Arkivji mensili: Ġunju 2012

Il-Vanġelu tal-Jum 11 ta’ Gunju

Mattew 10, 7-13

Intom u sejrin, xandru u għidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet. Fejjqu l-morda, qajjmu l-mejtin, fejjqu l-lebbrużi, keċċu x-xjaten. B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu. Tfittxux li jkollkom flus fuqkom, la tad-deheb, la tal-fidda u lanqas tar-ram; u la ħorġa għat-triq, la żewġ ilbiesi, la qrieq u lanqas ħatar, għax il-ħaddiem ħaqqu ħobżu. Fil-bejt jew raħal fejn tidħlu, araw ikunx hemm min jixraqlu tmorru għandu, u ibqgħu f’daru sa ma titilqu minn hemm… Kompli aqra »

11 – 17 ta’ Ġunju

It-Tnejn

9.15am           L-Arċisqof jattendi kors ta’ aġġornament għall-kleru fis-Seminarju, Tal-Virtù.

4.30pm           L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwalment fis-Seminarju, Tal-Virtù.

7.00pm           L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Don Orlando Brendez, Arċisqof ta’ Londrina fil-Brażil, fis-Seminarju, Tal-Virtù.

8.00 p.m.        L-Arċisqof jattendi riċeviment fl-okkażjoni tal-Jum Nazzjonali tar-Russja.

It-Tlieta

9.00am           L-Arċisqof jattendi kors ta’ aġġornament għall-kleru fis-Seminarju, Tal-Virtù.

4.30pm           L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, Tal-Virtù… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 10 ta’ Gunju

Solennita tal-Gisem u d-Demm tal-Mulej

Mark 14, 12-16.22-26

Fl-ewwel jum ta’ l-Ażżmi, meta kienu jissagrifikaw il-ħaruf ta’ l-Għid, id-dixxipli tiegħu qalulu: “Fejn tridna mmorru nħejju biex tiekol l-ikla ta’ l-Għid?” Mbagħad hu bagħat tnejn mid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Morru l-belt, u tiltaqgħu ma’ raġel iġorr ġarra ilma. Morru warajh, u għidu lil sid id-dar ta’ fejn tarawh dieħel, ‘Qallek l-Imgħallem: Fejn hi l-kamra tiegħi li fiha nista’ niekol l-ikla ta’  l-Għid mad-dixxipli tiegħi?’ U hu jurikom kamra kbira fuq, mgħammra u lesta… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 9 ta’ Gunju

Mark 12, 38-44

Hu u jgħallimhom qal ukoll: “Iftħu għajnejkom mill-kittieba, li jħobbu jduru mat-toroq bi lbiesi twal, jixtiequ min isellmilhom fil-pjazez, u fis-sinagogi joqogħdu fis-siġġijiet ta’ quddiem, u fil-postijiet ewlenin fil-pranzijiet; iberbqu ġid ir-romol, u mbagħad għal wiċċ in-nies idumu ħafna jitolbu. Dawn jieħdu kundanna aktar iebsa.” Kien qiegħed biswit it-teżor, iħares u jara xi flus jitfgħu n-nies fit-teżor. Bosta għonja bdew jitfgħu ħafna… Kompli aqra »

IL-PAPA:L-ISPORT ESSENZJALI GĦALL-IŻVILUPP INTEGRU TAL-BNIEDEM

UEFA-EURO-2012-LOGO

Hekk kif illum jibda l-kampjonat tal-futbol EURO 2012, il-Kap tal-Knisja Kattolika qed jistieden lill-plejers, lid-dilettanti u lis-soċjeta kollha kemm hi sabiex tgħix din l-esperjenza fi spirtu ta’ ferħ u paċi.

Il-Papa bagħat il-messaġġ tiegħu lill-Arċisqof Józef Michalik, president tal-Konferenza Episkopali Pollakka, fl-okkażjoni tal-UEFA EURO 2012 fil-Polonja u l-Ukrajna. Il-messaġġ tal-Papa fakkar fil-messaġġ tal-predeċessur tiegħu Ġwanni Pawlu II li kien qal li l-isport huwa importanti għall-iżvilupp tal-persuna, u li s-sens ta’ fraternita, ġenerożita, onesta u rispett lejn il-ġisem fil-qasam sportive, jgħinu fil-binja ta’ soċjeta fejn il-kompetizzjoni sana tieħu post il-kunflitt… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 8 ta’ Gunju

Mark 12, 35-37

Darba, hu u jgħallem fit-tempju, Ġesù qabad u qal: “Din kif inhi li l-kittieba jgħidu li l-Messija huwa bin David! David stess, mnebbaħ mill-Ispirtu s-Santu, qal,  ‘Il-Mulej qal lil Sidi : Oqgħod fuq il-lemin tiegħi,  sa ma nkun qegħedt l-għedewwa tiegħek taħt riġlejk.’Jekk David stess sejjaħlu Sidu, mela kif inhu ibnu?” U dik il-kotra kbira ta’ nies qagħdet tisimgħu bil-qalb kollha… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 7 ta’ Gunju

Mark 12, 28-34

Wieħed mill-kittieba semagħhom jitlewwmu bejniethom, u, meta ra kemm Ġesù kien weġibhom tajjeb, resaq fuqu u staqsieh: “Liema wieħed fost il-kmandamenti kollha huwa l-ewwel?” Ġesù wieġbu: “L-ewwel wieħed huwa dan: Isma’ Iżrael; il-Mulej, Alla tagħna, Mulej wieħed hu, u int għandek tħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha… Kompli aqra »

L-INTENZJONIJIET TAT-TALB TAL-PAPA F’ĠUNJU B’IFFUKAR FUQ L-EWKARISTIJA

Pope during prayers

Il-Papa Benedittu XVI, fit-talb tiegħu matul dan ix-xahar ta’ Ġunju, qed jiftakar b’mod speċjali f’kull min jemmen, u qed jitlob sabiex kulħadd jirrikonoxxi l-preżenza ħajja ta’ Ġesu fl-Ewkaristija.

L-Appostolatura tat-Talb tal-Papa, bħal ma tagħmel kull xahar, tħabbar l-intenzjoni ġenerali u dik missjunarja tal-Kap tal-Knisja Kattolika. Qalet fil-fatt, li l-intenzjoni ġenerali tal-Papa f’dan ix-xahar hi “sabiex il-fidili jirrikonoxxu fl-Ewkaristija l-preżenza reali ta’ Kristu Mqajjem mill-Mewt, hu li jakkumpanjahom matul il-ħajja tagħhom ta’ kuljum”… Kompli aqra »

ĊIFRI DWAR IS-SEBA’ LAQGĦA DINJIJA TAL-FAMILJI F’MILAN

World Families Meeting

Il-President Nazzjonali tat-Tiġdid Spiritwali Salvatore Martinez ħabbar li f’Nażaret se tinbena dik li se tissejjaħ id-‘Dar tal-Papa’, li se tkun ċentru internazzjonali għall-familja. Dan iċ-ċentru se jservi bħala post ta’ formazzjoni, osservazzjoni u soċjalizazzjoni għall-familji.   Din kienet il-ħolma li kellu l-Beatu, Papa Ġwanni Pawlu II, imħabbra minnu stess fit-tieni laqgħa dinjija tal-familji f’Rio de Janiero l-Brażil fl-1997. Kien tliet snin ilu, li l-Papa attwali poġġa u bierek l-ewwel ġebla ta’ dan il-proġett f’Nażaret… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 6 ta’ Gunju

Mark 12, 18-27

Mela resqu lejh xi Sadduċej, li jgħidu li ma hemmx qawmien mill-imwiet, u għamlulu din il-mistoqsija: “Mgħallem, Mosè ħallielna miktub li, jekk wieħed imutlu ħuh u dan iħalli warajh lil martu bla tfal, dak ikollu jiżżewweġ l-armla hu biex inissel ulied għal ħuh. Mela jkun hemm sebat aħwa, u l-kbir iżżewweġ u miet bla ma ħalla tfal. It-tieni wieħed iżżewweġ l-armla, miet, u anqas hu ma ħalla wlied; hekk ukoll it-tielet, u ħadd minnhom is-sebgħa ma ħalla wlied… Kompli aqra »