Arkivji mensili: Novembru 2012

Il-Vanġelu tal-24 ta’ Novembru

Luqa 20, 27-40

Mela resqu fuqu xi wħud mis-Sadduċej, dawk li jiċħdu l-qawmien mill-imwiet, u staqsewh: “Mgħallem,” qalulu,”Mosè ħallielna miktub, ‘Jekk wieħed imutlu ħuh miżżewweġ u dan ikun bla tfal, dak ikollu jiżżewweġ l-armla biex inissel ulied lil ħuh.’ Issa jkun hemm sebat aħwa, u l-kbir iżżewweġ u miet bla tfal. It-tieni wieħed, u mbagħad it-tielet, f’kelma waħda, is-sebgħa li kienu, ħadu l-armla, u mietu bla ma ħallew tfal… Kompli aqra »

L-Insinji Episkopali ta’ Mons. Charles J. Scicluna

Iċ-Ċurkett li se jingħata fl-Ordinazzjoni Episkopali huwa rigal mill-Arċidjoċesi ta’ Malta. Fl-antik iċ-ċurkett kien jingħata: b’sinjal ta’ ġieħ, biex jimmarka d-dokumenti uffiċċjali u b’sinjal tal-għerusija tal-Isqof mad-djoċesi tiegħu. Il-formula liturġika li tintuża llum jesprimi l-fedeltà tal-Isqof lejn il-Knisja, l-għarusa ta’ Kristu.

Il-Mitra se tingħata bħala rigal minn komunità ta’ sorijiet li tagħhom Mons. Scicluna kien kappillan f’Ruma… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-23 ta’ Novembru

Luqa 19,45-48

Mbagħad daħal fit-tempju, u qabad ikeċċi ‘l barra l-bejjiegħa u jgħidilhom: “Hemm miktub, ‘Id-dar tiegħi tkun dar it-talb.’ Iżda intom għamiltuha għar tal-ħallelin! U kien jgħallem kuljum fit-tempju. Il-qassisin il-kbar u l-kittieba u l-kbarat tal-poplu kienu jfittxu li jeqirduh; iżda ma kinux jafu x’jaqbdu jagħmlu, għax il-poplu kollu kien imqabbad miegħu biex jisimgħu.

Il-Qaddis tal-jum: San Klement Kompli aqra »

Mons. Charles J. Scicluna jieħu sehem f’Velja ta’ Talb

Il-Ħamis 22 ta’ Novembru 2012, saret Velja ta’ Talb bi preparazjoni għall-Ordinazzjoni Episkopali tal-Isqof Awżiljari Elett, Mons. Charles J. Scicluna, ippreseduta mill-Arċisqof Pawlu Cremona. Dan saret fil-Katidral tal-Imdina.

Fiċ-ċelebrazzjoni Mons. Scicluna ħa l-pussess bħala membru tal-Kapitlu Metropolitan ta’ Malta u wara l-Arċisqof libbes lil Monsinjur Charles J. Scicluna ir-rukket, il-muzzetta, is-salib pettorali u l-berettin. Wara qara u ffirma l-ġurament tal-ħatra u imbagħad daħal fil-kor fejn kienu jinsabu l-Kanonċi l-oħra u ingħata s-sedja tiegħu fost il-membri l-oħra tal-Kapitlu Metropolitan… Kompli aqra »

L-Anglikani jgħidu LE għall-isqfijiet nisa

Women bishops

Vot prattikament mhux mistenni ta’ LE għal-proposta li l-Knisja Anglikana jkollha Isqfijiet nisa. Fi kliem l-Arċisqof ta’ Canterbury, Primat tal-Komunjoni Anglikana, Rowan Williams, qal li “ċertament dan il-vot mhux it-tmiem ta’ din l-istorja”.

Williams għadda dan il-kumment wara li ttieħdet din id-deċiżjoni fis-Sinodu Ġenerali tal-Knisja fl-Ingilterra dwar il-proposta li jibdew ikunu kkonsagrati Isqfijiet nisa.

Is-sistema li tirregola l-attivita tas-Sinodu hi stretta u titlob żewġ terzi tal-maġġoranza f’appoġġ fil-vot biex proposta tkun tista’ tiġi approvata… Kompli aqra »

Mons. Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa f’Ħal Lija

Nhar l-Erbgħa 21 ta’ Novembru 2012, komplew iċ-ċelebrazzjonijiet għall-Ordinazzjoni Episkopali tal-E.T. Mons. Charles J. Scicluna fil-knisja parrokjali ta’ Ħal Lija.  Fis-6.30pm, saret Quddiesa tal-Konsagrazzjoni ta’ Marija lil Alla, li matulha Mons. Scicluna fakkar is-Sagrament tal-Ordinazzjoni Presbiterali. Fl-istess ħin, Mons. Scicluna  ltaqa’ mal-komunita’ parrokkjali ta’ Ħal Lija li laqgħetu b’entużjażmu kbir. Ħal Lija huwa l-post fejn Mons. Scicluna iċċelebra l-ewwel quddiesa tiegħu u fejn jgħix preżentament mal-ġenituri tiegħu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-22 ta’ Novembru

Luqa 19,41-44

Wasal qrib il-belt u, kif raha, beda jibkiha u jgħid: “M’hux li għaraft imqar int ukoll f’dan il-jum x’inhu ta’ ġid għalik! Imma issa! Dan hu moħbi minn għajnejk! Għax għad jiġi żmien fuqek meta l-għedewwa tiegħek idawwruk b’rampa u jagħlquk minn kullimkien u jrossu fuqek minn kull naħa; u jġarrfu lilek u lil uliedek fik, u ma jħallux fik ġebla fuq oħra, talli ma għaraftx iż-żmien taż-żjara li saritlek !”

Il-Qaddisa tal-jum: Santa Cecilja Kompli aqra »

L-Arċisqof iqassam €860,000 miġbura minn ‘RTK 4 Charity’

Illum l-Erbgħa 21 ta’ Novembru 2012, saret preżentazzjoni fil-Kurja tal-Arċisqof, tad-donazzjonijiet miġbura minn Radju RTK waqt żewġ kampanji ta’ ġbir ta’ fondi, bħala parti mill-inizjattiva ‘RTK 4 Charity’. L-entitajiet li bbenefikaw minn dawn il-fondi huma: id-Dar tal-Providenza, id-Dar tal-Kleru, l-Uffiċċju Ċentrali Djar tat-Tfal, il-Kummissjoni Emigranti u Familji fil-Bżonn Għawdex. Huma rċievew bejniethom is-somma ta’ €860,000, bl-akbar benefiċjarju jkun id-Dar tal-Providenza.

[vimeo]http://vimeo.com/54014725[/vimeo]

Id-donazzjonijiet gew ippreżentati mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P… Kompli aqra »

Qorti Għolja Pakistana twaqqa’ akkużi ta’ żeblih għall-Koran kontra tfajla nisranija

Rimsha Masih

The Islamabad High Court ordered police to dismiss blasphemy charges against a Christian Pakistani girl whose arrest and detention drew international condemnation. The ruling from

Il-Qorti Għolja ta’ Islamabad fil-Pakistan ordnat lill-pulizija sabiex iwaqqgħu akkużi ta’ żeblih lill-Koran, liema akkużi saru fil-konfront ta’ tfajla Pakistana nisranija li l-arrest tagħha attirat kundanna internazzjonali. Id-deċiżjoni tal-Prim Imħallef kienet li ma nstabet l-ebda evidenza li t-tfajla Rimsha Masih ħarqet xi paġni mill-Quran… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-21 ta’ Novembru

Il-Prezentazzjoni tal-Imqaddsa Vergni Marija

Luke 19,11-28

Huma u jisimgħu dan, Ġesù żied jgħid parabbola, għax kien qrib Ġerusalemm, u n-nies kien mingħalihom li s-Saltna ta’ Alla kienet se tidher minnufih. Mela qal: “Wieħed raġel nobbli siefer f’pajjiż fil-bogħod biex jagħmluh sultan u mbagħad jerġa’ lura. Sejjaħ għaxar qaddejja tiegħu, tahom għaxar miniet u qalilhom: ‘Ħaddmuhom, sa ma nerġa’ niġi.’ Issa n-nies ta’ pajjiżu kienu jobogħduh, u bagħtu ambaxxata warajh biex jgħidu, ‘Ma rriduhx lil dan isaltan fuqna.’ Ġara li, meta ħa s-saltna u raġa’ lura, bagħat isejjaħ lil dawk il-qaddejja li kien tahom il-flus, biex ikun jaf kif ħaddmuhom u x’qalgħu… Kompli aqra »