

Wara dan, il-Lhud kellhom festa, u Ġesù tela’ Ġerusalemm. F’Ġerusalemm, maġenb il-menqgħa tal-Bieb tan-Nagħaġ, hemm bini b’ħames loġoġ, li bil-Lhudi jgħidulu Betzata. U kien hemm raġel li kien ilu tmienja u tletin sena marid. Ġesù rah qiegħed hemm, u meta sar jaf li kien ilu marid dak iż-żmien kollu qallu: “Trid tfiq?” “Sinjur,” wieġbu l-marid, “ma għandix min jitfagħni fil-menqgħa xħin jitqanqal l-ilma, għax waqt li nkun sejjer jien ħaddieħor jinżel qabli.” Qallu Ġesù: “Qum, aqbad friexek u imxi!” Minnufih dak ir-raġel fieq, qabad friexu u beda miexi… Kompli aqra »

FTUĦ TAŻ-ŻJARA PASTORALI F’PEMBROKE

Nhar is-Sibt 17 ta’ Marzu 2012, l-Arċisqof iċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ Pembroke fil-ftuħ taż-żjara pastorali tiegħu fil-parroċċa.

AGĦFAS HAWN għal aktar informazzjoni dwar iż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof fil-parroċċa tiegħek.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

ŻJARA F’MALTA TAL-KARDINAL BRAZ DE AVIZ

Nhar is-Sibt 24 ta’ Marzu ser jasal Malta l-Kardinal Joao Braz de Aviz, Prefett tal-Kongregazzjoni tal-Ħajja Konsagrata u tas-Soċjetajiet ta’ Ħajja Apostolika. Il-Kardinal Braz de Aviz ser jiġi Malta fuq stedina tas-Superjuri Reliġjużi Maġġuri biex jiltaqa’ mal-patrijiet u  s-sorijiet Maltin u Għawdxin. Din il-laqgħa ser issir nhar it-Tnejn 26 ta’ Marzu fil-5.00 p.m. fis-Sala tas-Sorijiet Agostinjani, Fleur-de-Lys.

L-ewwel laqgħa tal-Kardinal mar-reliġjużi ser tkun l-istess jum tal-wasla tiegħu,  is-Sibt 24 ta’ Marzu, fejn fis-6.30 p.m… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR IL-PARTEĊIPANTI TAL-MARATONA BIR-ROTI

Nhar is-Sibt 17 ta’ Marzu, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar il-parteċipanti tal-Maratona bir-Roti fil-Liċeo, Ħamrun, b’risq id-djar tat-tfal immexxija mis-Sorijiet Ursolini.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

MUDELL … INFITTXU LI NIMITAWH

Nhar l-Erbgħa Malta nħasdet bl-aħbar tal-mewt tal-President Emeritu Dr Ċensu Tabone, ġimgħatejn biss bogħod minn għeluq id-99 sena tiegħu. B’kulħadd konxju mill-età avvanzata tiegħu, xorta waħda l-mewt tiegħu ħasdet. Nemmnu li ħasdet, mhux sempliċiment għax il-mewt min-natura tagħha ġġib firda u sentimenti negattivi, iżda għax il-kwalitajiet distinti ta’ bniedem bħalma kien Ċensinu, kif jibqa’ magħruf fost ħafna, kulħadd bħal donnu jittama li ma jmutu qatt… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 19 ta’ Marzu

Matthew 1,16.18-21,24

Ġakobb nissel lil Ġużeppi, ir-raġel ta’ Marija, li minnha twieled Ġesù li jsejjħulu l-Messija. It-tnissil ta’ Ġesù l-Messija sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm bil-ħidma ta’ l-Ispirtu s-Santu. Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies. Meta kien għadu qiegħed jaħsibha, deherlu anġlu tal-Mulej fil-ħolm u qallu: “Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tieħu għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu  s-Santu… Kompli aqra »

10 – 25 ta’ Marzu

It-Tnejn

11.00 a.m. L-Arċisqof iżur ħaddiema ta’ diversi kumpaniji li jagħmlu xogħol volontarju, fl-Isptar Mount Carmel.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, l-Kurja.

5.00 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-ċentru tal-Katekeżi ta Pembroke, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu fil-parroċċa.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika ta Pembroke.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, Kummissjoni Ekonomiku Parrokkjali u mal-Kummissjoni Implimentzzjoni Sinodu ta Pembroke… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 18 ta’ Marzu

Ir-Raba’ Hadd tar-Randan

Gwann 3, 14-21

Kif Mosè rafa’ s-serp  fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem, biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu… Kompli aqra »

ELF MINUTA

Il-Kappillan tal-Parrocca ta’ Pembroke, Dun Rene Vella, ppreżenta lill-Arċisqof Pawlu Cremona, kopja tal-proġett ‘Elf Minuta’ mniedi mill-istess parroċċa bi tħejjija għaż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof. Il-preżentazzjoni saret matul il-Quddiesa fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali nhar is-Sibt 17 ta’ Marzu 2012.

Il-proġett ‘Elf Minuta’ jikkonsisti f’inizjattiva ta’ għaxar minuti talb kuljum għal mitt jum, mit-8 ta’ Diċembru 2011, il-jum li fih  il-Parroċċa ta’ Pembroke ċċelebrat is-seba’ anniversarju mit-twaqqif tagħha, sas-16 ta’ Marzu 2012, l-aħħar jum ta’ tħejjija u l-bidu taż-żjara pastorali tal-Arċisqof… Kompli aqra »