Arkivji mensili: Ġunju 2012

ĊELEBRAZZJONIJIET LI SE JIPPRESIEDI L-PAPA BEJN LULJU U SETTEMBRU

Pope's upcoming trip to Lebanon

Fit-tliet xhur li ġejjin, bejn Lulju u Settembru, il-Papa Benedittu XVI se jkun qed jagħmel żjara pastorali fi Frascati u vjaġġ appostoliku lejn il-Libanu.

Il-kalendarju taċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi, li jistabbilixxi ċ-ċelebrazzjonijiet li se jkun qed jippresiedi l-Kap tal-Knisja Kattolika, jindika li fil-15 ta’ Lulju, il-ħmistax-il Ħadd ta’ Matul is-Sena, il-Papa se jagħmel żjara pastorali fi Frascati, fejn se jiċċelebra l-ewkaristija fid-9.30am… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 14 ta’ Gunju

Mattew 5, 20-26

“Ngħidilkom li, jekk il-ħajja tajba tagħkom ma tkunx ħafna aħjar minn dik tal-kittieba u l-Fariżej, ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet. “Smajtu xi ntqal lin-nies ta’ dari, ‘La toqtolx.’ Mela jekk xi ħadd joqtol ikun ħaqqu l-kundanna. Imma jien ngħidilkom li  l-kundanna tistħoqq ukoll lil min jinkorla għal ħuh. Jekk imbagħad xi ħadd lil ħuh jgħidlu, ‘Ġifa’, ikun ħaqqu l-kundanna tas-Sinedriju; u jekk jgħidlu, ‘Iblah’, ikun ħaqqu n-nar ta’ l-infern… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 13 ta’ Gunju

Mattew 5, 17-19

“Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-perfezzjoni. Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox. Jekk mela xi ħadd iġib fix-xejn wieħed  mill-iżgħar minn dawn il-kmandamenti u jgħallem lin-nies biex jagħmlu l-istess, dan jissejjaħ l-iżgħar fis-Saltna tas-Smewwiet… Kompli aqra »

Is-saċerdoti jiddiskutu relazzjonijiet ‘ġodda’ waqt il-kors ta’ aġġornament

Aktar minn mitejn saċerdot qed jattendu l-Aġġornament tal-Kleru fis-Seminarju tal-Arċisqof f’Tal-Virtù. Is-suġġett għal din is-sena hu “Relazzjonijiet ‘ġodda’: sfidi teoloġiċi u pastorali”. Dan il-kors annwali mifrux fuq tliet ijiem u li jintemm għada, l-Erbgħa 13 ta’ Ġunju, huwa pass importanti fil-mixja tal-formazzjoni permanenti ta’ kull saċerdot. L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. qed jattendi dan l-Aġġornament flimkien mas-saċerdoti. L-iskop tal-Aġġornament hu li jqajjem diskussjoni dwar sitwazzjonijiet preżenti u futuri f’pajjiżna, fid-dawl tat-tagħlim tal-Knisja u d-diskorsi tal-Papa Benedittu XVI… Kompli aqra »

IL-PAPA DWAR IR-RWOL TAL-KAPPILLANI TAL-AJRUPORTI

Airport Chapel

Il-Papa Benedittu XVI indirizza lill-parteċipanti tal-15-il seminar dinji għall-Kappillani kattoliċi membri fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili, seminar organizzat mill-Kunsill Pontifiċju għall-Kura Pastorali tal-Migranti u dawk li jkunu jivjaġġaw. It-tema tas-seminar li sar f’Ruma kienet “L-Evanġelizzazzjoni l-ġdida fil-qasam tal-Avjazzjoni Ċivili”.

Il-Kap tal-Knisja nnota li l-Kappillani waqt is-seminar kienu qegħdin jirriflettu dwar metodi ġodda u forom ġodda ta’ evanġelizzazzjoni f’dan il-ministeru afdat lilhom.

“Kunu dejjem konxji li intom imsejħin tinfiltraw fl-ajruporti tad-dinja kollha l-missjoni tal-Knisja li twassal ‘l Alla lill-bniedem, u lill-bniedem biex jiltaqa’ ma’ Alla”, qal… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 12 ta’ Gunju

Mattew 5, 13-16

“Intom il-melħ ta’ l-art. Imma jekk il-melħ jaqta’, biex jerġa’ jieħu t-togħma? Ma jibqa’ tajjeb għal xejn iżjed ħlief biex jintrema barra u jintrifes min-nies. “Intom id-dawl tad-dinja. Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma tistax tinħeba. Anqas ma jixegħlu l-musbieħ u jqegħduh taħt il-siegħ, iżda fuq l-imnara, u hekk idawwal lil kull min ikun fid-dar… Kompli aqra »

JIFTAĦ IL-KUNGRESS EWKARISTIKU INTERNAZZJONALI 2012 F’DUBLIN

IEC 2012 logo

i ftuħ il-50 edizzjoni tal-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali, din id-darba f’Dublin fl-Irlanda, l-Arċisqof Diarmuid Martin ta’ Dublin qal li “l-Knisja fl-Irlanda hi Knisja fit-triq tat-tiġdid”.

Kien messaġġ ċar li Mons Martin wassal lill-erba’ provinċji ekkleżjastiċi Irlandiżi u lil eluf ta’ pellegrini maqgħuda flimkien għal dan il-Kungress Internazzjonali. Bnadar li jirrappreżentaw pajjiżi differenti ittajru hekk kif kienet għaddejja purċissjoni bil-Kelma t’Alla bis-sehem ta’ 40 Kardinal, madwar 200 Isqof u saċerdoti fi ftuħ l-ewwel ċelebrazzjoni ewkaristika tal-Kungress li se jikkaratterizza din il-ġimgħa kollha… Kompli aqra »

KUMMENTI FUQ IL-KOMUNIKAT LILL-ISTAMPA MAĦRUĠ MILL-GĦAQDA PIROTEKNIKA MALTIJA

Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tirringrazzja lill-Għaqda Piroteknika Maltija (GħPM) għall-komunikat maħruġ tad-9 ta’ Ġunju, fejn saru diversi kummenti u osservazzjonijiet fuq l-istqarrija tal-KA, maħruġa fil-25 ta’ Mejju, li kienet tittratta fuq il-Logħob tan-Nar, is-Saħħa u l-Ambjent (li ħarġet xi ġimagħtejn ilu.)  Dawn l-istqarrijiet u komunikati lill-istampa għandhom ikunu l-mezz ta’ kif issir diskussjoni pubblika serja fuq dan is-suġġett importanti, kif ilha tħeġġeġ il-KA li għandu jsir… Kompli aqra »

Kors mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent

Sa mit-twaqqif tagħha l-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent ħadmet sabiex tagħti kontribut fuq diversi kwistjonijiet u temi ambjentali billi tagħti l-opinjoni tagħha fuq sitwazzjonijiet partikolari ambjentali u tgħin biex jinstabu soluzzjonijiet sostenibbli. L-informazzjoni miġbura f’dawn l-istqarrijiet kienet ibbażata fuq riċerka li kienet tinkludi ħarsa lejn il-policies u l-liġijiet ta’ pajjiżna kif ukoll l-iżvilupp storiku tal-kwistjoni.

Minn żmien għal żmien il-KA torganizza diversi attivitajiet sabiex tkompli ssaħħaħ din il-ħidma tagħha fil-komunità billi tagħti informazzjoni xjentifika fuq kwistjonijiet li jolqtu l-ħajja tagħna ta’ kuljum… Kompli aqra »

IL-PAPA JGĦID LI D-DONATURI TAD-DEMM JOFFRU SOLIDARJETA INDISPENSABBLI

Pope on Corpus Christi

Il-Papa Benedittu XVI ġibed l-attenzjoni għall-Jum Dinji tad-Donazzjoni tad-Demm, li se jkun iċċelebrat nhar il-Ħamis li ġej, b’organizzazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Il-Papa esprima apprezzament lejn min jagħti d-demm u sejjaħ dan bħala forma qawwija ta’ solidarjeta li qal li hi indispensabbli għall-ħafna persuni morda. Ir-rimarki tal-Kap tal-Knisja Kattolika waslu wara li hu talab l-Angelus fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan.

Qabel ir-reċita, il-Papa rrefera għaċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija fil-festa ta’ Corpus Domini jew Corpus Christi… Kompli aqra »