Arkivji mensili: Mejju 2012

Il-Vanġelu tal-Jum – 18 ta’ Mejju

Ġwann 16, 20-23

Tassew tassew ngħidilkom, intom għad tibku u tingħu, iżda d-dinja għad tifraħ; għad iġġarrbu n-niket, imma n-niket tagħkom għad jitbiddel f’hena. Il-mara, meta tkun se tiled tħossha mdejjqa, għax tkun waslet is-siegħa tagħha; iżda meta tkun twieldet it-tarbija, ma tiftakarx iżjed fl-uġigħ, bil-ferħ li twieled bniedem fid-dinja. Hekk intom, issa tħossukom imdejjqa; imma għad nerġa’ narakom u qalbkom tifraħ, u l-ferħ tagħkom ħadd ma jeħodhulkom… Kompli aqra »

ESPERJENZA TAL-ARĊISQOF F’SEMINARJU FIL-HONDURAS NISLET TAMA U KURRAĠĠ

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. huwa l-ewwel Arċisqof Malti li żar lill-missjunarji Maltin fil-Honduras. Hemmhekk laqawħ l-isqfijiet Robert Camilleri OFM u Joe Bonello OFM, flimkien ma’ Patri Albert Gauci. Mill-ajruport, wara laqgħa ta’ kortezija lill-Kardinal Oscar Andres Rodrieguez, l-Arċisqof Cremona beda vjaġġ ta’ tlett siegħat lejn id-djoċesi ta’ Olancia, f’Juticalpa, fejn Mons. Joe Bonello huwa l-Isqof. In-nuqqas ta’ żvilupp f’dawn iż-żoni rurali huwa xhieda tal-faqar li jeżisti… Kompli aqra »

TAĦDITA MILL-MOVIMENT TA’ KANA DWAR L-INTIMITÀ SPIRITWALI

As part of the Cana Movement project ‘Zwieg b’Sahhtu’, a talk will be organised on 23rd May 2012 on ‘Spiritual Intimacy’. The talk will be delivered by Leslie and Charmaine Caruana, leaders of the couples’ support group ‘Belong’. The general public is invited to attend this session which will be held at Sala San Pawl, Catholic Institute, Floriana, at 7.00pm.

During the talk, Leslie and Charmaine Caruana will explore aspects of spousal spiritual intimacy including: basics on prayer; the vocation to agape love; the spousal gift of self that reflects Christ’s love; entering into a covenant with God; the couple’s life journey towards holiness and becoming a source of grace through the Sacrament of Marriage… Kompli aqra »

IL-PAPA LILL-PRESIDENT FRANĊIŻ: ‘IPPERSERVERA FIL-KURAĠĠ’

Francois Hollande, French President

Il-Papa Benedittu XVI kiteb messaġġ lill-President Franċiż ġdid, Francois Hollande. Filwaqt li esprima it-tama li Franza tkompli tkun “fattur ta’ paċi u solidarjeta fit-tiftixa attiva għall-ġid komuni, ir-rispett lejn il-ħajja u d-dinjita ta’ kull persuna u ta’ kull poplu”, fl-Ewropa u fil-komunita internazzjonali kollha kemm hi.

Il-Papa qal li jitlob ukoll li l-President Hollande, bl-għajnuna t’Alla, “filwaqt li jirrispetta t-tradizzjonijiet morali u spiritwali nobbli tal-pajjiż, jippersevera fil-kuraġġ lejn il-kisba ta’ dawk l-għodda li jwasslu għal soċjeta aktar fraterna u ġusta, miftuħa għad-dinja u b’solidarjeta mal-pajjiżi l-iktar fqar”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 17 ta’ Mejju

Gwann 16, 16-20

“Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; mbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni.” Għalhekk xi wħud mid-dixxipli tiegħu bdew jgħidu bejniethom: “X’ifisser dan li qiegħed jgħid, ‘Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; mbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni,’ u li ‘Jiena sejjer għand  il-Missier’?” Għalhekk qalu: “X’inhu dan il-‘ftit ieħor’ li hu qiegħed jgħid? … Kompli aqra »

IL-PAPA JGĦID LI X-XOGĦOL M’GĦANDUX IFIXKEL LILL-FAMILJA

Work and Family

Fi kliem il-Papa Benedittu XVI fi tmiem l-udjenza ġenerali ta’ dil-ġimgħa, “ix-xogħol m’għandux ikun ta’ ostaklu għall-familja, anzi għandu jsostniha u jgħaqqadha iżjed”.

Waqt li fakkar li kien iċċelebrat il-Jum Dinji tal-Familji, jum li l-Ġnus Maqgħuda dis-sena ddedikat għar-relazzjoni bejn il-familja u x-xogħol, Benedittu XVI asserixxa li x-xogħol għandu jappoġġja lill-familja, “jgħinha tkun miftuħa iżjed għall-ħajja u jgħinha tidħol f’relazzjoni aħjar mas-soċjeta u mal-Knisja”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 16 ta’ Mejju

Gwann 16, 12-15

“Baqagħli ħafna ħwejjeġ x’ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux għalihom. Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha; għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid dak li jisma’, u jħabbrilkom il-ġejjieni. Hu jagħtini glorja, għaliex jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom. Dak kollu li għandu l-Missier huwa tiegħi. Għalhekk għedt li jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom… Kompli aqra »

IL-PAPA JGĦID LI L-IMPENN ĊIVIKU TAL-INSARA GĦANDU JIRRISPETTA T-TWEMMIN TAL-OĦRAJN

Sansepolcro

Fiċ-ċelebrazzjoni tal-1,000 anniversarju ta’ Sansepolcro, il-belt karatterizzata mill-paċi u l-ġustizzja apparti li deskritta bħala mudell tal-Vanġelu, il-Papa Benedittu XVI qal li l-Insara llum għandhom isibu modi kif jippromwovu fl-ibliet u l-pajjiżi fejn jgħammru, valuri tal-Vanġelu waqt li jilqgħu u jirrispettaw lil min iħaddan twemmin differenti.

Waqt iż-żjara li għamel f’Sansepolcro, il-post imsemmi għas-Santu Sepulkru f’Ġerusalemm, il-Papa appella lin-nies tal-post sabiex jinqdew bl-anniversarju biex jimitaw lil San Arkanu u San Eġidju, li waqqfu dil-belt wara li rritornaw minn Ġerusalemm… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 15 ta’ Mejju

Gwann 16, 5-11

Issa sejjer għand dak li bagħatni, u ħadd minnkom ma jistaqsini, ‘Fejn sejjer?’ Imma għax għedtilkom dan, qalbkom imtliet bin-niket. Madankollu, ngħidilkom is-sewwa, jaqblilkom li jiena mmur; għaliex, jekk ma mmurx, id-Difensur ma jiġix għandkom; imma jekk immur, nibgħathulkom. U meta huwa jiġi, juri lid-dinja li għandha żball dwar id-dnub, il-ġustizzja u l-ġudizzju; id-dnub, filli huma ma jemmnux fija; il-ġustizzja, filli jien sejjer għand il-Missier, u intom m’intomx se tarawni iżjed; il-ġudizzju, filli l-Prinċep ta’ din id-dinja huwa ġa kkundannat… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JIFRAĦ LILL-OMMIJIET MALTIN F’JUM L-OMM

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. wera l-apprezzament tiegħu għad-dedikazzjoni tal-ommijiet Maltin waqt messaġġ bit-telefon f’ attività organizzata għall-ommijiet tas-saċerdoti, reliġjużi u lajċi Maltin li jaħdmu barra minn Malta.

Din it-telefonata saret nhar l-Erbgħa 9 ta’ Mejju 2012, hekk kif l-Arċisqof kien qiegħed San Francisco biex iżur lill-emigranti Maltin bħala parti miż-żjara pastorali li qed jagħmel fl-Amerika Ċentrali. Fil-messaġġ tiegħu l-Arċisqof sellem lill-ommijiet tal-missjunarji u qal li huwa japprezza l-ħidma li jwettqu uliedhom u qrabathom… Kompli aqra »