Arkivji mensili: Jannar 2013

Jannar 21-27

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu Ħ’Attard.

4.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu ċ-Ċentru tal-Katekizmu tas- Sorijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesù, bħala parti miż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa tat-Trinita’ Qaddisa fil-Marsa.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-kommunita’ tas-Sorijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesù, l-Marsa.

7.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali miftuħa għal kulħadd fiċ-Ċentru Parrokkjali, l-Marsa… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-20 ta’ Jannar

It-Tieni Hadd ta’ Matul is-Sena

Ġwanni 2,1-11

Fit-tielet jum sar tieġ f’Kana tal-Galilija, u omm Ġesù kienet hemm. Ġesù kien mistieden għat-tieġ hu wkoll flimkien mad-dixxipli tiegħu. Billi ma kienx fadal iżjed inbid, omm Ġesù qaltlu: “Ma għandhomx inbid.”  U Ġesù qalilha: “X’hemm bejni u bejnek, mara? Is-siegħa tiegħi għadha ma waslitx.” Omm Ġesù qalet lill-qaddejja: “Agħmlu kull ma jgħidilkom hu.” Issa kien hemm sitt ġarar tal-ħaġar, mqiegħda hemm għar-rit tal-purifikazzjoni tal-Lhud, kull waħda minnhom tasa’ xi mitt jew mija u għoxrin litru… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-koppji miżżewġa

Is-Sibt 19 ta’ Jannar, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jiċċelebra Quddiesa għal dawk il-koppji li żżewġu matul l-2012. Din iċ-ċelebrazzjoni se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fis-6:30 p.m. Fi Frar, l-Arċisqof se jiċċelebra Quddiesa li għaliha qed jiġu mistiedna l-koppji għarajjes li se jiżżewġu din is-sena. Dawn iż-żewġ ċelebrazzjonijiet huma organizzati mill-Moviment ta’ Kana. Kompli aqra »

1,562 żwieġ fil-Knisja f’Malta fl-2012

In-numru ta’ żwiġijiet fil-Knisja li ġew irreġistrati fl-Arċidjoċesi ta’ Malta għas-sena 2012 kien ta’ 1,562. Din timmarka żieda marġinali fuq is-sena ta’ qabel (2011) meta ġew irreġistrati 1,520 żwieġ.

Mit-total ta’ żwiġijiet rreġistrati fl-2012, 1,351 żwieġ kienu bejn Maltin. Kien hemm ukoll 74 żwieġ bejn Maltin u barranin. Dawn kienu mqassmin hekk:  40 żwieġ bejn Kattoliċi Maltin u Kattoliċi barrani; 21 żwieġ bejn Kattoliċi Maltin u Insara mhux Kattoliċi barranin; 13-il żwieġ ta’ Maltin ma’ barranin li mhumiex Insara… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tad-19 ta’ Jannar

Mark 2,13-17

Raġa’ ħareġ lejn xatt il-baħar, u n-nies kollha resqu lejh, u hu qagħad jgħallimhom. Hu u għaddej lemaħ lil Levi ta’ Alfew bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi. “Ejja warajja,” qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li kif kien fuq il-mejda fid-dar tiegħu, bosta pubblikani u midinbin qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù, u mad-dixxipli tiegħu; għax kien hemm ħafna li bdew imorru warajh… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoniji Familja u l-Kummissjoni Evanġelizzazzjoni l-Marsa

Nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Jannar 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mal-Kummissjoni Familja u l-Kummissjoni Evanġelika fiċ-Ċentru Parrokkjali, fil-Parroċċa tat-Trinita’ Qaddisa l-Marsa.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected] Kompli aqra »

Postijiet vakanti fl-iskejjel tal-Knisja fl-1 sena Sekondarja u fir-4 sena Primarja

F’Novembru 2012 saru l-applikazzjonijiet skont l-ewwel kriterju għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja fis-sena skolastika li tibda f’Settembru 2013. Hawn taħt se nagħtu rendikont ta’ kemm applikaw u kemm baqa’ postijiet vakanti għall-ewwel sena sekondarja u r-raba’ sena primarja.

L-Ewwel Sena Sekondarja Subien

Għall-ewwel sena sekondarja subien kellna dan it-total ta’ applikanti:

1b Aħwa 86 1ċ Tfal ta’ Impjegati fi skejjel tal-Knisja 4 1e Tfal minn skola bla kontinwità 107 12 Tfal tal-ewwel kriterju li applikaw bħala Każijiet Umanitarji Gravi (It-Tieni Kriterju) 30 Total 227

It-total ta’ applikanti huwa ta’ 227 imma 10 minnhom applikaw bil-kriterju tal-aħwa u bil-kriterju ta’ skola bla kontinwità… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-18 ta’ Jannar

Mark 2,1-12

Meta wara xi ġranet daħal Kafarnahum, in-nies semgħet li kien id-dar. U nġabru bosta, hekk li ma kienx hemm fejn joqogħdu iżjed, anqas quddiem il-bieb. U qagħad ixandrilhom il-kelma. U marru ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, merfugħ minn erbgħa min-nies. Billi ma setgħux jersqu sa ħdejh minħabba l-kotra, qalgħu s-saqaf ta’ fuqu, fetħu toqba, u niżżlu minnha l-friex li fuqu kien mimdud il-mifluġ… Kompli aqra »

Kulħadd, anki min ma jemminx, għandu x-xewqa umana li jiskopri lil Alla

Pope meeting US Defence Secretary

Ix-xewqa li tiskopri ‘l Alla tinsab integrata f’kull bniedem, anki f’min ma jemminx, qal il-Papa Benedittu XVI. Importanti pero li l-bniedem mhux biss ifittex ‘l Alla meta jeħtieġu, imma jagħtih l-ispazju fil-ħajja mgħaġġla tiegħu, kompla l-Papa waqt l-udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa, din il-ġimgħa fis-sala Pawlu VI fil-Vatikan.

Fi tmiem l-udjenza, il-Papa sellem ukoll lis-Segretarju l-ġdid tad-difiża għall-Istati Uniti tal-Amerika, Leon Panetta, li trabba f’ambjent kattoliku… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-17 ta’ Jannar

Mark 1,40-45

Resaq fuqu wieħed lebbruż jitolbu bil-ħerqa, nxteħet għarkubbtejh quddiemu u qallu: “Jekk trid, tista’ tfejjaqni.” Mqanqal mill-ħniena, Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid, kun imnaddaf.” U minnufih il-lebbra marritlu u ġismu ndaf. U widdbu bis-sħiħ, bagħtu malajr u qallu: “Qis li ma tgħid xejn lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis, u agħmel offerta għall-fejqan tiegħek kif ordna Mosè, biex tkunilhom ta’ xhieda.” Iżda dak, meta telaq, beda jxandar ma’ kullimkien u jxerred l-aħbar, hekk li Ġesù f’ebda belt ma sata’ iżjed jidħol bid-dieher, imma kien jibqa’ barra fil-kampanja u kienu jmorru ħdejh nies minn kullimkien… Kompli aqra »