Arkivji mensili: Mejju 2012

IL-PAPA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI: FIL-QADI TAD-DJALOGU U T-TKATTIR TAR-RISPETT

Pope on World Comunications Day

Il-Papa Benedittu XVI fakkar il-Jum Dinji għall-Komunikazzjoni Soċjali. F’kummenti wara r-Regina Caeli qal li “fiċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Dinji għall-Komunikazzjoni Soċjali, bit-tema ‘Is-Silenzju u l-Kelma: lejn l-Evanġelizzazzjoni’, is-silenzju hu parti integrali mill-komunikazzjoni, għandu post privileġġat fil-laqgħa personali mal-Kelma t’Alla. Nistieden lil kulħadd jitlob sabiex il-komunikazzjoni fil-forom kollha tagħha, dejjem isservi biex ikun stabbilit djalogu ġenwin mal-oħrajn, mibni fuq rispett reċiproku”.

It-tema tas-46 Jum Dinji għall-Komunikazzjoni Soċjali kienet imħabbra f’Jannar li għadda, nhar il-festa ta’ San Franġisk de Sales, li hu qaddis padrun tal-ġurnalisti… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 21 ta’ Mejju

Ġwann 16, 29-33

Id-dixxipli tiegħu qalulu: “Ara, issa qiegħed titkellem bil-miftuħ, u ebda tixbiha ma inti tgħid. Issa nafu li int taf kollox, u ma għandekx bżonn li wieħed jistaqsik. Għalhekk aħna nemmnu li inti ħriġt mingħand Alla.” Weġibhom Ġesù: “Temmnu issa? Ara, għad tiġi siegħa, u ġa waslet, meta tixterdu kull wieħed lejn daru, u lili tħalluni waħdi… Kompli aqra »

21 – 27 ta’ Mejju

It-Tnejn

L-Arċisqof iħalli l-belt ta’ Sagua lejn Havana, Kuba, biex jibda t-triq tiegħu lura lejn Malta wara żjara lill-missjunarji Maltin fl-Amerika Ċentrali.

It-Tlieta

3.55 p.m. L-Arċisqof jasal Malta minn Londra.

L-Erbgħa

Il-Ħamis

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Dun Reuben Micallef, Kappillan tal-parroċċa tal-Imtarfa, dwar iż-żjara pastorali li saret fil-parroċċa tiegħu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 20 ta’ Mejju

Tlugħ is-Sema tal-Mulej  –  Jum dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali

Mark 16, 15-20

U Ġesù qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.” U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla.  … Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-PAPA FL-OKKAŻJONI TAS-46 JUM DINJI TAL-KOMUNIKAZZJONI SOĊJALI

Silence and Word: Path of Evangelization


Dear Brothers and Sisters,

As we draw near to World Communications Day 2012, I would like to share with you some reflections concerning an aspect of the human process of communication which, despite its importance, is often overlooked and which, at the present time, it would seem especially necessary to recall… Kompli aqra »

ID-DAR TAL-PROVIDENZA TIRRINGRAZZJA LILL-KORP TAL-PULIZIJA

Id-Dar tal-Providenza tixtieq tirringrazzja u tifraħ lill-Korp tal-Pulizija  li dan l-aħħar irnexxielhom isolvu każi ta’ frodi minn diversi persuni li bdew jiġbru bieb bieb f’isem id-Dar. Eventwalment żewġ persuni ġew imressqa l-Qorti u nstabu hatja u ngħataw sentenzi ta’ habs.

Id-Dar tal-Providenza kienet ilha diversi xhur tirċievi telefonati minn persuni jirrappurataw dwar dawn il-każi.  Għalhekk huwa ta’ sodisfazzjon kbir għad-Dar, kif żgur hu għall-vittmi u l-pubbliku inġenerali li seta’ ġie mqarraq minn dawn il-persuni… Kompli aqra »

JAPPREZZAW L-GĦOTI TAS-SERVIZZ TAN-NAPROTECHNOLOGY

Il-Kunsill Presbiterali tad-Djoċesi ta’ Għawdex, li hu l-Kunsill tas-saċerdoti li jagħti pariri lill-Isqof fit-tmexxija tad-Djoċesi, wera l-apprezzament tiegħu għas-servizz tan-Naprotechnology li minn ġimgħa ilu, lejlet Jum l-Omm li kien iċċelebrat il-Ħadd li għadda, beda jingħata fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

“Nilqgħu bil-ferħ l-aħbar li d-Departiment tas-Saħħa beda joffri fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex is-servizz magħruf bħala Naprotechnology lil dawk il-koppji miżżewġin Maltin u Għawdxin li għandhom diffikultà biex ikollhom tarbija,” qalet stqarrija tal-Kunsill is-Sibt, wara laqgħa li kellu fil-preżenza tal-Isqof Mario Grech… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 19 ta’ Mejju

Ġwanni 16, 23-28

F’dak il-jum xejn ma tistaqsuni. Tassew tassew ngħidilkom, kull ma titolbu lil Missieri f’ismi jagħtihulkom.  Sa issa ma tlabtu xejn f’ismi. Itolbu u taqilgħu, biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ. “Dan għedthulkom bit-tixbihat. Għad tasal siegħa meta ma nkellimkomx aktar bit-tixbihat, imma bil-miftuħ inħabbrilkom dwar il-Missier.  Dakinhar intom titolbu f’ismi, u ma ngħidilkomx li jien nitlob lill-Missier għalikom, għax il-Missier stess iħobbkom, billi intom ħabbejtu lili u emmintu li jiena ġejt mingħand Alla… Kompli aqra »

KAPPILLAN ĠDID GĦALL-PARROĊĊA TA’ SANTA VENERA

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Patri Joe Saliba O.Carm bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ Santa Venera.

Patri Joe Saliba twieled Birkirkara fl-1955 u tgħammed fil-Bażilika ta’ S. Elena fl-istess lokalità. Huwa studja fl-iskola sekondarja teknika tan-Naxxar.  Daħal fl-Ordni Karmelitan fl-1973, fl-età ta’ 18-il sena, u ġie ordnat saċerdot fl-1980.  Huwa studja fl-INSERM u speċjalizza fl-Ispiritwalità fl-Istitut Pontifiċju tat-Teresianum, f’Ruma, minn fejn ġab il-liċenzjat fit-teoloġija.  … Kompli aqra »

KAPPILLAN ĠDID GĦALL-PARROĊĊA TA’ FLEUR-DE-LYS

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Patri Ivan Scicluna O.Carm bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ Fleur-de-Lys.

Patri Ivan Scicluna twieled fl-1977 u tgħammed fil-parroċċa ta’ Santu Wistin, il-Belt Valletta. Huwa trabba u rċieva l-formazzjoni Nisranija fil-parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Fgura. Fl-1995 daħal prenovizz fl-Ordni Karmelitan, fl-età ta’ 18-il sena, u sena wara beda l-kors tal-filosofija u t-teoloġija fl-Università ta’ Malta.

Patri Ivan ġie ordnat saċerdot fl-2003… Kompli aqra »