Arkivji mensili: Lulju 2012

Il-Vanġelu tad-19 ta’ Lulju

Mattew 11, 28-30

“Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif.”

Il-Qaddis tal-jum: Santa Macrina il-Younger Kompli aqra »

Żjara Pastorali fir-Repubblika Afrikana Ċentrali u 4 Isqfijiet ġodda

Cardinal Fernando Filoni

Il-Prefett tal-Kongregazzjoni għall-Evanġelizzazzjoni tal-Popli, il-Kardinal Fernando Filoni, wasal fir-Repubblika tal-Afrika Ċentrali għal żjara pastorali ta’ ġimgħa, li fost ħafna attivitajiet żgur li se tibqa’ mfakkra għall-ordinazzjoni episkopali ta’ erba’ Isqfijiet ġodda. Din se tkun preseduta mill-Kardinal Filoni nhar il-Ħadd 22 ta’ Lulju, bl-Isqfijiet eletti  li ngħataw il-kariga mill-Papa Benedittu XVI jkunu Mons Dieudonné Nzapalainga, Arċisqof ta’  Bangui, Mons Nestor-Désiré Nongo Aziabgia, Isqof ta’ Bossangoa, Mons Dennis Abgenyadzi, Isqof ta’ Berberati, u Mons Cyr-Nestor Yapaupa, Isqof f’Alindao… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-18 ta’ Lulju

Mattew 11, 25-27

F’dak iż-żmien Ġesù qabad u qal: “Nfaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok. “Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu… Kompli aqra »

Imberkin dawk li jġibu l-paċi

World Day of Peace

“Imberkin dawk li jġibu l-paċi” hija t-tema li l-Papa Benedittu XVI għażel għas-46 Jum Dinji tal-Paċi li jitfakkar fl-1 ta’ Jannar 2013. Dan irriżulta minn komunikat maħruġ għall-istampa mill-Kunsill Pontifiċju għall-Ġustizzja u l-Paċi. “Il-messaġġ annwali tal-Papa, fil-kumplessita taż-żminijiet tal-lum, se jinkoraġixxi lil kulħadd jieħu r-responsabbilta fir-rigward tal-bini ta’ kultura ta’ paċi”, qal il-messaġġ.

“Il-messaġġ se jiġbor id-diversita u l-kunċett sħiħ tal-paċi, ibda mill-bniedem: il-paċi interna u dike sterna; imbagħad jenfasizza l-emerġenza antropoloġika, in-natura u l-inċidenza tar-rifjut sħiħ tal-fibra soċjali u t-twemmin morali; u fl-istess ħin id-drittijiet fundamenbtali, ewlenin fosthom il-liberta tal-kuxjenza, il-liberta tal-espressjoni, il-liberta reliġjuża… Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur il-Qasam tal-M.U.S.E.U.M. fil-Marsa

Fl-aħħar nofs ta’ Ġunju li għadda l-Arċisqof għamel iż-Żjara Pastorali tiegħu fil-Marsa (Marija Reġina), fejn żar ukoll it-tfal u l-katekisti tagħhom fil-M.U.S.E.U.M. tal-istess raħal.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinkisbu mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt.Tel: 21236723… Kompli aqra »

It-tama ta’ żewġ żgħażagħ li ‘ggradwaw’ minn San Blas

Il-motto ta’ l-aħħar ‘gradwazzjoni’, jew aħjar ‘Lejla ta’ Solidarjetà’, li saret fil-kumpless San Blas, il-Ħamis, 5 ta’ Lulju li għadda kien “fejn hemm il-ħajja, hemm it-tama”. Is-serata rat 22 żagħżugħ u żagħżugħa ‘jiggradwaw’ wara li temmew kors ta’ rijabilitazzjoni mid-dipendenza tad-droga f’dan iċ-ċentru mmexxi mill-CARITAS.

Mons Victor Grech, Direttur tal-CARITAS, fid-diskors tiegħu rabat it-tama ma’ dik li hu sejjaħ “il-kultura tal-ħajja” u ħeġġeġ lil dawk preżenti biex “innisslu fit-tfal minn ċkunithom, fil-familja u fl-iskejjel” din il-kultura tal-ħajja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-17 ta’ Lulju

Mattew 11, 20-24

Ġesù mbagħad qabad iċanfar bis-sħiħ l-ibliet li ma wrewx indiema minkejja l-ħafna mirakli li kien għamel fihom: “Ħażin għalik, Korożajn! Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li wrew indiema bl-ilbies ta’  l-ixkejjer u l-irmied. Iżda ngħidilkom li jum il-ħaqq se jkun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom… Kompli aqra »

Kungress Pan Afrikan għal-lajċi Kattoliċi

Pan African Congress logo

“Li tkun xiehda ta’ Ġesu Kristu fl-Afrika, illum. Melħ tal-art…dawl tad-dinja” hija t-tema tal-Kungress Pan Afrikan għal-lajċi kattoliċi, organizzat mill-Kunsill Pontifiċju għal-Lajċi u li se jsir bejn l-4 u d-9 ta’ Settembru li ġej f’Yaounde, il-Kamerun.Din l-inizjattiva hi parti mit-tradizzjoni tal-Kunsill li jorganizza Kungressi kontinentali u/jew reġjonali għal popli lajċi kattoliċi f’diversi partijiet tad-dinja.

L-attivita se tkun qed issir fl-Universita Kattolika tal-Afrika Ċentrali u d-deċiżjoni li jinżamm Kungress fl-Afrika hi relatata mal-vjaġġ appostoliku tal-Papa lejn il-Kamerun u Angola lura fl-2009, u riċentament maż-żjara tiegħu f’Benin f’Novembru li għadda biex seta’ jiffirma l-Eżortazzjoni Appostolika Post-Sinodali ‘Africae Munus’… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-16 ta’ Lulju

Mattew  10, 34-11,1

“Taħsbux li jiena ġejt inġib il-paċi fuq l-art! Ġejt inġib mhux il-paċi, imma s-sejf. Iva, ġejt nifred lill-bniedem minn missieru, lill-bint minn ommha,u lil mara minn omm żewġha, u l-bniedem ikollu n-nies ta’ daru stess għedewwa tiegħu. Min iħobb lil missieru jew lil ommu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun miegħi; min iħobb lil ibnu jew lil bintu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun tiegħi… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-15 ta’ Lulju

Il-Hmistax-il Hadd tas-Sena

Mark 6, 7-13

U sejjaħ it-Tnax, u beda jibgħathom tnejn tnejn, filwaqt li tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena. U wissiehom biex ma jieħdu xejn magħhom għat-triq ħlief ħatar: la ħobż, la ħorġa, lanqas flus fi ħżiemhom; imma li jilbsu l-qrieq u ma jxiddux żewġ ilbiesi. Qalilhom: “Fejn tidħlu f’xi dar, ibqgħu fiha sa ma titilqu minn hemmhekk… Kompli aqra »