Arkivji mensili: Jannar 2013

L-Arċisqof l-ewwel darba fuq Facebook

Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Jannar 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ikkomunika man-nies fuq facebook bejn l-4.30pm u l-5:30pm fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu. Din hija l-ewwel darba li l-Arċisqof ikkomunika direttament mal-membri tal-paġna facebook ‘The Church in Malta’ li issa fiha ‘il fuq minn 6,000 membru. Matul din is-siegħa l-Arċisqof rċieva madwar 300 kumment, bejn private messages u kummenti oħra fuq il-wall post tiegħu, u wieġeb għal numru minnhom, inkluż minn pajjiżi barra minn Malta… Kompli aqra »

Il-Papa jilqa’ membri tal-Kummissjoni Internazzjonali Konġunta għad-djalogu teoloġiku

Fil-Vatikan il-Papa laqa’ lill-membri tal-Kummissjoni Internazzjonali Konġunta għad-djalogu teoloġiku bejn il-Knisja Kattolika u l-Knejjes Ortodossi Orjentali. Il-Kummissjoni twaqqfet għaxar snin ilu bħala inizjattiva tal-awtoritajiet ekkleżjali tal-familja ta’ Knejjes Ortodossi Orjentali u l-Kunsill Pontifiċju għall-promozzjoni tal-għaqda nisranija.

Il-Kummissjoni ddedikat dil-ġimgħa għal esplorazzjoni usa tal-komunjoni u l-komunikazzjoni li teżisti diġa bejn il-Knisja Kattolika u l-Knejjes Ortodossi Orjentali fl-ewwel ħames sekli ta’ storja nisranija… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal fil-Marsa.

Nhar it-Tnejn 21 ta’ Jannar 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mat-tfal li jattendu ċ-Ċentru tal-Katekiżmu tal-Qalb ta’ Ġesù, fiċ-Ċentru Parrokkjali, fil-Marsa.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

Memorandum mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ dwar il-ħtiġijiet taż-żgħażagħ

MEMORANDUM GĦALL-PARTITI POLITIĊI – ELEZZJONIJIET ĠENERALI 2013

Il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ, l-entità uffiċċjali fi ħdan l-knisja għall-pastorali maż-żgħażagħ, tagħraf l-importanza li ż-żgħażagħ jingħataw l-possibiltà sħiħa li jiffurmaw rwieħhom fid-dimensjonijiet kollha tal-ħajja tagħhom, kemm dik umana kif ukoll spiritwali (Draft National Children’s Policy 2011, 3.1, 4.1). Nemmnu li din hija responsabbiltà li l-Istat jaqsam flimkien mal-korpi kostitwi kollha, fosthom il-Knisja.

L-organi politiċi huma depożiti tal-valuri umani diversi fis-soċjetà, għalhekk nistennew li t-tfassil tal-politika jkun immexxi minn viżjoni li tħaddan u tippromwovi dawn l-istess valuri umani… Kompli aqra »

Il-Papa b’assessjar pożittiv tal-media soċjali

Pope on social media

Kien ippreżentat il-messaġġ tal-Papa Benedittu XVI għas-47 Jum Dinji tal-Komunikazzjoni li se jaħbat il-Ħadd 12 ta’ Mejju li ġej u li se jġib it-tema “In-netwerks soċjali: portals ta’ verita u fidi; spazji ġodda għall-evanġelizzazzjoni”. Jieħdu sehem fil-preżentazzjoni kienu l-Arċisqof Claudio Celli u Mons Paul Tighe, President u Segretarju tal-Kunsill Pontifiċju għall-Komunikazzjoni Soċjali rispettivament.

L-Arċisqof Celli qal li “l-messaġġ għal dan il-jum tal-Komunikazzjoni jippreżenta assessjar pożittiv tal-media soċjali, anki jekk mhux wieħed daqshekk simplistiku… Kompli aqra »

Udjenza: Li tmur kontra l-kurrent

Pope Benedict XVI gives a blessing during his Wednesday general audience in Paul VI's Hall at the Vatican

Il-Papa Benedittu XVI tratta l-professjoni tal-fidi fl-udjenza ġenerali ta’ din il-ġimgħa permezz ta’ riflessjoni dwar kif Abraham, missier ta’ dawk kollha li jemmnu, jgħallem lill-insara sabiex fis-soċjeta, fejn Alla sar assenti, imorru kontra l-kurrent.

Meta kien qed jindirizza lil dawk preżenti li imlew l-awla Pawlu VI minkejja l-maltemp f’Ruma l-Erbgħa filgħodu, il-Papa qal li “il-fidi tagħmel lilna pellegrini fuq din l-art, parti mid-dinja u mill-istorja, fi triqitna lejn postna fis-sema… Kompli aqra »