Pope Benedict XVI gives a blessing during his Wednesday general audience in Paul VI's Hall at the Vatican

Il-Papa Benedittu XVI tratta l-professjoni tal-fidi fl-udjenza ġenerali ta’ din il-ġimgħa permezz ta’ riflessjoni dwar kif Abraham, missier ta’ dawk kollha li jemmnu, jgħallem lill-insara sabiex fis-soċjeta, fejn Alla sar assenti, imorru kontra l-kurrent.

Meta kien qed jindirizza lil dawk preżenti li imlew l-awla Pawlu VI minkejja l-maltemp f’Ruma l-Erbgħa filgħodu, il-Papa qal li “il-fidi tagħmel lilna pellegrini fuq din l-art, parti mid-dinja u mill-istorja, fi triqitna lejn postna fis-sema. It-twemmin f’Alla jagħmilna nies li nġorru l-valuri li ħafna drabi ma jkunux kongruwenti mal-opinjoni u l-moda tal-ġurnata; jitlob minna li nadottaw kriterji u kondotta li ma tkunx taqbel mal-linja komuni tal-ħsieb. In-nisrani m’għandux jibża jmur kontra l-kurrent sabiex jgħix il-fidi tiegħu, fl-istess waqt li jirreżisti t-tentazzjoni li jikkonforma ma’ kif taħsibha l-massa.

“F’ħafna soċjetajiet, Alla sar l-iktar ‘assenti’ u jeżistu ħafna idoli differenti li jeħdulu postu, ewlenin fosthom ‘il-pussess’. Ma’ dan il-progress sinifikanti u pożittiv fix-xjenza u t-teknoloġija, li ħolqu fil-bniedem illużjoni tal-omnipotenza u sens ikbar tal-ħsieb li d-dinja ddur mal-individwu – li ħoloq tant żbilanċ fir-relazzjonijiet u l-imġieba soċjali”.