Arkivji mensili: April 2012

L-ISBAĦ XEWQAT LILL-PAPA F’GĦELUQ SNINU!

Is-Segretarju tal-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Għaqda Nisranija kienet fost dawk kollha li esprimiet u għaddiet l-awguri tagħha lill-Papa Benedittu XVI f’għeluq il-85 sena tiegħu. L-Isqof Brian Farrell qal li l-Kunsill “hu impressjonat u qrib il-Kap tal-Knisja Kattolika f’dal-jiem hekk kif qed jiċċelebra dawn il-mumenti importanti f’ħajtu”.

B’radd ta’ ħajr lill-Papa għat-tmexxija pastorali tiegħu fit-tiftixa għall-għaqda fost l-insara fid-dinja kollha, l-Isqof Farrell esprima t-tama li l-Kungress Ewkaristiku f’Dublin, l-Irlanda, Ġunju li ġej, ikun “moment ta’ riflessjoni profonda dwar il-proċess li permezz tiegħu, il-Knisja fl-Iralnda u f’ħafna pajjiżi madwar id-dinja, tkompli tilqa’ għall-isfidi u tfittex tweġibiet għad-diffikultajiet li jqumu maż-żminijiet – sitwazzjonijiet li jirrendu f’diffikultajiet għall-ħajja tan-nies, anki jekk ikunu diffikultajiet ta’ natura spiritwali”… Kompli aqra »

16 – 22 ta’ April

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwali jiċċelebra Quddiesa u jiekol magħhom fis-Seminarju tal-Virtu’.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Ambaxxatur il-ġdid ta’ Franza, l-E.T. Michel Vandepoorter.

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, l-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, tal-Virtu’… Kompli aqra »

KONFERENZA – ‘HENRY U INEZ CASOLANI’

On Friday 20th April 2012, a conference about ‘Henry and Inez Casolani – Servants of God in the Family’ will be held at the Catholic Institute at 7.00 p.m. The main speaker will be Mgr Charles Cordina, whilst Dr Robert Xuereb, Cardiologist and Dr Christopher Gruppetta LL.D will be sharing their experiences. The St Angela Merici Choir of the Ursuline Sisters will also be participating… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF PAWLU CREMONA FL-OKKAŻJONI TAS-SEBA’ ANNIVERSARJU TAL-ELEZZJONI TAL-PAPA BENEDITTU XVI

Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

14 ta’ April 2012

Eċċellenza President ta’ Malta u Sinjura Abela,

Il-ferħ tal-Għid, li huwa l-ferħ tal-Mulej Irxoxt, qed jimla lil qlubna f’dawn il-jiem. Huwa ferħ li ġej miċ-ċertezza li l-Mulej huwa ħaj fostna, il-komunita’ tiegħu. Illum dan il-ferħ tagħna jieħu – biex ngħidu hekk –  tifsira miżjuda għax bħala l-komunita’ Nisranija ġewwa Malta qegħdin niċċelebraw is-seba’ anniversarju mill-bidu tal-Pontifikat tal-Papa Benedittu XVI… Kompli aqra »

‘DIN HIJA L-KOMUNITA’ AFDATA F’IDEJK: ĦUDLI ĦSIEBHA’

“Din hi l-komunità afdata f’idejk: ħudli ħsiebha.” Dan hu l-kliem li l-Arċisqof itenni fil-pussess, kif jissejjaħ, jew aħjar iċ-ċerimonja uffiċjali li matulha kappillan jagħti bidu għall-ħidma pastorali tiegħi fil-parroċċa afdata f’idejh.

Naturalment, l-għażla ta’ kappillan, kif spjega lil IL-ĠENSillum online Fr Ray Toledo, Delegat tal-Arċisqof fis-Segretarjat għall-Ħajja u Ħidma fil-Parroċċi, “tirrikjedi ħafna ħsieb. Dan l-aħħar rajna kemm ħatriet ta’ kappillani li saru għall-ewwel darba, kif ukoll ċaqliq ta’ oħrajn minn parroċċa għal oħra… Kompli aqra »

IL-UNAIDS TILTAQA’ MAL-PAPA FI SFORZ LEJN PREVENZJONI MIT-TIXRID TAL-HIV FIT-TFAL

Michel Sidibé, DG UNAIDS

Michel Sidibe, li huwa d-Direttur Eżekuttiv tal-UNAIDS, iltaqa’ mal-Papa Benedittu XVI u uffiċjali oħra tal-Vatikan, f’tiftix għal kollaborazzjoni akbar biex wieħed jipprevjeni minn infezzjonijiet tal-HIV fost it-tfal sal-2015. Sidibe qal lill-Papa li l-prevenzjoni mit-trasmissjoni tal-virus tal-HIV mill-omm għall-wild u ż-żamma tat-tfal ħielsa mill-HIV huma għanijiet ottenibbli. Skont l-istqarrija tal-UNAIDS wara l-laqgħa ta’ Sidibe mal-Papa, intqal li “miljuni ta’ nies madwar id-dinja li jgħixu u huma milquta mill-virus tal-HIV, jingħataw appoġġ minn diversi organizzazzjonijiet kattoliċi li jaħdmu fil-qasam tal-kura tas-saħħa… Kompli aqra »

Kunċert Jum Iż-Żgħażagħ

“Ifirħu dejjem fil-Mulej; nerġa’ ngħidilkom, ifirħu” (Filippin 4:4). Dan huwa l-vers mill-Bibbja li l-Papa Benedittu XVI għazel din is-sena biex iż-żgħażagħ jirriflettu fuqu; hija ukoll it-tema li ntgħażlet lokalment għal kunċert fl-okkażjoni ta’ Jum iż-Żgħażagħ ta’ din is-sena. Dan huwa kunċert b’ differenza; festa ta’ muzika live mtella` miż-żgħażagħ għaż-żgħażagħ; ċelebrazzjoni ta’ ferħ, fidi u mużika.

Il-kunċert jinvolvi numru ta’ bands lokali li ngħataw l-opportunita` li jesprimu t-talent tagħhom b’lirika oriġinali u b’tema Kristjana… Kompli aqra »

IL-PAPA JGĦID LI L-PAĊI TA’ KRISTU HI GĦAL KULĦADD

VATICAN-Pope in audience Crowds at Papal audience

Fl-udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa, din il-ġimgħa l-Papa Benedittu XVI ddedika l-katekeżi tiegħu għall-bidla li ġġib fid-dixxipli l-qawmien mill-mewt ta’ Kristu. Irrifletta wkoll dwar it-tifsira tal-Għid għan-nisrani llum. Il-fidi fi Kristu Rxoxt qal li “tittrasforma l-ħajja tagħna; tathom ħelsien mill-biża, tathom tama qawwija u mliethom bl-imħabba t’Alla”.

Il-Papa spjega kif dik il-lejla nhar il-qawmien, id-dixxipli kienu magħluqin, imbeżżgħin… Kompli aqra »

20 FIGURA IMPORTANTI GĦALL-PAPA BENEDITTU XVI

Nhar id-19 t’April 2005, tliet ijiem wara għeluq it-78 sena tiegħu, dak iż-żmien Prefett tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, il-Kardinal Joseph Ratsinger, intagħżel f’konklavi fil-kappella Sistina biex iservi fl-ogħla kariga tal-Knisja Kattolika, dik ta’ Papa. Nhar is-16 t’April 2012, ftit jiem oħra seba’ snin wara, Papa Ratsinger jagħlaq 85 sena u jkun għamel seba’ snin iservi bħala suċċessur ta’ San Pietru.

Il-ktieb Benedikt XVI… Kompli aqra »

TERĠA’ TIXGĦEL ID-DISKUSSJONI DWAR TNISSIL ASSISTIT:IL-GENSILLUM ONLINE TINDAGA

Kien kumment li ta fi Frar li għadda Dr Thomas W Hilgers, Fundatur u Direttur tal- Pope Paul VI Institute for the Study of Human Reproduction, li jinsab f’Omaha, Nebraska, fl-Istati Uniti, u li fih sostna li t-teknoloġija tal-Fertilizzazzjoni In-Vitro, jew l-IVF, hi “highly abortive”, li reġa’ fetaħ d-diskussjoni f’pajjiżna dwar it-tnissil assistit fil-kamp xjentifiku tal-infertilità.

Nhar il-Ġimgħa li għadda, imbagħad, festa tad-Dulur ta’ Marija, l-Isqof t’Għawdex Mons Mario Grech, waqt l-omelija li għamel espona r-realtà tat-tbatija tal-omm li ma jistax ikollha tfal, f’relazzjoni mal-misteru tal-ħajja… Kompli aqra »