Arkivji mensili: Settembru 2012

Jibda l-ġuri ta’ dak li kien il-maġġordom tal-Papa

Pope Benedict's former butler Paolo Gabriele

L-eks butler tal-Papa Benedittu Sittax ammetta fit-tribunal tal-Vatikan li seraq u xerred informazzjoni kunfidenzjali. Paolo Gabriele, ta’ 46 sena, huwa missier ta’ tlett itfal, u kien ilu jaqdi lill-Papa għal snin twal. Minkejja li fit-tribunal tal-Vatikan huwa mar liebes ħwejjeġ eleganti, it-tensjoni kienet tidher fl-aġir tiegħu.

Paolo Gabriele kellu aċċess għall-kmamar kollha tal-Papa. Jekk Gabriele jinstab ħati, jista’ jeħel sentenza ta’ erba’ snin ħabs… Kompli aqra »

1-7 Ottubru

It-Tnejn

10.00 a.m.        L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni ta’f’Jum l-Anzjani, fil-Knisja ta’ Santa Tereża, Birkirkara.

It-Tlieta

10.00a.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan tal-Kalkara, Kan. Anton Galea Scannura, bi tħejjija għall-Vista Pastorali, fil-Kurja.

11:00a.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Eċċ.za Rev.ma Mons Selim Sayegħ, isqof tal-Gordan fil-Kurja.

12.00 p.m.        L-Arċisqof jattendi pranzu mal-Eċċ.za Rev.ma Mons… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-30 ta’ Settembru

Is-26 Hadd ta’ matul is-Sena

Mark 9,38-43.45.47-48

“Mgħallem, qallu Ġwanni, “wieħed raġel, li s-soltu ma jkunx magħna, rajnieh ikeċċi x-xjaten f’ismek u ridna nżommuh, għax hu m’huwiex wieħed minn tagħna.” Imma Ġesù qal: “La żżommuhx, le, għax ma hemm ħadd li se jagħmel miraklu f’ismi u mbagħad malajr se jkollu ħila jgħid kontra tiegħi. Għax min m’huwiex kontra tagħna, huwa magħna… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tad-29 ta’ Settembru

Ġwanni 1, 47-51

Meta Ġesù ra lil Natanjel riesaq lejh qal għalih: “Ara, dan tassew wieħed minn Iżrael li jixraqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih.” Natanjel staqsieh: “Kif sirt tafni?” U Ġesù wieġbu: “Rajtek taħt is-siġra tat-tin qabel ma sejjaħlek Filippu.” “Rabbi,” qallu Natanjel,”int l-Iben ta’ Alla, inti s-sultan ta’ Iżrael!” Ġesù wieġbu: “Qiegħed temmen għax għedtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin? … Kompli aqra »

Infiq ta’ Miljuni f’restawr

Nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Settembru saret konferenza tal-aħbarijiet barra l-knisja arċipretali tal-Birgu. Indirizzaw din il-konferenza Dun Joe Cilia, Arċipriet tal-Birgu, is-Sur Ray Bonnici, Property Manager u Mons. Anton Portelli, Segretarju Amministrattiv tal-Kurja. F’dawn l-aħħar sentejn il-Knisja f’Malta nefqet aktar minn €4 miljun f’restawr, manutenzjoni u spejjeż kapitali ohra fil-parroċċi. Dan minħabba bini antik u l-obbligi li jeżistu biex dan il-patrimonju jiġi mħares… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-28 ta’ Settembru

Luqa 9, 18-22

Darba, waqt li kien qiegħed jitlob waħdu, kien hemm miegħu  d-dixxipli tiegħu, u hu staqsiehom: “Min jgħidu n-nies li jien?” Huma weġbuh u qalulu: “Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, li qam wieħed mill-profeti ta’ l-imgħoddi.” Qalilhom: “Imma intom min tgħidu li jien?” Qabeż Pietru u qallu: “Inti l-Messija ta’ Alla.” Mbagħad ikkmandahom u qalilhom ħafna biex ma jgħidu lil ħadd b’dan… Kompli aqra »

Welcome Home

Nhar it-Tlieta 25 ta’ Settembru 2012, voluntiera żgħażagħ kienu milqugħin ġewwa San Vinċenz de Paule minn Arċisqof Pawl Cremona, hekk kif waslu lura mill-missjonijiet ta’ volontarjat tagħhom. iż-żgħażagħ qasmu l-esperjenzi tagħhom mar-residenti anzjani u akkumpanjawhom għal serata fil-Pjazza ċentrali tad-Dar.

Matul ix-xhur tas-sajf, aktar minn 350 żagħżugħ u żagħżugħa ħadu sehem fi proġetti ta’ volontarjat f’Malta u fi 12-il pajjiż ieħor madwar id-dinja… Kompli aqra »

Żjara mill-Ambaxxatriċi tal-Istati Uniti

Nhar l-Erbgħa 26 ta’ Settembru 2012, saret żjara ta’ kortesija lill-Arcisqof Pawlu Cremona O.P, mill-E.T. Gina Abercrombie-Winstanley, Ambaxxatriċi tal-Istati Uniti. Il-laqgħa saret fl-uffiċċju tal-Arċisqof, il-Kurja.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »