Arkivji mensili: Jannar 2013

1,562 żwieġ fil-Knisja f’Malta fl-2012

In-numru ta’ żwiġijiet fil-Knisja li ġew irreġistrati fl-Arċidjoċesi ta’ Malta għas-sena 2012 kien ta’ 1,562. Din timmarka żieda marġinali fuq is-sena ta’ qabel (2011) meta ġew irreġistrati 1,520 żwieġ.

Mit-total ta’ żwiġijiet rreġistrati fl-2012, 1,351 żwieġ kienu bejn Maltin. Kien hemm ukoll 74 żwieġ bejn Maltin u barranin. Dawn kienu mqassmin hekk:  40 żwieġ bejn Kattoliċi Maltin u Kattoliċi barrani; 21 żwieġ bejn Kattoliċi Maltin u Insara mhux Kattoliċi barranin; 13-il żwieġ ta’ Maltin ma’ barranin li mhumiex Insara… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoniji Familja u l-Kummissjoni Evanġelizzazzjoni l-Marsa

Nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Jannar 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mal-Kummissjoni Familja u l-Kummissjoni Evanġelika fiċ-Ċentru Parrokkjali, fil-Parroċċa tat-Trinita’ Qaddisa l-Marsa.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected] Kompli aqra »

Postijiet vakanti fl-iskejjel tal-Knisja fl-1 sena Sekondarja u fir-4 sena Primarja

F’Novembru 2012 saru l-applikazzjonijiet skont l-ewwel kriterju għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja fis-sena skolastika li tibda f’Settembru 2013. Hawn taħt se nagħtu rendikont ta’ kemm applikaw u kemm baqa’ postijiet vakanti għall-ewwel sena sekondarja u r-raba’ sena primarja.

L-Ewwel Sena Sekondarja Subien

Għall-ewwel sena sekondarja subien kellna dan it-total ta’ applikanti:

1b Aħwa 86 1ċ Tfal ta’ Impjegati fi skejjel tal-Knisja 4 1e Tfal minn skola bla kontinwità 107 12 Tfal tal-ewwel kriterju li applikaw bħala Każijiet Umanitarji Gravi (It-Tieni Kriterju) 30 Total 227

It-total ta’ applikanti huwa ta’ 227 imma 10 minnhom applikaw bil-kriterju tal-aħwa u bil-kriterju ta’ skola bla kontinwità… Kompli aqra »

Kulħadd, anki min ma jemminx, għandu x-xewqa umana li jiskopri lil Alla

Pope meeting US Defence Secretary

Ix-xewqa li tiskopri ‘l Alla tinsab integrata f’kull bniedem, anki f’min ma jemminx, qal il-Papa Benedittu XVI. Importanti pero li l-bniedem mhux biss ifittex ‘l Alla meta jeħtieġu, imma jagħtih l-ispazju fil-ħajja mgħaġġla tiegħu, kompla l-Papa waqt l-udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa, din il-ġimgħa fis-sala Pawlu VI fil-Vatikan.

Fi tmiem l-udjenza, il-Papa sellem ukoll lis-Segretarju l-ġdid tad-difiża għall-Istati Uniti tal-Amerika, Leon Panetta, li trabba f’ambjent kattoliku… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ membri ta’ Kunsilli u Kummissjonijiet fil-Marsa.

Nhar l-Erbgħa 16 ta’ Novembru 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Djakonija, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu, fiċ-Ċentru Pastorali tal-Parroċċa Trinita’ Qaddisa, l-Marsa.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected] Kompli aqra »

Anniversarju tal-Ordinazzjoni Episkopali tal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jiċċelebra s-sitt anniversarju tal-ordinazzjoni episkopali tiegħu b’Quddiesa Konċelebrata ta’ Radd il-Ħajr fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, nhar il-Ħadd 20 ta’ Jannar 2013, fil-5.30 p.m. Is-saċerdoti kollha huma mistiedna jikkonċelebraw u kulħadd huwa mistieden jattendi.

Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Jannar, l-Arċisqof jiċċelebra għeluq is-67 sena tiegħu. Mons. Cremona twieled fl-1946. Hu ġie ordnat isqof fis-26 ta’ Jannar 2007… Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur il-M.U.S.E.U.M. tas-Subien fil-Marsa

Nhar it-Tlieta 15 ta’ Jannar 2013, L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mat-tfal subien li jattendu l-katekiżmu fil-M.U.S.E.U.M. tas-Subien fil-Parroċċa tat-Trinita’ fil-Marsa. Huwa ltaqa’ wkoll mal-katekisti li jgħallmu f’din il-Parroċċa.

AĦFAS HAWN biex tara iktar ritratti taż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof fil-Marsa.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

Il-Kardinal Bertone dwar is-sensittivita tas-servizz fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja

Cardinal Tarcisio Bertone

Is-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Tarcisio Bertone, riċentament iċċelebra l-ewkaristija fil-kappella ta’ Marija Omm il-familja fil-Palazz fil-Vatikan biex jinawgura l-84 sena ġudizzjarja tat-Tribunal tal-Istat tal-Vatikan.

Huwa fakkar fl-importanza tal-għerf divin fil-ħidma delikata u serja tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja.. Filwaqt li sellem lill-President tat-Tribunal, Giuseppe Dalla Torre, lill-imħallfin, lill-promuturi tal-ġustizzja u lil bosta ħaddiema oħra fl-uffiċċju amministrattiv, Bertone wassal il-barka tal-Papa fuqhom u qalilhom li jsegwi ħidmiethom b’interess u attenzjoni partikolari… Kompli aqra »

Il-Papa jilqa’ lill-Prinċep u lill-Prinċipessa ta’ Monaco

Fl-aħħar jiem, il-Papa laqa’ fil-Palazz Appostoliku tal-Vatikan lill-Prinċep Albertu II ta’ Monaco, flimkien ma’ martu, il-Prinċipessa Charlene, u entourage tagħhom għal udjenza.

Wara l-udjenza mal-Papa, il-Prinċep iltaqa’ mas-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Tarcisio Bertone, u mas-Segretarju għar-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi differenti, l-Arċisqof Domenique Mamberti.

Waqt il-korsa ta’ taħditiet kordjali, kienu diskussi bosta suġġetti ta’ interess, inkluż is-sehem sinifikanti tal-Knisja Kattolika għall-ħajja soċjali tal-prinċipalita u interessi internazzjonali bħall-iżvilupp integrali tal-popli u l-protezzjoni tar-riżorsi naturali u l-ambjent… Kompli aqra »

Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara

Bejn it-18 u l-25 ta’ Jannar ser tiġi ċċelebrata l-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara. It-tema għal din is-sena hija: “X’jistenna minnek il-Mulej?” (Mik 6, 6-8)

Għal din l-okkażjoni se jsir Servizz Ekumeniku Djoċesan flimkien mal-Kunsill Ekumeniku, nhar il-Ħamis 17 ta’ Jannar 2013, fis-6.30p.m., fil-knisja ta’ St. Patrick’s, tas-Sliema (din il-knisja tas-Salesjani tinsab ġewwa il-bieb prinċipali tal-kulleġġ tas-Salesjani). L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P… Kompli aqra »