Arkivji mensili: Lulju 2012

Il-Papa jiltaqa’ mal-Kummissjoni tal-Kardinali li qed tinvestiga l-iżvelar ta’ dokumenti

A stamp from a document in the Vatican secret archive

Komunikat maħruġ mill-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan qal li fil-jiem li għaddew il-Papa ltaqa’ f’udjenza mal-Kummissjoni tal-Kardinali li hu stess ħatar biex tinvestiga l-iżvelar ta’ dokumenti kunfidenzjali fil-Vatikan. Il-kardinali Julian Herranz, Jozef Tomko u Salvatore De Giorgi, kienu akkumpanjati mis-Segretarju tal-Kummissjoni, Patri Luigi Martignani OFM Cap, mill-Maġistrat Piero Antonio Bonnet u mill-Promutur tal-Ġustizzja Nicola Picardi, mit-tribunal tal-iStat tal-Vatikan… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-31 ta’ Lulju

Mattew 13,36-43

Mbagħad ħalla n-nies u mar id-dar. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu u qalulu: “Fissirhielna l-parabbola tas-sikrana fl-għalqa.” U weġibhom: “Dak li jiżra’ ż-żerriegħa t-tajba huwa Bin il-bniedem. L-għalqa hija d-dinja; iż-żerriegħa t-tajba huma wlied is-Saltna; is-sikrana huma wlied il-ħażin, u  l-għadu   li żeragħha huwa x-xitan. Il-ħsad ifisser tmiem id-dinja, u  l-ħassada  l-anġli. Mela bħalma s-sikrana jiġbruha u jaħarquha fin-nar, hekk isir fi tmiem id-dinja… Kompli aqra »

Il-Maratona ‘Oħloq Tbissima’ fi tmiem din il-ġimgħa

Ser terġa tittella l-Maratona Oħloq Tbissima: 60 siegħa ta’ xandir live miċ-ĊAM Productions international (CPi) u l-Production House fi ħdan is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP).   L-għaxar edizzjoni tal-maratona ser tibda f’nofsinhar tat-3 t’Awwissu u tibqa’ sejra sal-Ħadd 5 t’Awwissu f’nofsillejl.

Bħal edizzjonijiet passati,  l-għan huwa li titqajjem kuxjenza missjunarja, filwaqt li jinġabru fondi b’risq il-missjonijiet fi ħdan l-MSSP, fil-Filippini, fil-Peru  u fil-Pakistan, kif ukoll b’risq id-Dar ta’ San Ġużepp f’Santa Venera u għall-Evanġelizzazzjoni permezz tal-MediaKompli aqra »

Il-Papa b’appelli lis-Sirja u l-Iraq

Pope during Angelus

l-Papa Benedittu XVI appella lis-Sirja u lill-Iraq għall-paċi. Meta kien qed jindirizza lill-pellegrini u lit-turisti miġbura fil-bitħa tal-Palazz Appostoliku ta’ Castel Gandolfo, il-Papa qal li “jibqa’ jsegwi bi tħassib l-episodji traġiċi dejjem jiżdiedu ta’ vjolenza fis-Sirja” fejn f’iktar minn sena ta’ inkwiet ċivili jiżdied, mietu mal-20 elf ruħ. Il-Papa iddisapprova wkoll il-fatt li l-kunflitt wassal għal ċaqliq ta’ numru kbir ta’ persuni li minn djarhom spiċċaw jaħarbu lejn postijiet oħra f’tentattiv li jsibu kenn… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-30 ta’ Lulju

Mattew 13, 31-35

Ġibilhom parabbola oħra u qalilhom: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel ikun qabad u żeragħha fl-għalqa tiegħu. Hija tabilħaqq l-iżgħar waħda fost iż-żrieragħ kollha, iżda meta tikber, tkun l-akbar waħda fost il-ħxejjex u ssir siġra, hekk li l-għasafar ta’ l-ajru jiġu jbejjtu fil-friegħi tagħha.” Qalilhom parabbola oħra: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil ftit ħmira li waħda mara tkun qabdet u ħalltet ma’ tliet sigħan dqiq sa ma tkun għoliet l-għaġna kollha.” Dan kollu Ġesù qalu bil-parabboli lin-nies, u mingħajr xi parabbola ma kienx ikellimhom, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta, meta qal:  ‘Niftaħ fommi bil-parabboli, nitkellem fuq ħwejjeġ moħbija sa mit-twaqqif tad-dinja.’

Il-Qaddis tal-jum: San Pietru Chrysologus Kompli aqra »

Il-Vanġelu tad-29 ta’ Lulju

Is-Sbatax-il Ħadd matul is-Sena

Ġwann 6,1-15

Wara dan, Ġesù telaq lejn in-naħa l-oħra tal-baħar tal-Galilija, jew ta’ Tiberija. Ħafna nies marru warajh, għax raw is-sinjali li kien jagħmel bil-fejqan tal-morda. Ġesù tela’ lejn l-għoljiet u qagħad hemm bilqiegħda mad-dixxipli tiegħu. Kien qrib l-Għid, il-festa tal-Lhud. Ġesù rafa’ għajnejh, lemaħ kotra ta’ nies ġejja lejh, u qal lil Filippu: “Mnejn nixtru l-ħobż biex dawn ikollhom x’jieklu?” Dan qalulu biex jippruvah, għaliex hu kien jaf x’sejjer jagħmel… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-28 ta’ Lulju

Mattew 13, 24-43

Ġibilhom parabbola oħra u qalilhom: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed raġel li żara’ żerriegħa tajba fl-għalqa tiegħu. Iżda xħin in-nies kienu reqdin, ġie l-għadu tiegħu, żara’ s-sikrana qalb il-qamħ u telaq. Meta mbagħad il-qamħ nibet u ħareġ is-sbul, tfaċċat ukoll is-sikrana. Resqu l-qaddejja fuq sid l-għalqa u qalulu, ‘Sinjur, int mhux żerriegħa tajba żrajt fl-għalqa tiegħek? … Kompli aqra »

Maħruġ il-messaġġ għall-Jum Dinji tat-Turiżmu

Il-Kunsill Pontifiċju għall-Kura Pastorali tal-Migranti u dawk li jivjaġġaw ħareġ il-messaġġ għall-Jum Dinji tat-Turiżmu 2012, iċċelebrat fis-27 ta’ Settembru. It-tema għal din is-sena hi “It-Turiżmu u l-Enerġija Sostenibbli: Saħħa lill-Iżvilupp Sostenibbli”.

Fil-messaġġ, il-President tal-Kunsill, il-Kardinal Antonio Maria Veglio qal li “it-turiżmu għandu rwol importanti fil-kisba tal-Miri ta’ Żvilupp għall-Millenju li jinkludu ‘l-assigurazzjoni tas-sostenibbilta ambjentali’, u għandu jagħmel dak kollu li jista’ sabiex dawn il-miri jintleħqu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-27 ta’ Lulju

Mattew  13, 18-23

“Mela isimgħuha intom il-parabbola ta’ dak li ħareġ jiżra’. Kull min jisma’ l-kelma tas-Saltna u ma jifhimhiex, jersaq il-ħażin u jisraqlu dak li jkun inżera’ f’qalbu: dan huwa dak li nżera’ mal-mogħdija. Dak li nżera’ f’art kollha blat huwa dak li jisma’ l-kelma u jilqagħha minnufih bil-ferħ; imma għeruq ma jkollux fih innifsu, u għalhekk ftit idum; mbagħad jiġi fuqu l-għawġ, jew isib min iħabbtu minħabba l-kelma, u malajr jitfixkel… Kompli aqra »