Arkivji mensili: Frar 2013

Nibqa’ dejjem magħkom fit-talb’ – Il-Papa lill-kleru Ruman

Pope with Roman clergy

Il-Papa Benedittu XVI iltaqa’ mal-kleru ta’ Ruma, akkumpanjati mill-Vigarju Ġenerali u l-isqfijiet awżiljarji tad-djoċesi li lkoll laqgħuh b’apprezzament kbir għall-affett u l-imħabba tiegħu lejn il-Knisja u s-sede ta’ Pietru.

Min-naħa tiegħu, il-Papa qal li kien biss rigal speċjali ta’ providenza li qabel ma jħalli s-sede ta’ Pietru kellu jiltaqa’ mill-ġdid magħhom ilkoll. Żied kemm hu ta’ sodisfazzjon għalih li jara l-Knisja ta’ Ruma ħajja, bi kleru tassew kattoliku u universali- għal kulħadd, irrispettivament mill-kultura u r-razza… Kompli aqra »

L-Arċisqof Ganswein se jibqa’ Segretarju tal-Kardinal Ratsinger kif jispiċċa minn Papa

Patri Federico Lombardi

L-Arċisqof Georg Ganswein, Prefett tal-Prefettura tal-Papa u Segretarju tiegħu, mistenni li jibqa’ jservi fl-istess irwol li għandu llum anki meta l-Papa Benedittu XVI jirriżenja. Fil-fatt sar magħruf li Mons Georg se jkun qed jakkumpanja lill-Kardinal Ratsinger f’Castel Gandolfo u fil-monasteru fejn se jkun qed jirtira wara r-riżenja tiegħu minn Papa. Is-servizz li fl-aħħar tmien snin kien u għadu qed jingħata Bendittu XVI se jkun qed jibqa’ jingħatalu wkoll meta jirtira… Kompli aqra »

Postijiet vakanti fl-iskejjel tal-Knisja tal-Ewwel Sena Kindergarten

F’Novembru 2012 saru l-applikazzjonijiet skont l-Ewwel Kriterju għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Settembru 2013 għas-sena skolastika 2013-2014. Hawn taħt se nagħtu rendikont ta’ kemm applikaw u kemm baqa’ postijiet vakanti għall-Ewwel Sena Kindergarten.

L-Ewwel Sena Kindergarten Subien

Għall-ewwel sena Kindergarten subien kellna dan it-total ta’ applikanti:

Kriterju Applikanti 1b Aħwa 49 1ċ Tfal ta’ Impjegati fi skejjel tal-Knisja 3 Total ta’ applikanti tal-ewwel kriterju subien 52

It-total ta’ applikanti subien huwa ta’ 52… Kompli aqra »

L-Uffiċċji tal-Kurja magħluqin

Ġentilment ninfurmawkom li illum il-Ġimgha 15 ta’ Frar 2013, il-Kurja tal-Arċisqof se tkun magħluqa bejn id-8.30 a.m. u s-2.00 p.m. L-Isqfijiet, is-saċerdoti u l-impjegati lajċi tal-Kurja, tat-Tribunal Ekkleżjastiku u tal-Caritas se jkunu għal irtir fl-okkażjoni ta’ żmien ir-Randan.

Jekk inti ġenitur u tixtieq informazzjoni dwar id-dħul fl-iskejjel tal-Knisja ċempel fuq 27790060 jew mur fuq http://knisja.mt/lang/en/church-schools/ għal iktar informazzjoni… Kompli aqra »

Assemblea Nazzjonali dwar il-Pastorali maż-Żgħażagħ

Nhar is-Sibt 23 ta’ Frar, mexxeja taż-żgħażagħ, gwidi u akkumpanjaturi se jiltaqgħu għas-sitt Assemblea Nazzjonali annwali dwar il-Pastorali maż-Żgħażagħ ġewwa l-Istitut Kattoliku, il-Furjana. It-Tema ‘Proċessi Formattivi’, se tiffoka fuq l-esperjenzi li jgħaddu minnhom iż-żgħażagħ stess meta ijpprateċipaw fid-diversi inizjattivi pastorali offruti fid-djoċesi.

L-indirizz ċentrali se jkun mogħti minn Dun Fabio Attard Sdb, Kunsillier Ġenerali għall-Pastorali Żagħżugħa tas-Salesjani Internazzjonali… Kompli aqra »

Il-Fidi fuq il-post tax-xogħol

Nhar it-Tlieta 12 ta’ Frar 2013, sar seminar organizzat mill-Kummissjoni Pastorali fid-Dinja tax-Xogħol bit-tema, ‘Il-fidi u l-post tax-xogħol’. Il-kelliema f’dan is-seminar kienu s-Sinjura Veronique Farrugia (EO tal-Koperattiva Rurali), is-Sinjur Narcy Abdilla (Bank Ċentrali) u Dr John Cachia (Kummissarju għas-saħħa mentali u anzjani). Fil-konkluzjoni tas-seminar, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. wassal il-messaġġ tiegħu dwar ir-rwol tan-Nisrani li kulturalment jbiddel ir-realta’ ta’ madwaru, fejn fisser kif fuq il-post tax-xogħol, l-aċċenn għandu jkun fuq il-ħaddiem għaliex dan huwa xbieha ta’ Alla… Kompli aqra »

“Ejja ngawdu l-aħħar attivitajiet tal-pontfikat” – Lombardi

Fr Federico Lomabrdi

Fr. Federico Lombardi reiterated to a packed Vatican Press Office that it was a decision that the Holy Father matured over time, particularly following his trip last year to Mexico and Cuba, when he realised the physical toll of such trans-Atlantic journeys, which are part and parcel of the Pope’s ministry. What’s important now, he said, is that we enjoy the last great events of this pontificate… Kompli aqra »

Żmien ir-Randan

Illum, l-Erbgħa 13 ta’ Frar, il-Knisja tagħti bidu għar-Randan Imqaddes: erbgħin jum ta’ talb u penitenza bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjoni tal-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu.

Matul ir-Randan, il-Knisja tħeġġeġ lill-membri tagħha biex, fost affarjiet oħra, jaqraw il-Kelma ta’ Alla, jieħdu sehem fis-sagramenti, u jattendu l-Eżerċizzi Spiritwali.

Bħala gwida dwar ċaħda personali u ta’ karita’, l-Isqfijiet iqiegħdu quddiem il-membri tal-Knisja għadd ta’ opri tajba biex jagħżlu minn fosthom dawk li l-iktar jiswewlhom sagrifiċċju… Kompli aqra »

Ftuħ taż-Żjara Pastorali fil-Ħamrun

Nhar is-Sibt 9 ta’ Frar 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra quddiesa bħala ftuħ tal-Vista Pastorali, fil-Knisja Parrokkjali u wara l-Arċisqof iltaqa’ man-nies.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »