Arkivji mensili: Lulju 2012

M’hemmx paċi mingħajr djalogu, sagrifiċċju u paċenzja

“Bħala mużiċista individwali f’orkestra jaqleb dak li mhux melodjuż f’armonija sħiħa permezz ta’ ħafna xogħol, sagrifiċċju u għax jisma’ lil ħaddieħor, hekk ukoll in-nies fid-dinja jistgħu jdawru l-konflitt f’paċi”.

Hekk saħaq il-Papa Benedittu XVI qabel kunċert li sar fil-11 ta’ Lulju ad unur tiegħu minn mużiċisti żgħażagħ ġejjin minn Iżrael, it-territorji Palestinjani u pajjiżi tal-Arabja.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-14 ta’ Lulju

Mattew 10, 24-33

Ma hemmx dixxiplu aqwa mill-imgħallem, anqas ilsir aqwa minn sidu. Biżżejjed għad-dixxiplu jekk joħroġ jixbah lill-imgħallem tiegħu u l-ilsir lil sidu. Jekk lil sid id-dar tawh il-laqam ta’ Begħelżebul, kemm aktar lin-nies ta’ daru! Għalhekk la tibżgħux minnhom. Għax xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf… Kompli aqra »

FIL-QRIB LI TINTEMM L-INVESTIGAZZJONI DWAR ŻVELAR FIL-MEDIA TA’ DOKUMENTI KUNFIDENZJALI

Pope's Butler

F’konferenza tal-aħbarijiet b’aġġornament lill-mezzi tal-media, il-Ħamis wara nofsinhar il-Kap tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, Patri Federico Lombardi, qal lill-ġurnalisti li ma ddumx ma tkun lesta l-investigazzjoni dwar żvelar ta’ dokumenti kunfidenzjali tal-Vatikan, liema investigazzjoni qed titmexxa minn Kummissjoni ta’ tliet Kardinali mmexxija mill-Kardinal Julian Herranz. Il-Kummissjoni speċjali, maħtura mill-Papa nnifsu, se tkun qed tissottomettilu r-riżultati tal-ħidma investigattiva tagħha l-ġimgħa d-dieħla.

Sadattant, investigazzjoni separata ta’ Paolo Gabriele, l-maġġordom tal-Papa li kien arrestat nhar it-23 ta’ Mejju akkużat bl-iżvelar ta’ dokumenti kunfidenzjali tal-Vatikan, għadha għaddejja… Kompli aqra »

L-MSSP taħtar Superjur Ġenerali ġdid

Fid-Disa’ Kapitlu Ġenerali li s-Soċjetà Missjunara ta’ San Pawl għadha kemm iċċelebrat, Fr Mark Grima mssp ġie maħtur Superjur Ġenerali ta’din is-Soċjetà għas-sitt snin li ġejjin.

F’dan il-Kapitlu Ġenerali, delegati tas-Soċjetà mill-Filippini, Malta, Perù, Pakistan, l-Awstralja, Ruma, u l-Kanada, iddiskutew temi differenti fuq l-andament ta’ din is-Soċjetà, imwaqqfa mill-Qaddej t’Alla Mons Ġużeppi De Piro, fl-1910.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-13 ta’ Lulju

Mattew 10, 16-23

“Ara, jiena qiegħed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup. Kunu mela għaqlin bħas-sriep u safjin bħall-ħamiem. Oqogħdu attenti mill-bnedmin! Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati, jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom, itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani. Iżda meta jerħukom f’idejhom, tinkwetawx ruħkom kif se titkellmu jew x’se tgħidu, għax dak il-ħin stess jingħatalkom xi jkollkom tgħidu… Kompli aqra »

Vjaġġ immarkat mid-djalogu

Islamic-Catholic Committee

Fi istqarrija tal-Laqgħa Straordinarja tal-Kumitat Islamiku-Kattoliku, liema laqgħa saret nhar it-Tlieta, tħabbar li l-laqgħa li jmiss tal-Kumitat hi skedata għal Lulju 2013 f’Ruma bit-tema tkun “Dawk li jemmnu quddiem l-isfida tal-materjaliżmu u s-sekulariżmu”.

Dan il-Kumitat, li jiltaqa’ kull sena, kien twaqqaf fl-1995 mill-Kunsill Pontifiċju għad-Djalogu Inter-Reliġjuż, u mill-Forum Islamiku Internazzjonali għad-Djalogu, min-naħa tal-Musulmani… Kompli aqra »

Voluntiera tal-Caritas jitħarrġu l-Italja

Caritas Europa was instrumental in securing these placements which were made possible through special Leonardo Mobility Programme EU funds.  This is run by the European Union Programme Agency (EUPA) in Malta led by Leonardo Programme Officer, Ms Josette Vella.

Għoxrin voluntier tal-Caritas Malta li jaħdmu f’Kummissjonijiet Djakonija madwar Malta għadhom kemm akkwistaw esperjenza f’sitwazzjonijiet ta’ faqar u esklużjoni soċjali fl-Italja, matul ġimgħatejn ta’ taħriġ permezz tal-Programm ta’ Mobbilità Leonardo bħala l-mistednin tal-Caritas Europa… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-12 ta’ Lulju

Mattew 10, 7-15

Intom u sejrin, xandru u għidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet. Fejjqu l-morda, qajjmu l-mejtin, fejjqu l-lebbrużi, keċċu x-xjaten. B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu. Tfittxux li jkollkom flus fuqkom, la tad-deheb, la tal-fidda u lanqas tar-ram; u la ħorġa għat-triq, la żewġ ilbiesi, la qrieq u lanqas ħatar, għax il-ħaddiem ħaqqu ħobżu. Fil-bejt jew raħal fejn tidħlu, araw ikunx hemm min jixraqlu tmorru għandu, u ibqgħu f’daru sa ma titilqu minn hemm… Kompli aqra »

Il-konferenzi Episkopali, minbarra tal-Afrika, b’abbozz kontra l-abbuż.

Mons Charles J. Scicluna

Il-Malti Mons Charles J Scicluna, investigatur ewlieni tal-Vatikan f’każi ta’ abbuż qal li l-maġġoranza tal-konferenzi episkopali fl-Ameriki, l-Ewropa u l-Asja, żammew ma’ mandat tal-Vatikan biex jifformulaw linji-gwida kontra l-abbużi. Mingħajr ma nkluda lill-Afrika, “iktar min-nofs tal-konferenzi episkopali wieġbu sad-data stipulata fl-aħħar ta’ Mejju”, qal Mons Scicluna mill-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi f’intervista li saritlu mal-magazin kattoliku Taljan ta’ kull xahar JesusKompli aqra »

Jinġabru fondi għall-Fondazzjoni Suret il-Bniedem

Residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin dan l-aħħar organizzaw għadd ta’ attivitajiet biex jiġbru fondi għall-Fondazzjoni Suret il-Bniedem.

Il-Fondazzjoni taħdem mill-qrib ma’ eks-residenti tal-Faċilità, l-aktar billi toffri għajnuna fl-edukazzjoni lit-tfal tar-residenti u tipprovdi wkoll kenn lil dawk ir-residenti li wara li jiskontaw is-sentenza tagħhom, isibu ruħhom bla saqaf fejn jgħixu.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com Kompli aqra »