Arkivji mensili: Marzu 2012

KONKLUZZJONIJIET TAL-KONFERENZA ‘BIŻŻEJJED GĦAL KULĦADD’

Sa mit-twaqqif tagħha, il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent dejjem emmnet li l-Knisja ma tistax  tgħix f’iżolament mir-realtajiet tal-ħajja, imma trid tidħol fl-istorja tal-bniedem b’mod l-aktar sħiħ u attiv. Għalhekk fil-ħidma tagħha, il-Kummissjoni dejjem stinkat sabiex toħloq opportunitajiet li jwasslu lis-soċjetà Maltija ħalli tirrifletti fuq l-istil ta’ ħajja li tgħix u l-għażliet li tagħmel. Aktar minn hekk, il-Kummissjoni taħdem ukoll sabiex toffri riflessjoni Evanġelika dwar il-ġrajjiet li nkunu qed nesperjenzaw u b’hekk tgħin fit-tfassil ta’ etika ambjentali… Kompli aqra »

JUM IL-LAJĊI

Is-Segretarjat għal-Lajċi qed jorganizza konferenza fl-okkażjoni ta’ Jum il-Lajċi, nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Marzu, 2012. It-tema għal dan is-sena hi ‘Il-Lajkat Nisrani u l-Appostolat tal-Lajċi: Teżori u Ġarar tal-Fuħħar’. L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jipparteċipa u jagħmel diskors f’għeluq il-konferenza li se ssir fis-Sala Marija Tereża Spinelli, Triq Bigella, Birkirkara (fuq wara tal-iskola Santa Monika). Il-konferenza tibda fis-6.30 p.m. b’diskors mill-Pro-Vigarju Ġenerali, Mons. Anton Gouder… Kompli aqra »

IS-SITTIN SENA ANNIVERSARJU TAL-ORDINAZZJONI SAĊERDOTALI TAL-ARĊISQOF ĠUŻEPPI MERCIECA

Fl-okkażjoni tas-Sittin Anniversarju tal-Ordinazzjoni Saċerdotali ta’ Mons. Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca, il-Kapitlu Metropolitan qed jorganizza Quddiesa Konċelebrata ta’ Radd il-Ħajr, li se ssir nhar il-Ħamis, 8 ta’ Marzu 2012, fil-Katidral tal-Imdina, fis-6.00pm.

Mons. Mercieca ġie ordnat saċerdot minn Mons. Isqof Ġużeppi Pace fit-8 ta’ Marzu 1952, f’Għawdex.

Mons. Mercieca twieled Victoria, Għawdex, fil-11 ta’ Novembru 1928.  … Kompli aqra »

FTUĦ TAŻ-ŻJARA PASTORALI F’TAL-IBRAĠ

Nhar il-Ħadd 4 ta’ Marzu 2012, l-Arċisqof iċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ Tal-Ibraġ fil-ftuħ taż-żjara pastorali tiegħu fil-parroċċa.

AGĦFAS HAWN għal aktar informazzjoni dwar iż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof fil-parroċċa tiegħek.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

IL-KUNGRESS EWKARISTIKU F’DUBLIN B’MIRI GĦOLJIN GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

IEC-2012

Il-Kungress Ewkaristiku internazzjonali li se jsir f’Dublin, l-Irlanda, fis-sajf li ġej, għandu l-għan li jattira żgħażagħ bi programm deskritt bħala “wieħed mill-iktar programmi ta’ ministeru taż-żgħażagħ ambizzjużi li qatt kienu preżentati fil-pajjiż”.

Iż-żgħażagħ qed ikunu mistiedna mill-Irlanda kollha sabiex jattendu għaċ-ċelebrazzjoni tal-fidi fil-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali ta’ Ġunju li ġej. Il-programm “Go! Be Church!” se jsir fiż-żona magħrufa bħala Chiara Luce Youth Space, u għandha l-għan li tilħaq żgħażagħ fl-eta ta’ bejn is-17 u l-25 sena… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JIXGĦEL IL-FJAKKOLA BENEDITTINA GĦALL-PAĊI

Il-Ħadd 4 ta’ Marzu 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. xegħel il-Fjakkola Benedittina għall-Paċi waqt ċelebrazzjoni Ewkaristika li saret fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Mal-Arċisqof Cremona kkonċelebraw Mons. Pietro Vittorelli, Abbati tal-Monasteru ta’ Monte Cassino u Mons. Renato Boccardo, Arċisqof ta’ Spoleti, Norcia. Il-Quddiesa kienet animata mill-Kor Benedittin ta’ Monte Cassino. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni, barra l-Konkatidral, saret preżentazzjoni medjevali tal-korteo storiku Terra Sancti BenedectiKompli aqra »

5 – 11 ta’ Marzu

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-Katekiżmu fiċ-Ċentru tal-Katekeżi, fil-Knisja TA’ Tal-Ibraġ bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu fil-parroċċa.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-katekisti tat-tfal fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ Tal-Ibraġ.

7.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, mal-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali u mal-Kummissjoni Implimentzzjoni Sinodu, fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ Tal-Ibraġ… Kompli aqra »

KJARIFIKA

Reference is made to the article “MP does not rule out gay marriages Bill”, published in The Times, today Saturday 3rd March 2012. Throughout the article, at times reference is made to “gay marriage” and at other times reference is made to “gay civil unions”, in such a way that it is not clear to which the article is referring.  A case in point is the comment attributed to Hon… Kompli aqra »

DELEGAZZJONI TALJANA TASAL MALTA GĦALL-FJAKKOLA BENEDITTINA

A delegation of 116 Italians from Monte Cassino (Rome, Italy) including Benedictine monks, 26 choir members, a reenactment group and representatives of civil society, are expected to arrive in Malta today to participate in the annual event of peace, hope and fraternity, known as the Benedictine Torch. The Torch will be lit during a celebration of Mass which will be held tomorrow, Sunday 4th March, at St… Kompli aqra »

ŻEWĠ FENOMENI LI T-TNEJN JINDIKAW NUQQAS TA’ ĦAJJA!

“Il-Kelma ta’ Alla li tħabbritilna llum toffrilna żewġ tixbihat li bihom nistgħu naqraw is-sitwazzjoni li qed ngħixu fiha – żewġ fenomeni li t-tnejn jindikaw nuqqas ta’ ħajja!”

Hekk sostna l-Ħadd li għadda Mons Mario Grech waqt konċelebrazzjoni li saret fil-knisja parrokkjali tal-Salvatur, Għasri, li matulha żewġ seminaristi ngħataw il-Ministeri tal-Lettorat u l-Akkolitat.

L-Isqof Grech kien qed jirreferi għal-ilma tad-dilluvju, li qrajna dwaru fl-ewwel qari l-Ħadd li għadda u d-deżert li rrefera għalih l-Evanġelju… Kompli aqra »