Yearly Archives: 2012

L-Isqof Awżiljarju jżur l-iskola Sekondarja ta’ Maria Assunta

On Monday 17th December 2012, Auxiliary Bishop Mgr Charles J. Scicluna celebrated the Christmas Mass at San Ġorġ Preca College, Maria Assumpta Girls Secondary school in Ħamrun.

This was the Bishop’s first pastoral visit in a school.

The bishop was given a cake from the Home Economics class student and a hand-crafted memento by the Art and Lace class students… Kompli aqra »

Il-Papa jilqa’ lill-President Palestinjan

Pope with Palestinian President

Il-Papa laqa’ fil-Palazz Appostoliku tal-Vatikan lill-President tal-Awtorita Palestinjana, Mahmoud Abbas. Abbas imbagħad iltaqa’ mal-Kardinal Tarcisio Bertone, Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, li kien akkumpanjat mill-Arċisqof Domenique Mamberti, Segretarju għar-relazzjonijiet bejn l-istati differenti.

Fi stqarrija, l-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede qal li “id-diskussjonijiet kordjali irreferew għar-Riżoluzzjoni riċenti approvata mill-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda li permezz tagħha l-Palestina kienet rikonoxxuta bħala Stat Osservatur mhux membru tal-Organizzazzjoni… Kompli aqra »

Festa ta’ Ġenerożita’ b’risq Id-Dar tal-Providenza

The activity that is held annually to raise funds for id-Dar tal-Providenza will this year be called Festa ta’ Ġenerożita’ (Feast of Generosity). This was announced by Fr Martin Micallef, Director of the Home who said: “We’re doing this because on January 1st all Maltese and Gozitans alike will begin the new year by showing who and what they really are: a generous nation, a nation that can indeed practice solidarity.”

Fr Martin mentioned four main reasons for this feast of generosity towards id-Dar tal-Providenza… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fil-Velja ta’ Talb għall-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni

Il-Katidral tal- Mdina

7 ta’ Diċembru 2012

Ħuti, din hija sena tal-fidi u l-Papa Benedittu qed jistedinna lkoll biex, kull wieħed u waħda minna jagħmel qabża ta’ fidi jiġifieri jsaħħaħ il-fidi tiegħu, jiġifieri jgħix fid-dawl ta’ dak li aħna ma narawx imma, kif jgħid S. Pawl, nittamaw fih permezz tal-fidi tagħna.

Hu xieraq li llum kemm għaliex hija festa kif ukoll għaliex aħna qegħdin miġburin madwar radju li huwa msemmi għal Sidtna Marija, tajjeb li nieħdu lil Sidtna Marija bħala dik li tmexxina fil-fidi tagħna… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof għall-persuni b’diżabilita’

Garden of Eden Hall, iż-Żurrieq

4 ta’ Diċembru 2012

Fis-Salm Responsorjali għadna kemm smajna li Alla l-Imbierek iħobb ħafna lil dawk li qegħdin ibatu: dawk li huma morda, dawk li huma fqar u dawk li huma b’xi diżabbilitá. U Alla l-Imbierek mhux biss kiteb bħalma smajna jinqara llum b’mod daqshekk sabih, imma Alla l-Imbierek bagħat lil Ġesù fil-Milied biex jurina dan… Kompli aqra »

’Alla mhux daqshekk imbiegħed imma magħna’

Il-Ħadd il-Papa Benedittu XVI ċċelebra l-ewkaristija fil-knisja parrokkjali ta’ St Patrick f’Colle Prenestino fit-tarf in-naħa ta’ lvant ta’ Ruma. Fl-omelija tiegħu, il-Papa tkellem dwar iċ-ċertezza fil-fidi li Alla hu preżenti, irrispettivament miċ-ċirkustanzi li jistgħu jidhru jikkawżaw dwejjaq, nuqqa ta’ fiduċja u saħansitra disprament. Il-preżenza t’Alla hi fiha nnifisha biżżejjed biex iddawwal lil qlubna. Huwa fakkar lill-fidili li “huwa Ġesu li jġib is-salvazzjoni lill-umanita; relazzjoni ġdida ma’ Alla li tirbaħ fuq il-ħażen u l-mewt, li hija l-veru ferħ għar-relazzjoni m’Alla li ddwwalilna t-triq, anki jekk xi drabi mtappna mid-dlam tal-egoiżmu”… Kompli aqra »

Quddiesa ta’ radd il-ħajr fi tmiem il-missjoni ta’ Mons. Caputo f’Malta

Nhar il-Ħadd 16 ta’ Diċċembru 2012, l-Eċċellenza Tiegħu l-Arċisqof Tommaso Caputo iċċelebra Quddiesa ta’ radd il-ħajr, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fi tmiem il-missjoni diplomatika tiegħu f’Malta bħala Nunzju Appostoliku tas-Santa Sede.

Fl-10 ta’ Novembru li għadda, il-Qdusija Tiegħu il-Papa Benedittu XVI ħatar lil Mons. Caputo bħala Arċisqof tal-belt ta’ Pompei u Delegat Pontifiċju għas-Santwarju tal-Imqaddsa Verġni Marija tar-Rużarju ta’ Pompei… Kompli aqra »

17-23 ta’ Diċembru

.

It-Tnejn

10.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja, fil-Kurja.

6.30 p.m. L-Arċisqof jattendi għall-festin żgħir fl-okkażjoni tat-tluq tan-Nunzju Appostoliku Mons. Tommaso Caputo, li se jtemm is-servizz tiegħu f’Malta. Din ser issir fin-Nunzjatura Appostolika f’Tal-Virtù, ir-Rabat.

It-Tlieta

09.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Milied għat-tfal tal-Iskejjel Statali, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta… Kompli aqra »