Il-Papa jenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni fil-kuntest ta’ żmienna
13/12/2012Il-Papa Benedittu XVI laqa’ f’udjenza sitt ambaxxaturi ġodda u non-residenti akkreditati għas-Santa Sede miż-Żambja, mit-Tajlandja, mis-Sri Lanka, minn St. Vincent u l-Hgrenadines, min-Niġer u l-Guinea. Fl-indirizz tiegħu lid-diplomatiċi, il-Papa ffoka fuq it-tema tal-edukazzjoni, waħda mill-isfidi ewlenin fiż-żminijiet tal-lum.
Waqt li semma l-evoluzzjoni tal-istili differenti tal-ħajja tal-lum, li qal li toħloq qasmiet kulturali, soċjali u spiritwali fl-istorja umana, Benedittu XVI semma wkoll in-networks soċjali li qal li “spiċċaw jieħdu post l-ispazji soċjali u komunikattivi, biex saru kważi l-uniku punt ta’ referenza għall-kisba tal-informazzjoni u l-għarfien… Kompli aqra »