Arkivji mensili: April 2012

Il-Knisja tiċċelebra l-fidi taż-żgħażagħ

Ħadd il-Palm, l-1 ta’ April 2012 – Id-djoċesijiet Kattoliċi madwar id-dinja ċċelebraw Jum iż-Żgħażagħ. Il-Knisja f’Malta wkoll fakkret din il-ġurnata b’diversi quddies għaż-żgħażagħ li saru matul tmiem il-ġimgħa, b’emfasi speċjali fuq il-fidi taż-żgħażagħ.

Il-Quddiesa uffiċċjali kienet ippreseduta mill-Arċisqof Pawli Cremona ġewwa l-Knisja parrokkjali tal-Mosta. Fil-messaġġ tiegħu, l-Arċisqof għamel riflessjoni fuq l-esperjenza tal-ferħ waqt it-tbatija, bi preparazzjoni għall-Ġimgħa Mqaddsa… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF F’ĦADD IL-PALM U L-JUM DINJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

Knisja tal-Mosta

1 ta’ April, 2012

Ħuti,

Illum aħna qegħdin niċċelebraw Ħadd il-Palm, jiġifieri id-dħul ta’ Ġesu ġewwa Ġerusalem bħala bidu ta’ din il-Ġimgħa Mqaddsa biex aħna nkunu nistgħu, bħal Ġesu, nidħlu wkoll fil-post fejn Ġesu ssallab, ġewwa Ġerusalemm ta’ qalbna. U naħseb li tafu wkoll li l-Papa Ġwanni Pawlu II kien għamel li dan il-jum, Ħadd il-Palm, hu wkoll Jum iż-Żgħażagħ fil-Knisja kollha… Kompli aqra »

LEGAT QATT MITMUM TAL-BEATU KAROL WOJTYLA

Pope John Paul II

Il-jum tat-2 t’April ilbieraħ fakkar s-7 anniversarju mill-mew tal-Papa Ġwanni Pawlu II. Fuq Radju Vatikan ilbieraħ wieħed seta’ jsegwi għadd ta’ interventi ta’ nies li rrakkuntaw it-tifkiriet tagħhom ta’ Papa Wojtyla. Fost dawn, l-espert tal-Vatikan, awtur u ġurnalist Marco Politi, li fl-2008 ippubblika ktieb bit-titlu ‘Pope Wojtyla. The adieu’ li fih jitkellem dwar l-emozzjoni qawwija li ħakmet eluf kbar ta’ nies bejn Frar u April 2005, sakemm finalment tħabbret il-mewt tal-Papa… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 3 ta’ April

It-Tlieta tal-Ġimgħa Mqaddsa

Ġwanni, 13:21-33,36-38

Wara li qal dan, Ġesù ħass ruħu jitħawwad, u stqarr bil-miftuħ: “Tassew tassew ngħidilkom li wieħed minnkom se jittradini!” Id-dixxipli qabdu jħarsu lejn xulxin, ma jafux għal min qal hekk. Wieħed mid-dixxipli tiegħu, dak li Ġesù kien iħobb, kien maġenbu fuq il-mejda, b’rasu ma’ sider Ġesù. Xmun Pietru għamillu sinjal u staqsieh: “Għal min qiegħed jgħid?” Dak, kif kien mimdud hekk fuq sider Ġesù, staqsieh: “Min hu, Mulej?” Wieġbu Ġesù: “Dak li għalih se nbill din il-loqma ħobż fil-platt u nagħtihielu.” Mbagħad bill biċċa ħobż, u qabad u taha lil Ġuda ta’ Xmun l-Iskarjota… Kompli aqra »

IL-PAPA DWAR ĦADD IL-PALM: ĦARSA LEJN L-UMANITA`

Pope during Palm Sunday celebration

Il-Papa Benedittu XVI ippresieda ċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, b’eluf ta’ pellegrini jieħdu sehem u jxejru friegħi tal-palm u taż-żebbuġ, kif inhi t-tradizzjoni. Mal-purċissjoni madwar Pjazza San Pietru li fiha ħadu sehem Kardinali, Isqfijiet u saċerdoti, il-Papa bierek il-palm u l-friegħi taż-żebbuġ, u waqt iċ-ċelebrazzjoni li fakkret ukoll il-Bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa, kulħadd assista għall-Passjoni ta’ Sidna Ġesu Kristu, bi tliet djakni jirrakkuntaw il-ġrajja li mid-dħul trijonfali ta’ Kristu f’Ġerusalemm spiċċat fuq il-Golgota fejn Kristu spiċċa msallab… Kompli aqra »

IS-SEBA’ BIENNALE TAL-ARTI KONTEMPORANJA KRISTJANA F’MALTA

Il-Mużew tal-Katidral tal-Imdina se jorganizza is-Seba’ Biennale tal-Arti Kontemporanja fil-15 ta’ Marzu 2013.

L-artisti kollha interessati li jipparteċipaw huma mitluba li jikkuntattjaw lill-Mużew, bil-kitba, bit-telefon: 2145 4697 jew bl-email: [email protected] mhux aktar tard mit-12 ta’ April 2012.

Ix-xogħlijiet kollha għall-wiri fil-Biennale jridu jkunu lesti sa Novembru 2012.

Dawk li japplikaw jiġu pprovduti bl-informazzjoni meħtieġa għal dan l-avveniment… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 2 ta’ April

It-Tnejn tal-Gimgha Mqaddsa

Ġwanni, 12, 1-11

Sitt ijiem qabel il-festa ta’ l-Għid Ġesù mar Betanja, fejn kien joqgħod Lazzru li Ġesù kien qajjem mill-imwiet. Hemmhekk għamlulu ikla; Marta bdiet isservi, waqt li Lazzru kien wieħed minn dawk li qagħdu fuq il-mejda ma’ Ġesù. [Ġw:12:3] Marija ħadet libbra fwieħa tan-nard pur, tiswa ħafna, u dilket biha riġlejn Ġesù, mbagħad ixxuttathomlu b’xagħarha; u d-dar imtliet bir-riħa tfuħ… Kompli aqra »

VIA CRUCIS NAZZJONALI

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jmexxi l-Via Crucis Nazzjonali li se ssir nhar l-Erbgħa 4 ta’ April, 2012, fit-8.00 p.m. It-tema għal din is-sena hi ‘Ġesù u r-Refuġjat fit-Triq tas-Salib’.

Fuq xewqa tal-Arċisqof, il-Via Crucis ħafna drabi ssir f’postijiet fejn jgħixu nies li għaddejjin minn xi forma ta’ tbatija. Propju għalhekk il-Via Crucis se tibda miċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa fejn jgħixu mmigranti li huma mifrudin mill-familji tagħhom, wara li kellhom iħallu pajjiżhom minħabba ċirkustanzi varji… Kompli aqra »

2 – 8 ta’ April

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

5.30 p.m.L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija ta’ Tal-Ibraġ, bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu fil-parroċċa.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-soċjeta’ ċivili ta’ Tal-Ibraġ.

7.30 pm. L-Arċisqof jippresiedi l-assemblea parrokkjali ta’ Tal-Ibraġ.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Kurja għat-tfal tal-Iskola Primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ li jmorru Quddies kuljum fil-parroċċa… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 1 ta’ April

Hadd il-Palm

Mark14, 1 – 15:47

Kien għad baqa’ jumejn għall-Għid u għall-Ażżmi, u l-qassisin il-kbar u l-kittieba bdew ifittxu kif jaqbdu lil Ġesù bil-qerq ta’ moħħhom u jagħtuh il-mewt.  Għax bdew jgħidu: “Mhux fil-festa, li ma tqumx xi rewwixta fil-poplu.” Ġesù kien qiegħed jiekol għand Xmun il-lebbruż f’Betanja. Daħlet mara, b’vażett ta’ l-alabastru biż-żejt ifuħ ta’ nard pur, jiswa ħafna, kissret għonq il-vażett, u ferrgħet iż-żejt fuq ras Ġesù… Kompli aqra »