Lejla ta’ Solidarjetà mill-Caritas f’San Blas
06/07/2012Nhar il-Ħamis 5 ta’ Lulju 2012 saret Lejla ta’ Solidarjeta’ f’San Blas fl-okkażjoni tal-gradwazzjoni ta’ 22 żagħżugħ li temmew b’suċċess il-programm ta’ rijabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga mmexxi minn Caritas Malta.
Monsinjur Victor Grech, id-direttur ta’ Caritas Malta qal li din l-okkażjoni iġġib ferħ imma wkoll riflessjoni profonda: “L-akbar weġgħa tiegħi hija illi għal bosta żgħażagħ il-konsum tad-droga u alkoħol saru jiffurmaw parti mhux żgħira mill-kultura tal-isfog mingħajr rażan, speċjalment fil-weekends. … Kompli aqra »