Msgr Silvano Tomasi

Sinjali ċari fl-Awstralja li qed jikber it-tħassib  dwar l-impatt potenzjali tal-avveniment marbut mat-temp, fuq l-agrikoltura. Dan fi żmien meta l-prezzijiet globali tal-ikel qed jiżdiedu b’rata mgħaġġla. Il-prezzijiet diġa għolew minħabba temp xott fl-Istati Uniti tal-Amerika u minħabba esportazzjoni tal-ikel f’pajjiżi oħra. Membri ewlenin tal-Grupp tal-20 pajjiż, magħruf bħala l-G20, kienu qed jippjanaw li jżommu konferenza fl-aħħar t’Awwissu dwar iż-żjidiet fil-prezzijiet tal-qamħ, bil-għan li jevitaw żjidiet addizzjonali fil-prezzijiet tal-ikel, liema żjidiet, fl-2008, kienu wasslu għal rewwixti fil-pajjiżi fqar.

“Fuq kollox, neħtieġu nirrispettaw il-ħajja u allura nagħmlu possibbli għal kull bniedem porzjon aċċettabbli ta’ ikel biex ikun jista’ jgħix”, qal l-Arċisqof Silvano Tomasi, Osservatur Permanenti tas-Santa Sede għall-Ġnus Maqgħuda f’Ġinevra.

“Il-pajjiżi tal-G20 li jistgħu ikunu qed jiltaqgħu fix-xhur li ġejjin sabiex jindirizzaw il-kwistjoni tal-ikel fid-dinja, se jkollhom jieħdu iħarsu lejn konsiderazzjonijiet mid-duttrina soċjali tal-Knisja u minn kliem il-Papa nnifsu fl-aħħar enċiklika soċjali tiegħu Caritas in Veritate”, kompla.