Arkivji mensili: Marzu 2012

IS-SANTA SEDE TGĦID LI R-RESTRIZZJONIJIET RELIĠJUŻI QED JOLQTU IKTAR MINN ŻEWĠ BILJUN PERSUNA

Delegazzjoni tas-Santa Sede indirizzat il-Kunsill tal-Ġnus Maqgħuda għad-Drittijiet tal-Bniedem f’Geneva dwar il-liberta reliġjuża. L-Arċisqof Silvano Tomasi qal li f’ħafna pajjiżi “qed tikber il-qasma bejn prinċipji ċari u aċċettati, u l-applikazzjoni tagħhom fil-prattika”. Huwa qal li “r-restrizzjonijiet dejjem jiżdiedu fuq ir-reliġjon jaffettwaw iktar minn 2 biljun u 2 miljun persuna”.

L-Arċisqof Tomasi qal ukoll fl-indirizz tiegħu lill-Kunsill li “r-reliġjonijiet mhumiex theddida, imma riżorsa. Huma jikkontribwixxu għall-iżvilupp taċ-ċiviltajiet, u dan hu ta’ ġid għal kulħadd”… Kompli aqra »

FJAKKOLA BENEDITTINA GĦALL-PAĊI 2012

Nhar il-Ħadd, 4 ta’ Marzu 2012, fil-5.30 p.m., l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jixgħel il-Fjakkola Benedittina għall-Paċi 2012 waqt Ċelebrazzjoni Ewkaristika li ser issir fil-KonKattidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

Flimkien mal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jikkonċelebraw ukoll Monsinjur Pietro Vittorelli, Abbati tal-Monasteru ta’ Montecassino u Monsinjur Renato Boccardo, Arċisqof ta’ Spoleti – Norcia.  Il-quddiesa se tkun animata mill-kor benedittin ta’ Montecassino

Iċ-ċelebrazzjoni tal-Fjakkola Benedittina għall-Paċi saret l-ewwel darba fl-1964 meta l-Papa Pawlu VI kien iddikjara lil San Benedettu bħala Patrun tal-Ewropa.  … Kompli aqra »

PROGRAMM TAŻ-ŻJARA PASTORALI FIL-PARROĊĊA TAL-IBRAĠ

Il-Ġimgħa, 2 ta’ Marzu

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan, dwar iż-żjara pastorali f’din il-parroċċa.

Il-Ħadd, 4 ta’ Marzu

9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali u wara jiltaqa’ man-nies.

It-Tnejn, 5 ta’ Marzu

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-Katekiżmu fiċ-Ċentru tal-Katekeżi, fil-Knisja.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-katekisti tat-tfal fiċ-Ċentru Parrokkjali.

7.15 p.m… Kompli aqra »

L-INTENZJONIJIET TAL-PAPA GĦAL MARZU

Pope Praying

L-intenzjoni ġenerali tat-talb tal-Papa Benedittu XVI għal dan ix-xahar ta’ Marzu hi “biex id-dinja kollha tagħraf il-kontribut tal-mara fl-iżvilupp tas-soċjeta”.

L-appostolatura tat-talb tal-Papa, bħal ma tagħmel kull xahar, ħabbret l-intenzjonijiet tal-Papa fi ftuħ dan ix-xahar ġdid. Qalet ukoll li l-intenzjoni missjunarja tiegħu għal Marzu hi “biex l-Ispirtu s-Santu jimla bil-perseveranza lil dawk li jsofru diskriminazzjoni, persekuzzjoni jew saħansitra li jiffaċċjaw il-mewt minħabba t-twemmin tagħhom f’Ġesu, partikolarment fl-Asja”… Kompli aqra »