Arkivji mensili: Mejju 2012

IL-MEDIA – PONT BEJN FIDI U KULTURA

Nhar is-Sibt 5 ta’ Mejju 2012, fl-Istitut Kattoliku, Floriana, is-Segretarjat għall-Katekeżi, flimkien mal-KDŻ u l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali qed jorganizzaw Seminar bit-tema: Il-Media: pont bejn Fidi u Kultura. Din ser ssir bħala parti mill-programm ta’ ongoing formation ikkoordinat fejn din is-sena qed jiffokkaw fuq is-sinteżi bejn il-fidi u l-kultura.

Bosta jħarsu lejn il-media bħala dak l-organu qawwi li jinfluwenza b’mod negattiv l-aspett tal-fidi u l-kultura… Kompli aqra »

IS-SEGRETARJAT AZZJONI SOĊJALI JIĊĊELEBRA L-50 ANNIVERSARJU

Nhar l-Erbgħa 2 ta’ Mejju 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra quddiesa fil-Knisja Parrokjali tal-Furjana, fl-okkażjoni tal-50 anniversarju tas-Segretarjat Azzjoni Soċjali tal-Azzjoni Kattolika.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

MATUL MEJJU IL-PAPA JITLOB GĦAD-DIFIŻA TAL-FAMILJA

Pope praying intentions during May

Matul dan ix-xahar ta’ Mejju, il-Papa Benedittu XVI qed jitlob prinċipalment għad-difiża tal-familji.

L-Appostolatura tat-talb tal-Papa qalet fl-istqarrija li toħroġ ma’ ftuħ ta’ xahar ġdid, li l-intenzjoni ġenerali tat-talb tal-Kap tal-Knisja Kattolika għal Mejju hija “biex ikunu promossi inizjattivi li jiddefendu u jsostnu l-irwol tal-familja fi ħdan is-soċjeta”.

L-intenzjoni missjunarja tat-talb tal-Papa tul Mejju hi biex “Marija, Sultana tad-dinja u Kewkba tal-Evanġelizzazzjoni, takkumpanja lill-missjunarji kollha fil-proklamazzjoni ta’ binha Ġesu”… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JIĊĊELEBRA QUDDIESA FIŻ-ŻONA TAL-ĦAWLI

Nhar il-Ħamis 26 ta’ April 2012, l-Arċisqof iċċelebra Quddiesa fiż-Żona Tal-Ħawli u wara ltaqa’ man-nies. Aktar tard, l-Arċisqof iltaqa’ mal-komunita’ tal-Brothers ta’ De La Salle fil-Birgu u kiel magħhom.

AGĦFAS HAWN biex tara aktar ritratti taż-żjara pastorali tal-Arċisqof il-Birgu.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR LILL-EMIGRANTI U LILL-MISSJUNARJI MALTIN FL-ISTATI UNITI U FL-AMERIKA ĊENTRALI

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jħalli Malta għada, il-Ħamis 3 ta’ Mejju 2012, għal żjara pastorali lill-emigranti Maltin f’San Francisco, l-Istati Uniti, u lill-missjunarji Maltin fl-Amerika Ċentrali.
L-Arċisqof jasal California għada stess, fejn jingħata merħba mill-Konslu Malti, s-Sur Louis Vella u mill-membri tal-komunità Maltija. Fil-belt ta’ San Francisco, fost diversi laqgħat mal-komunitajiet Maltin, nhar il-Ħadd 6 ta’ Mejju l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Katidral iddedikat lil Sta Marija… Kompli aqra »

IL-VATIKAN JIKKUNDANNA ATTAKKI KONTRA L-INSARA FIL-KENJA U N-NIĠERJA

Id-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan Patri Federerico Lombardi, ikkundanna l-attakki li saru nhar il-Ħadd li għadda fuq il-knejjes fin-Niġerja u fil-Kenja.

Il-Ġiżwita Lombardi sejjaħ l-attakki terroristiċi orribbli u ta’ mibgħeda filwaqt li għamel sejħa lill-popolazzjoni biex ma ċċedix għat-tentazzjoni tal-mibgħeda, u qal li s-Santa Sede tinsab qrib il-komunitajiet fit-tbatija tagħhom minn dak li sejjaħ vjolenza odjuża, li ffaċċjaw hekk kif kienu qed jiċċelebraw  il-fidi li tipproklama l-imħabba u l-paċi… Kompli aqra »

META BENEDITTU XVI IBBEATIFIKA LIL ĠWANNI PAWLU II

Pope John Paul II's beatification

Sena ilu, il-Papa Benedittu XVI ibbeatifika lill-maħbub predeċessur tiegħu, Papa Ġwanni Pawlu II. Dakinhar fi Pjazza San Pietru quddiem il-Bażilika irrenjat il-preżenza tal-pellegrini li mhux biss ingħaqdu fit-talb, iżda anki kienu mimlija bil-ferħ.

Għaddew issa sitt snin mill-mewt tal-Papa Pollakk u l-Papa Ratisnger semma kif kien ried jimbotta ‘l quddiem il-kawża tal-beatifikazzjoni tiegħu. Qal li “l-mument kien wasal biex jingħata ġieħ lil Alla permezz tal-beatifikazzjoni ta’ Ġwanni Pawlu II”… Kompli aqra »