Arkivji mensili: Ottubru 2012

‘Il-Bieb tal-Fidi’ fil-post tax-xogħol

Il-Kummissjoni Pastorali fid-Dinja tax-Xogħol (KPDX) f’din is-Sena ta’ Fidi mnedija mill-Papa Benedittu XVI tixtieq twassal ftit riflessjonjiet lill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol b’rabta ma’ dokument li ħareġ il-Papa stess bl-isem ‘Porta Fidei’ li tfisser ‘Il-Bieb tal-Fidi’.

Meta nitkellmu fuq ir-realtà tax-xogħol ħafna drabi niddiskutu kull aspett tal-ħaddiem, imma ftit nitkellmu fuq il-fidi tiegħu. Il-Kummissjoni tara li din is-Sena ta’ Fidi hija okkażjoni biex il-ħaddiem jgħaqqad iżjed ix-xogħol tiegħu ma’ twemminu… Kompli aqra »

Pellegrini evakwati mis-Santwarju f’Lourdes

Mijiet ta’ pellegrini kienu evakwati mis-Santwarju tal-Madonna ta’ Lourdes fi Franza, wara għargħar ikkaġunat minn xita qawwija li laqtgħet l-inħawi. Ix-xmara ‘Gave de Pau’ jidher li faret wara jiem sħaħ ta’ xita u għalhekk il-grotta u t-toroq tal-madwar intlaqtu ħażin mill-ilmijiet li niżlu u li kkawżaw għargħar.

Uffiċjali sostnew li aktar minn 450 pellegrin, inkluż dawk morda u b’diżabbiltà, kienu evakwati fil-jum tas-Sibt… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof f’għeluq il-50 sena mill-professjoni reliġjuża ta’ Sr Monica Sammut

Kappella ta’ Ġesu Nazzarenu, iż-Żejtun

14 ta’ Ottubru 2012

Ħamsin sena ilu Sr Monica quddiem Alla l-Imbierek għamlet il-wegħdiet tagħha. Ħa nfakkarkom bejn wieħed u ieħor, x’inhuma l-wegħdiet. Kienet professjoni perpetwa,  jiġifieri dak iż-żmien lill-Mulej qaltlu: jiena ħajti se nagħtihielek; indum ngħix kemm indum ngħix, ħajti mhux se tibqa tiegħi, imma se tkun tiegħek. Għalhekk hija perpetwa biex il-Mulej ikun jista’ jiddisponi minnha… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-22 ta’ Ottubru

Luqa 12, 13-21

Xi ħadd mill-folla qallu: “Mgħallem, għid lil ħija jaqsam il-wirt miegħi.” “Ħabib,” wieġbu Ġesù, “min qegħedni mħallef fuqkom, jew qabbadni nqassmilkom il-ġid bejnietkom?” Mbagħad qal lin-nies: “Iftħu għajnejkom u ħarsu rwieħkom minn kull regħba, għax imqar jekk wieħed ikollu bir-radam, ħajtu ma tiddependix mill-ġid li jkollu.” U qalilhom parabbola: “Wieħed raġel għani ġabar kotra ta’ frott mir-raba’ tiegħu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-21 ta’ Ottubru

Id-disa’ u ghoxrin Hadd ta’ matul is-sena

Mark 10,35-45

Ġakbu u Ġwanni, ulied Żebedew, resqu lejh u qalulu: “Mgħallem, dak li se nitolbuk irriduk tagħtihulna.” “Xi triduni nagħmlilkom?” staqsiehom. U huma weġbuh: “Ħallina noqogħdu wieħed fuq il-lemin u l-ieħor fuq ix-xellug fil-glorja tiegħek.” Imma Ġesù qalilhom: “Ma tafux x’intom titolbu. Għandkom ħila tixorbu l-kalċi li se nixrob jien, u titgħammdu wkoll bil-magħmudija li biha se nitgħammed jien?” “Għandha,” qalulu… Kompli aqra »

Konferenza l-Ispiritwalita’ fiż-Żwieġ

Nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Ottubru 2012, saret konferenza organizzata mill-Proġett Impenn, bit-tema ‘L-Ispiritwalita’ fiż-Żwieġ’. Il-kelliem ewlieni kien Mons. Jean Laffitte, Segretarju tal-Kunsill Pontifiċju tal-Familja. L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. għalaq il-konferenza li kienet tinkludi wkoll esperjenza taż-żwieġ minn koppja ta’ eta’ żagħżugħa. Il-konferenza saret fil-lukanda Phoenicia, Floriana.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

Jinġabru €613,715 għall-Caritas f’Xarabank

Il-ġenerożità tal-Maltin reġgħet spikkat waqt il-programm Xarabank fuq TVM nhar il-Ġimgħa li għaddiet meta nġabret is-somma ta’ €163,715 għall-Caritas Malta.  Il-programm kien dwar il-ħidma tal-Caritas għar-riabilitazzjoni mill-użu tad-droga, u servizzi oħra li din l-organizzazzjoni tagħti lil nies fil-bżonn.

Din kienet ukoll wirja ta’ apprezzament lid-direttur tal-Caritas Monsinjur Victor Grech li nhar il-Gimgħa stess għalaq 83 sena.  Dawk li ċemplu bid-donazzjonijiet tagħhom urew apprezzament għall-viżjoni u l-ħidma ta’ Monsinjur Grech biex jgħin persuni jaqtgħu l-użu ta’ droga llegali u jidħlu lura fis-soċjetà… Kompli aqra »