Yearly Archives: 2012

L-Arċisqof Tomasi jgħid li hu meħtieġ sforz internazzjonali biex jilqa’ għall-kriżi tal-ikel

Msgr Silvano Tomasi

Sinjali ċari fl-Awstralja li qed jikber it-tħassib  dwar l-impatt potenzjali tal-avveniment marbut mat-temp, fuq l-agrikoltura. Dan fi żmien meta l-prezzijiet globali tal-ikel qed jiżdiedu b’rata mgħaġġla. Il-prezzijiet diġa għolew minħabba temp xott fl-Istati Uniti tal-Amerika u minħabba esportazzjoni tal-ikel f’pajjiżi oħra. Membri ewlenin tal-Grupp tal-20 pajjiż, magħruf bħala l-G20, kienu qed jippjanaw li jżommu konferenza fl-aħħar t’Awwissu dwar iż-żjidiet fil-prezzijiet tal-qamħ, bil-għan li jevitaw żjidiet addizzjonali fil-prezzijiet tal-ikel, liema żjidiet, fl-2008, kienu wasslu għal rewwixti fil-pajjiżi fqar… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-15 ta’ Awwissu

Solennita tal-Assunzjoni ta’ Marija Santissima

Luke 1,39-56

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu  s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Mbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! … Kompli aqra »

Inawgurat monument ġdid għall-baħħara

Nhar it-Tnejn 13 t’Awwissu 2012,  l-Arcisqof Pawlu Cremona O.P. bierek Monument lill-Bahhara fil-Port il-Kbir, waqt cerimonja fl-okkazjoni tat-tifkira tas-70 anniversarju mill-Konvoj ta’ Santa Marija. Dan il-monument, li gie inawgurat mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi, twaqqaf fuq inizjattiva ta’ Fr Joe Borg, Kappillan tal-Port, li jmexxi l-hidma tal-Appostolat tal-Bahar fi hdan il-Kummissjoni Emigranti tal-Knisja f’Malta.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

Il-volum tal-logħob: ‘Naħsbu li globalment se jonqos’

“Filwaqt li min hu dipendenti fuq il-logħob se jibqa’ jilgħab xorta, naħsbu li globalment il-volum tal-logħob se jonqos”.

Hekk qal ma’ IL-ĠENSillum online kelliem għall-Aġenzija Sedqa meta din il-gazzetta elettronika stħarrġet il-fehma tagħha dwar iż-żidiet imħabbrin mill-Maltco fil-prezz tal-Lotto u s-Super 5.

Skont l-Aġenzija Sedqa, “din hija xi ħaġa pożittiva għax tnaqqas l-effetti negattivi fuq ħajjet dawk li jilagħbu ħafna imma għadhom mhumiex dipendenti – u tnaqqas iċ-ċans li ċerti individwi biż-żmien isiru dipendenti”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-14 ta’ Awwissu

Mattew 18,1-5,10,12,14

F’dak il-waqt resqu d-dixxipli lejn Ġesù u staqsewh: “Mela min hu l-akbar fis-Saltna tas-Smewwiet?” Hu sejjaħ lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f’nofshom u qalilhom, “Tassew ngħidilkom, li jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet. U għalhekk l-ikbar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet huwa dak li jċekken lilu nnifsu bħal dan it-tfajjel żgħir. U kull min jilqa’ tfajjel bħal dan minħabba f’ismi, ikun jilqa’ lili… Kompli aqra »

L-aħħar tħejjijiet għal-laqgħa ta’ Rimini

Rimini Meeting 2012

It-tħejjijiet għal-laqgħa ta’ Rimini jinsabu fl-aħħar stadju tagħhom bl-ewwel wasliet ta’ xi voluntiera – 150 żagħżugħ u żagħżugħa li ngħaqdu ma’ ħmistax il-mastrudaxxa minn Brianza, li ilhom Rimini għall-aħħar ftit jiem.

Il-Laqgħa għall-Ħbiberiji fost il-Popli, organizzata mill-Moviment Kattoliku Komunjoni u Liberazzjoni f’Rimini l-Italja, hi attivita li ta’ kull sena tattira mijiet ta’ eluf ta’ parteċipanti.

F’dal-jiem, jaslu aktar voluntiera biex il-qofol jintleħaq bil-laqgħa nnifisha bejn is-17 u d-19 t’Awwissu… Kompli aqra »

Il-Papa Benedettu Sittax qal li Ġesu huwa l-Kelma t’Alla

Il-Papa Benedettu Sittax qal li Ġesu huwa l-Kelma t’Alla u li permezz tagħha il-bniedem jista’ jagħmel mill-volonta t’Alla il-ħobż tiegħu ta’ kuljum. Waqt il-messaġġ tiegħu tal-Anġelus minn Castelgandolfo, il-Papa spjega kif huwa biss f’Alla li l-bniedem isib it-triq tal-ħajja, tal-ġustizzja u tal-verita’.

Il-Papa fakkar fil-popolazzjonijiet tal-Filippini u taċ-Ċina li ntlaqtu mill-għargħar kif ukoll tal-Iran li ntlaqtu minn terremot qawwi… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-13 ta’ Awwissu

Matthew 17, 22-27

Meta darba kienu flimkien fil-Galilija, Ġesù qalilhom: “Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin u joqtluh, u fit-tielet jum iqum.” U huma sewwdu qalbhom ħafna. Reġgħu daħlu Kafarnahum, u resqu fuq Pietru dawk li jiġbru t-taxxa għat-tempju, u qalulu: “L-imgħallem tagħkom ma jħallashiex it-taxxa?” “Iva!” qalilhom. Meta daħal id-dar, Ġesù, bla ma ħallieh jitkellem, staqsieh: “Int x’jidhirlek, Xmun? … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-12 ta’ Awwissu

It-19- il-Hadd tas-Sena

Gwann 6, 41 – 51

Il-Lhud bdew igergru fuqu għax kien qal, ‘Jiena hu l-ħobż li niżel mis-sema.’ U bdew jgħidu: “Dan m’huwiex Ġesù bin Ġużeppi? Lil missieru u ‘l ommu ma nafuhomx? Mela kif qiegħed jgħid, ‘Jiena nżilt mis-sema’?” Ġesù weġibhom: “Toqogħdux tgorru bejnietkom. Ħadd ma jista’ jiġi għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja; u jiena nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum.  … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-11 ta’ Awwissu

Matthew 17, 14-20

Meta reġgħu ġew ħdejn in-nies, resaq fuqu wieħed raġel, niżel għarkubbtejh quddiemu u qallu: “Mulej, ikollok ħniena minn ibni, għax marid b’tal-qamar u qiegħed ibati ħafna; għax sikwit jaqa’ jew fin-nar jew fl-ilma. Ġibtu lid-dixxipli tiegħek, iżda ma setgħux ifejjquh.”  Wieġeb Ġesù u qal: “Ja nies bla fidi u ħżiena, kemm se ndum magħkom? Kemm se ndum nissaportikom? … Kompli aqra »