Arkivji mensili: Ottubru 2012

Taħdita dwar l-Ortodossi li jinsabu fostna

Il-Kummissjoni Ekumenika, bil-kollaborazzjoni tal-Kummissjoni Emigranti, qed torganizza taħdita bl-isem L-ORTODOSSI FOSTNA nhar l-Erbgħa 31 t’Ottubru 2012, fis-6.30pm, f’Dar l-Emigrant, Valletta. It-taħdita se ssir minn Mons. George Mifsud Montanaro li huwa l-espert lokali fuq dan il-qasam. Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-25 ta’ Ottubru

Luqa 12, 49-53

“Nar ġejt inqiegħed fuq l-art, u kemm nixtieq li diġà qabad! Iżda hemm magħmudija li biha għandi nitgħammed, u x’diqa għandi sa ma dan iseħħ! Taħsbu intom li jien ġejt inġib il-paċi fid-dinja? Le, ngħidilkom, imma l-firda; għax mil-lum ‘il quddiem ħamsa minn nies f’dar waħda jkunu mifruda bejniethom, tlieta kontra tnejn u tnejn kontra tlieta; jinfirdu l-missier kontra  l-iben u l-iben kontra l-missier, l-omm kontra l-bint u l-bint kontra l-omm, omm ir-raġel kontra mart binha u mart l-iben kontra omm żewġha.”

The Saint of the day: San Krispin

Kompli aqra »

Il-Papa jħabbar Konċistorju li jiftaħ it-triq għal kardinali ġodda

Concistory

Il-Papa Benedittu XVI ħabbar konċistorju li se jiftaħ it-triq għal sitt Kardinali ġodda. Aħbar li ntlaqgħet bil-ferħ minn dawk li kienu preżenti fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan għall-udjenza ġenerali ta’ dil-ġimgħa. Il-Papa wassal din l-aħbar fi tmiem il-katekeżi tiegħu.

Il-Kardinali l-ġodda ġejjin minn tliet kontinenti differenti – l-Afrika, l-Amerka u l-Asja.

Dan hu l-ħames konċistorju ta’ Papa Benedittu XVI, u bil-Konċistorju tal-24 ta’ Novembru se jkun hemm b’kollox 90 Kardinal… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-24 ta’ Ottubru

Luqa 12, 39-48

Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf xħin ikun ġej il-ħalliel ma kienx se jħalli min jinfidlu l-ħajt ta’ daru. Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem.” “Mulej,” qallu Pietru, “din il-parabbola qiegħed tgħidha għalina, jew għal kulħadd?” Wieġbu l-Mulej: “Int min tgħid li hu l-qaddej fidil u għaqli? … Kompli aqra »

Il-Vatikan japprova jum li jfakkar lill-Papa Ġwanni Pawlu II fl-Amerka

Blessed John Paul II

Il-Kongregazjoni tal-Vatikan għall-Qima Divina u s-Sagramenti approvat il-jum tat-22 t’Ottubru bħala l-jum li fl-Istati Uniti tal-Amerka jfakkar lill-Beatu Ġwanni Pawlu II. Il-Konferenza Episkopali Amerikana ħabbret li t-tifkira libera tal-Papa kienet approvata biex tkun inkluża fil-kalendarju tad-djoċesijiet Amerikani.

Il-ġurnata, li taħbat mal-anniversarju tal-inawgurazzjoni ta’ Ġwanni Pawlu II bħala Papa, kienet diġa approvata mill-Isqfijiet Amerikani f’Novembru li għadda. L-approvazzjoni tal-Kongregazzjoni tal-Vatikan kienet fil-fatt l-aħħar stadju… Kompli aqra »

Website ġdida mill-Ordni Sekulari Karmelitan Tereżjan

L-Ordni Sekulari Karmelitan Tereżjan għadhom kemm introduċew is-website ġdida tagħhom: http://oskt.wordpress.com/

Tajjeb li tinfurmaw ruħkom aktar dwar din l-ispirtwalita’ Tereżjana bħala lajċi fi ħdan il-Knisja. Din l-ordni għandha komunitajiet f’Birkirakara, Bormla, Ta’ Xbiex u x-Xagħra Għawdex. Għal aktar informzzjoni jista’ jibgħat fuq l-email address tagħhom li huwa [email protected]. Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-23 ta’ Ottubru

Luke 12,35-38

“Żommu ġenbejkom imħażżma u l-imsiebaħ tagħkom mixgħula; kunu bħal nies jistennew lil sidhom lura mill-festa tat-tieġ, biex malli jiġi u jħabbat jiftħulu minnufih.  Henjin dawk il-qaddejja li meta jiġi sidhom isibhom jishru! Tassew ngħidilkom, li hu jitħażżem, iqegħedhom madwar il-mejda, u jgħaddi quddiemhom iservihom. U kieku kellu jiġi fil-ħin tat-tieni sahra, jew tat-tielet, u jsibhom xorta waħda fuq dmirhom, henjin huma!  … Kompli aqra »

Joħroġ faxxiklu għall-Operaturi Pastorali

Is-Segretarjat tal-Katekeżi għadu kemm ħareġ l-ewwel Faxxiklu: Ngħid li Jiena Nemmen!

Din ir-riżorsa kateketika tista’ tintuża’ ma’ kull kategorija ta’ ħidmiet pastorali; imma hija l-aktar indirrizzata għall-Operaturi Pastorali li jaħdmu mal-Adolexxenti u Żghażagħ minn tlettax-il sena ‘l fuq u żgħażagħ minn tmintax-il sena ’l fuq.

Dan il-faxxiklu se jkun għall-bejgħ mill-Uffiċċji tas-Segretarjat minn nhar it-Tlieta 23 ta’ Ottubru, ’l quddiem… Kompli aqra »