Arkivji mensili: Ottubru 2012

Allegati fenomeni u messaġġi marbuta ma’ Borġ in-Nadur

Għal numru ta’ snin kienu qed isiru allegazzjonijiet dwar fenomeni u messaġġi li qed iseħħu f’rabta ma’ Borġ in-Nadur. L-Awtoritajiet tal-Knisja f’Malta iħossu li fl-evalwazzjoni u fid-dixxerniment ta’ dawn l-allegati fenomeni u messaġġi, wasal iż-żmien li jagħtu direttivi biex dawn il-fenomeni u messaġġi ma jibqgħux jixxandru u jkunu interpretati b’mod pubbliku. Għal dan il-għan ukoll, is-Sur Angelik Caruana se jibda jieħu sehem personalment f’Borġ in-Nadur biss fis-26 ta’ kull xahar… Kompli aqra »

Bidu għas-Sena tal-Fidi f’Malta

Nhar il-Ħamis 11 t’Ottubru 2012, fis-7pm, l-Arċisqof Pawlu Cremona mexxa laqgħa ta’ talb għall-kleru fil-ftuħ tas-Sena tal-Fidi, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl, ir-Rabat.  Ghal din l-okkazjoni kien hemm preżenti n-Nunzju Appostoliku, l-E.T. Mons. Tommaso Caputo, l-Arċisqof Emeritus, Mons. Ġuzeppi Mercieca u l-Isqof Awżiljarju-elett, Mons. Charles J. Scicluna. Matul din iċ-ċelebrazzjoni, b’mod simboliku, l-Arċisqof  xegħel id-dawl tal-fidi mill-lampier li jinsab fil-grotta ta’ San Pawl, u li jirrapreżenta l-wasla tal-fidi f’Malta… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-Assemblea Djoċesana 2012

Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni, Birkirkara
6 ta’ Ottubru, 2012

Il-Ħtieġa tal-Fidi

Fil-preżentazzjoni tal-pastorali għamilt mistoqsija għalija, nittama li ngħinkom mhux infixkilkom.  U l-mistoqsija li għamilt: għaliex il-fidi? Mhux x’inhi l-fidi, imma għaliex hemm bżonn il-fidi?  U se nipprova nagħmel daqsxejn ta’ riflessjonijiet, kif deherli jien, għaliex għandna bżonn il-fidi.

Skont il-Ktieb tal-Ġenesi, fl-ewwel u t-tieni kapitli, ma kienx hemm bżonn fidi.  … Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal fil-M.U.S.E.U.M. Subien u mal- Kunsilli u Kummissjonijiet tal-Kalkara

Nhar it-Tlieta 9 t’Ottubru 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mat-tfal subien tal-MUSEUM u mal-katekisti tagħhom. Aktar tard iltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u mal-Kunsill Implimentazzjoni Sinodu u mal-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali tal-istess parroċċa.

AGĦFAS HAWN biex tara aktar ritratti taż-żjara pastorali tal-Arċisqof il-Birgu.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

Illum tibda s-Sena tal-Fidi

Illum, il-11 t’Ottubru 2012, hija l-ewwel ġurnata li qiegħda timmarka l-bidu tas-Sena tal-Fidi, wara xewqa tal-Papa Benedittu XVI biex “mill-ġdid nikkonvertu b’mod awtentiku lejn Kristu, il-Feddej waħdieni tad-dinja”.

Bħalissa wkoll qiegħed iseħħ is-Sinodu tal-Isqfijiet li beda fis-7 t’Ottubru u se jibqa’ għaddej sal-24 tal-istess xahar bit-tema tal-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida. Minn Malta qed jattendi l-Isqof t’Għawdex Mons. Mario Grech.

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet l-Isqfijiet Maltin għaddewlna l-kelma Appostolika tagħhom fuq is-sena speċjali li se nibdew illum… Kompli aqra »

Il-Papa jawtorizza l-għoti tal-indulġenzi fl-attivitajiet tas-Sena tal-Fidi

Year of Faith 2012-2013

Il-Kattoliċi li se jieħdu sehem fl-attivitajiet relatati mas-Sena tal-Fidi, bejn il-11 t’Ottubru 2012 u l-24 ta’ Novembru 2013, se jkun jista’ jirċievi indulġenza speċjali, qal il-Vatikan. Il-Papa awtorizza l-għoti ta’ indulġenza plenarja jew sħiħa sabiex tingħata l-importanza mistħoqqa lis-Sena tal-Fidi, anki bil-ħsieb li wieħed jinkoraġixxi “qari, jew aħjar, meditazzjoni dwar id-dokumenti tal-Konċilju Vatikan II u l-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika”.

Id-digriet tal-Vatikan qal li l-indulġenza plenarja se tingħata lill-pellegrini li jżuru santwarji qaddisa, lill-kattoliċi li jieħdu sehem f’attivitajiet marbuta mas-Sena tal-Fidi, u lil dawk li jistgħu ikunu morda jew mhux f’kundizzjoni li jkunu fiżikament preżenti fl-attivitajiet organizzati… Kompli aqra »

Żewġ Dutturi ġodda għall-Knisja Universali

Two tapestries of the new Doctors of the Church

Il-Papa Benedittu XVI ipproklama lil San Ġwann t’Avila u lil Santa Hildegard ta’ Bingen bħala Dutturi tal-Knisja Universali. Dan għamlu qabel ma ċċelebra l-Ewkaristija li matulha inawgura t-13-il Assemblea Ġenerali Ordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet. It-tema tal-Assemblea kienet “L-Evanġelizzazzjoni l-ġdida għat-Trasmissjoni tal-Fidi Nisranija”.

Meta għadda biex jitkellem dwar iż-żewġ Dutturi ġodda tal-Knisja hu stieden għal riflessjoni… Kompli aqra »

Jasal Malta l-E.T. Mons. Charles J. Scicluna

Nhar it-Tlieta 9 t’Ottubru 2012, fil-12:15pm, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P, in-Nunzju Appostoliku Mons. Tommaso Caputo u l-Arċisqof Emeritus Ġużeppi Mercieca,  laqgħu lill-Eċċellenza Tiegħu, Mons. Charles J. Scicluna, Isqof Awżiljarju elett ta’ Malta, mal-wasla tiegħu minn Ruma, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected] Kompli aqra »