Arkivji mensili: Novembru 2012

‘L-għan tal-ekumeniżmu huwa l-għaqda tal-insara mifrudin’

Pope Benedict XVI

Ir-rabtiet mill-qrib tax-xogħol tal-evanġelizzazzjoni u l-ħtieġa li jkunu solvuti l-qasmiet li għadhom jeżistu bejn l-insara, kienu jikkostitwixxu t-tema ċentrali tal-indirizz li l-Papa Benedittu XVI għamel lill-membri u konsulturi tal-Kunsill Pontifiċju għall-Għaqda Nisranija fl-okkażjoni tal-Assemblea Plenarja ddedikata lill-‘Importanza tal-ekumeniżmu fl-evanġelizzazzjoni l-ġdida’.

Il-Papa qal li wieħed ma jistax jimxi fit-triq ekumenika waqt li jinjora l-kriżi tal-fidi li qed tolqot partijiet kbar tad-dinja… Kompli aqra »

Proġett għaż-Żgħażagħ fil-Films Qosra

Nhar il-Ħamis 15 ta’ Novembru 2012, is-Segretarjat għall-Mezzi tal-Komunikazzjoni Soċjali tal-Knisja f’Malta, f’kollaborazzjoni mas-Sależjani ta’ Don Bosco, nieda proġett ġdid bl-isem ‘FilmE’.

Din hija inizjattiva oħra fil-qasam tal-Media Education. L-għan ta’ dan il-proġett hu li jlaqqgħa żgħażagħ adoloxxenti biex jipproduċu films qosra, u fil-proċess jitgħallmu jaħdmu flimkien u joħolqu sens komunitarju. Dan il-proġett joffri mhux biss l-opportunità li huma jkunu l-protagonisti tal-media, imma wkoll li jrawmu fihom sens ta’ evalwazzjoni kritika tal-media u jitgħallmu dawk il-valuri umani li huma ta’ ġid għalihom… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għal gradwati tal-Universita’ ta’ Malta

Nhar l-Erbgħa 14 ta’ Novembru 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra quddiesa ta’ radd il-ħajr bis-sehem tal-istudenti li se jiggradwaw mill-Università ta’ Malta. Din saret fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

L-Arċisqof feraħ lil gradwati kollha, u qallhom li Ġesu jifrah magħhom ukoll tas-suċċess li għamlu fl-edukazzjoni tagħhom. Hu ħeġġeġ lil gradwati biex jagħmlu riflessjoni biex fil-karriera tagħhom jaġixxu etikament tajjeb fir-responsabiltajiet tagħhom… Kompli aqra »

Tliet modi kif issir taf ‘l Alla: Id-dinja, il-bniedem u l-fidi

Pope during weekly General Audience

Tliet modi kif issir taf ‘l Alla – id-dinja, il-bniedem u l-fidi – kienu t-tema li l-Papa Benedittu XVI għażel għall-katekeżi tal-udjenza ġenerali ta’ din il-ġimgħa, li saret fil-Vatikan l-Erbgħa filgħodu.

Il-Papa beda biex spjega li l-“inizjattiva t’Alla dejjem tiġi qabel kwalunkwe inizjattiva li jieħu l-bnieem, u anki fi triqitna lejh, huwa Hu li jilluminana u jiggwidana, waqt li dejjem jirrispetta l-liberta tagħna… Kompli aqra »

142 persuna jiggradwaw mill-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali

Nhar it-13 ta’ Novembru 2012, saret il-gradwazzjoni tal-istudenti tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali (IFP) tal-Knisja f’Malta. Din iċ-ċerimonja saret  fis-Seminarju tal-Arċisqof, tal-Virtu. B’kollox iggradwaw 147 persuna li temmew b’suċċess 9 korsijiet differenti offruti mill-IFP. Iċ-ċerimonja bdiet biċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa u wara segwiet il-preżentazzjoni taċ-ċertifikati mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. L-aktar kors popolari fost dawk li ggradwaw il-bierah kien dak tal-General Education in Evangesliation… Kompli aqra »

L-Arċisqof il-ġdid ta’ Canterbury favur Isqfijiet nisa

Bishop Justin Welby

Il-mexxej il-ġdid tal-Knisja Anglikana qal li d-direttur spiritwali tiegħu kien patri kattoliku, anki jekk ma semmiehx. L-Isqof Justin Welby ta’ Durham, li se jsir l-Arċisqof il-ġdid ta’ Canterbury, qal f’konferenza tal-aħbarijiet li kien influwenzat mill-ispiritwalita Benedittina u minn dik Injazjana. Iddikjara wkoll li fis-Sinodu Ġenerali li jmexxi l-Knisja Anglikana, u li se jkun qed jiddeċiedi fuq l-ordinazzjoni tal-Isqfijiet nisa, f’laqgħa ta’ jumejn li tibda fid-19 ta’ Novembru, huwa se jkun qed jivvota favur… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni ta’ Jum it-Tifkira 2012

Konkatidral ta’ San Ġwann, Il-Belt Valletta

11 ta’ Novembru 2012

Illum qegħdin niċċelebraw Jum it-Tifkira, biex ma ninsewx lil dawk li taw jew ipperikolaw ħajjithom fl-aħħar żewġ Gwerer Dinjija. Ikun hemm xi wħud minna li f’dan il-Jum jiftakru fl-għeżież tagħhom li tilfu fil-gwerra, u allura t-tifkira tkun ħafna iktar personali u allura iktar emottiva għal din it-telfa… Kompli aqra »

12-18 ta’ Novembru

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwali u wara jiċċelebra magħhom Quddiesa u jiekol magħhom fis-Seminarju tal-Virtu’.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jżur l-iskola Primarja ta’ Gwardamanġa bħala parti miż-Żjara Pastorali.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, tal-Virtu’.

7 p.m… Kompli aqra »