Arkivji mensili: Frar 2013

Motu Proprio jirriafferma l-prerogattiva tal-Kardinali għal ftuħ il-konklavi

Conclave in Sistine Chapel

Il-Papa Benedittu XVI għamel tibdiliet fil-liġi biex il-Konklavi li jwasslu għall-ħatra ta’ Papa ġdid, jibdew qabel. Dawn kienu ippreżentati lill-media permezz tad-deputat camerlengo tal-Papa, l-Isqof Luigi Celata.

It-tibdil fil-Kostituzzjoni jfisser li l-kardinali ma jkollhomx għalfejn jistennew 15-il jum wara r-riżenja tal-Papa biex jingħata bidu għall-Konklavi, li jfisser li sakemm il-kardinali jkunu kollha f’daqqa, il-Konklavi jista’ jibda qabel il-15 ta’ Marzu… Kompli aqra »

Il-Papa jaċċetta r-riżenja tal-Kardinal O’Brien

Cardinal O'Brien

Fi stqarrija maħruġa mill-Konferenza Episkopali Skoċċiża, il-Kardinal Keith Patrick O’Brien qal li mhux ser jattendi għall-Konklavi fil-Vatikan għax ma jixtieqx li l-attenzjoni tal-media tkun fuqu, iżda fuq il-Papa Benedittu XVI u s-suċċessur tiegħu. Aktar kmieni huwa rtira mill-kariga tiegħu ta’ Arċisqof ta’ St Andrews u Edinburgh fl-Iskozja. Rapporti fil-media internazzjonali allegaw li rtira minn din il-kariga fid-dawl ta’ allegazzjonijiet, li huwa jiċħad, ta’ imġiba mhux flokha fil-konfront ta’ qassisin oħra fis-snin tmenin… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjonijet tal-parroċċa ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun

Matul il-Vista Pastorali li għamel l-Arċisqof fil-parroċċa ta’ San Gejtanu l-Ħamrun, huwa ddiskuta diversi aspetti pastorali ma’ diversi kummissjonijiet, fosthom laqgħat:

  • mal-Kummissjoni Xandir tal-Kelma u l-katekisti kollha, fis- 7 ta’ Frar;
  • mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, mal-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu u mal-Kunsill Ekonomiku, fit-18 ta’ Frar;
  • Kummissjoni Liturġija u mal-Animaturi tal-Evangelizzazzjoni fid-19 ta’ Frar;
  • u mal-Kummissjoni Djakonija u mal-Kummissjoni Familja u l-koppji Mexxejja fil-21 ta’ Frar…
  • Kompli aqra »

Memorandum mill-Moviment ta’ Kana u mill-Kummissjoni Djoċesana Familja

MEMORANDUM GĦALL-PARTITI POLITIĊI – ELEZZJONIJIET ĠENERALI 2013

  1. Il-Kummissjoni Djoċesana Familja u l-Moviment ta’ Kana jemmnu bis-sħiħ li l-familja mibnija fuq iż-żwieġ dejjiemi bejn raġel u mara toffri l-aktar stabbiltà u għalhekk huwa fl-aħjar interess tal-ulied u tas-soċjetà. Familji b’saħħithom jagħmlu soċjetà b’saħħitha u l-Istat għalhekk għandu l-obbligu li jsaħħaħ il-familja.
  2. Socjetà li tassew tagħraf il-kontribut tal-familja bħala patrimonju naturali u soċjali għandha tiddefendi bl-aktar mod ċar il-familja u tagħmel għażla preferenzjali favur iż-żwieġ dejjiemi bejn mara u raġel u dan mhux biss b’dikjarazzjonijiet, imma b’politika effettiva favur iż-żwieġ u l-familja…
  3. Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur lit-tfal u lis-Sorijiet ta’ Nuzzo

Nhar it-Tnejn 18 ta’ Frar 2013, l-Arċisqof żar iċ-ċentru kateketiku għand is-Sorjiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesù, u wara ltaqa’ mal-komunita’ tas-sorijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesù, bħala parti miż-żjara Pastorali fil-parroċċa ta’ San Gejtanu l-Ħamrun.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

Postijiet vakanti fl-iskejjel tal-Knisja fil-Form One Sekondarja u r-Raba’ Sena tal-Primarja

F’Novembru 2012 saru l-applikazzjonijiet skont l-ewwel kriterju għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Settembru 2013. Hawn taħt se nagħtu rendikont ta’ kemm applikaw u kemm baqa’ postijiet vakanti għall-ewwel sena sekondarja u r-raba’ sena primarja.

L-Ewwel Sena Sekondarja Subien

Għall-ewwel sena sekondarja subien kellna dan it-total ta’ applikanti:

1b Aħwa 86 1ċ Tfal ta’ Impjegati fi skejjel tal-Knisja 4 1e Tfal minn skola bla kontinwità 107 12 Tfal tal-ewwel kriterju li applikaw bħala Każijiet Umanitarji Gravi (It-Tieni Kriterju) 30 Total 227

It-total ta’ applikanti huwa ta’ 227 imma 10 minnhom applikaw bil-kriterju tal-aħwa u bil-kriterju ta’ skola bla kontinwità… Kompli aqra »

Assemblea Nazzjonali dwar il-Ħidma maż-Żgħażagħ

Nhar is-Sibt 23 ta’ Frar 2013, mexxejja taż-żgħażagħ minn madwar Malta ġew flimkien għas-sitt edizzjoni tal-Assemblea Nazzjonali dwar il-Ħidma maż-Żgħażagħ, ġewwa l-Istitut Kattoliku il-Furjana. It-tema “Proċessi Formattivi” l-esperjenza taż-żgħażagħ involuti fi prġetti u injattivi nsara.

Aktar minn 140 mexxej irrappre#entaw 46 entità żagħżugħa differenti fi ħdan il-knisja, u wasslu l-ħsibijiet tagħhom dwar is-sitwazzjoni tal-ħidma maż-żgħażagħ illum. Il-kelliem ewlieni kien Dun Fabio Attard, Kunsillier Ġenerali dwar il-Ħidma maż-Żgħażagħ tas-Salesjani Internazzjonali… Kompli aqra »

Il-Vatikan jikkritika rapporti mhux veritieri dwar ir-riżenja tal-Papa

Fr Federico Lombardi

Ħamest ijiem bogħod mill-ġurnata li se tara lill-Papa Benedittu XVI iċedi s-sede tiegħu bħala Kap tal-Knisja universali, id-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, Patri Federico Lombardi ikkritika ċ-ċirkolazzjoni ta’ stejjer mhux verifikabbli fl-aħbarijiet, li qal li jikkaġunaw ħsara serja lil diversi persuni u istituzzjonijiet. Dan intqal in vista ta’ rapporti marbutin ma’ raġunijiet għar-riżenja tal-Papa Benedittu XVI, ewlenin fosthom każijiet ta’ abbuż sesswali minn membri tal-kleru… Kompli aqra »