Arkivji mensili: Ottubru 2012

8-14 Ottubru

It-Tnejn

9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwalment u wara jiċċelebra Quddiesa u jiekol magħhom, fis-Seminarju tal-Virtu’, ir-Rabat.

It-Tlieta

5.30 p.m.         L- Arċisqof  iżur iċ-ċentru tal-katekiżmu tal-Museum tas-Subien, il-Kalkara.

7.00 p.m.         L- Arċisqof  jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, mal-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu u mal-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali fid-Dar Parrokkjali, il-Kalkara… Kompli aqra »

Il-Bijografija ta’ Monsinjur Charles J. Scicluna

Monsinjur Charles J. Scicluna, iben Emanuel u Maria Carmela née Falzon, twieled f’Toronto, il-Kanada, fil-15 ta’ Mejju 1959.  Il-familja Scicluna waslet Malta fl-1960 u għal diversi snin kienet toqgħod Ħal Qormi sakemm marret toqgħod Ħal Lija fl-1976. Mons. Scicluna irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola Primarja San Sebastjan, Ħal Qormi, fl-Iskola Teknika San Ġużepp, Raħal Gdid u fil-Kulleġġ Saint Edward’s, Cottonera.  Daħal għal kors tal-liġi fl-Università ta’ Malta fl-1976 u iggradwa avukat fl-1984.  … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-7 ta’ Ottubru

Is-Seba’ u ghoxrin Hadd ta’ matul is-sena

Mark 10,2-16

Resqu xi Fariżej lejh, u biex iġarrbuh staqsewh jekk raġel jistax jitlaq lil martu. Weġibhom u qal: “X’ordnalkom Mosè?” Qalulu: “Mosè ta l-permess li wieħed jagħmel il-kitba tad-divorzju, u jibgħatha. ” Mbagħad weġibhom Ġesù: “Minħabba l-ebusija ta’ qalbkom kitbilkom dan l-ordni. Iżda sa mill-bidu tal-ħolqien Alla għamilhom raġel u mara… Kompli aqra »

Ittra Pastorali fl-okkażjoni tas-Sena tal-Fidi

Il-Papa Benedittu XVI din is-sena nieda Sena ta’ Fidi bid-dokument li jġib l-isem: “Il-Bieb tal-Fidi”. F’din is-sena huwa qiegħed iħeġġeġ lill-Insara kollha biex jikbru fil-fidi tagħhom. Is-Sena tal-Fidi tibda fil-11 ta’ Ottubru 2012 u tintemm fl-24 ta’ Novembru 2013, Festa ta’ Kristu Sultan. Il-Papa beda b’dan il-kliem: “Il-bieb tal-fidi (Att 14,27) huwa dejjem miftuħ għalina, iwassalna għal għaqda ma’ Alla u joffri d-dħul fil-Knisja”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-6 ta’ Ottubru

Luqa 10, 17-24

It-tnejn u sebgħin reġgħu lura ferħana jgħidu: “Mulej,ix-xjaten ukoll joqogħdu għalina minħabba f’ismek!” U hu qalilhom: “Iva, jien kont narah lix-Xitan jaqa’ bħal berqa mis-sema.  Araw, tajtkom is-setgħa li tirfsu fuq sriep u skorpjuni u li tegħlbu kull qawwa ta’ l-għadu u ebda ħsara ma jagħmlulkom. Madankollu mhux b’dan ifirħu, li l-ispirti joqogħdu għalikom, imma ifirħu għax għandkom isimkom miktub  fis-smewwiet.” F’dak l-istess ħin Ġesù tqanqal bil-ferħ mill-Ispirtu s-Santu u qal: “Nfaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax int dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin… Kompli aqra »

L-intenzjonijiet tat-talb tal-Papa għal Ottubru

Pope praying

L-Appostolatura tat-talb tal-Papa, bħal ma tagħmel fil-bidu ta’ kull xahar, ħabbret l-intenzjonijiet tat-talb tal-Papa tul Ottubru. L-intenzjoni ġenerali tal-Papa dax-xahar hi sabiex “l-evanġelizzazzjoni ġdida tipprogressa fil-pajjiżi bi storja twila ta’ Kristjaneżmu”.

Minbarra m-intenzjoni ġenerali, il-Papa, bħas-soltu jagħżel ukoll intenzjoni missjunarja. Matul dan ix-xahar qed jitlob sabiex “iċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Dinji tal-Missjoni tirriżulta f’impenn imġedded għall-evanġelizzazzjoni”. Kompli aqra »

Tmien laqgħat dwar L-Evanġelju skont San Mark

Ser isiru serje ta’ 8 laqgħat dwar l-Evanġelju ta’ Marku, li ser isiru mill-Kan. Dun Karm Attard fis-Sala ta’ Birkirkara (dħul mit-Triq Mike Pulis).

Dawn il-laqgħat ser jibdew mill-5 t’Ottubru fis-7:15 p.m.

Kulħadd huwa mistieden biex jattendi, u jekk huwa possibli jġib miegħu il-Bibbja. Kompli aqra »

Assemblea Djoċesana 2012

L-Assemblea Djoċesana tal-Knisja f’Malta din is-sena se tiddiskuti l-isfidi għall-ħidma pastorali mal-familja u r-realtà tal-fidi. Din l-Assemblea se tiltaqa’ għada l-Ġimgħa 5, u s-Sibt 6 ta’ Ottubru, fiċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni, Birkirkara, u se tkun ippreseduta mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.

L-Assemblea se jkollha tema għal kull jum, b’rabta mal-Pjan Pastorali 2012-2014 u mas-Sena tal-Fidi, li l-Papa Benedittu XVI se jiftaħ fil-11 ta’ Ottubru li ġej… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-5 ta’ Ottubru

Luqa 10, 13-16

“Ħażin għalik, Korożajn! Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li nidmu u libsu l-ixkejjer u qagħdu fuq ir-rmied. Imma l-ġudizzju għad ikun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom. U int, Kafarnahum, taħseb li se togħla sas-sema? Sa ġol-qiegħ għad tinxteħet! Min jisma’ lilkom ikun jisma’ lili, u min iwarrab lilkom ikun iwarrab lili; imma min iwarrab lili jkun iwarrab lil dak li bagħatni.”

Il-Qaddis tal-jum: Santa Flora ta’ Beaulieu Kompli aqra »

Il-Papa jistieden talb għas-Sena tal-Fidi, is-Sinodu tal-Isqfijiet

Year of Faith logo

Wara l-katekeżi tiegħu fl-udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa, din il-ġimgħa l-Papa Benedittu XVI rrefera għaż-żjara tal-Ħamis f’Loreto, l-Italja “fil-50 anniversarju mill-pellegrinaġġ famuż li Beatu Papa Ġwanni XXIII kien għamel fis-santwarju Marjan ġimgħa qabel ftuħ il-Konċilju Vatikan II.”

Il-Papa stieden lil kulħadd jingħaqad miegħu fit-talb, waqt li fada l-ġrajjiet ekkleżjastiċi ewlenin li qed jitħejjew fil-qawwa tal-Madonna, Omm Alla… Kompli aqra »