Arkivji mensili: Marzu 2013

Papa Franġisku

Argentina's Jorge Bergoglio, elected Pope Francis I

X’għamel wara li leħaq Papa?

Waqt konferenza lill-midja, il-kelliem għall-Vatikan Patri Federico Lombardi qal li malli l-Papa u l-Kardinali telqu mill-Kappella Sistina għar-residenza Santa Marta, tlestiet karozza apposta għall-Papa… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ ma diversi gruppi u kummissjonijiet fil-Ħamrun

Matul il-Viżta’ Pastorali li għamel l-Arċisqof fil-parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Ħamrun iltaqa’ ma diversi għaqdiet u kummissjonijiet, fosthom:

  • It-Tnejn 4 ta’ Marzu 2013, l-Arċisqof iltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika.
  • It-Tlieta 5 ta’ Marzu 2013, l-Arċisqof żar il-komunita tas-Sorijiet Franġiskani Missjunarji ta’ Marija.
  • Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Marzu 2013, l-Arċisqof iltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, mal- Kummissjoni Implimenazzjoni tas-Sinodu u mal-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali fis-Sala Parrokkjali…
  • Kompli aqra »

Papa Franġisku – “Issa nibdew din il-mixja”

Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Marzu 2013, il-Kardinal Jorge Mario Bergoglio, ġie elett bħala l-265 suċċessur ta’ San Pietru, u għażel l-isem ta’ Franġisku.

Il-Kardinal proto-djaknu Jean-Louis Tauran għamel it-tħabbira solenni lin-nies fit-8.12pm mill-gallarija ċentrali tal-Bażilika tal-Vatikan, wara d-duħħan abjad li seħħ fis-7:06pm.

Fit-8.24pm, il-Papa l-ġdid Franġisku, li ħareġ wara s-Salib, deher fil-gallarija ta’ San Pietru. Qabel ma talab l-‘Urbi et Orbi’ (Lil Belt u lid-dinja) il-Barka Appostolika tiegħu, huwa laqa’ lil folla enormi li nġabret minn wara nofsinhar fil-bard u x-xita fi Pjazza San Pietru billi qal:

“Ħuti, il-lejla t-tajba… Kompli aqra »

PAPA ĠDID

Maltese flag

Fis-19:00 deher ħiereġ id-duħħan abjad miċ-ċumnija tal-Kappella Sistina. Il-folla kbira li tinsab fi Pjazza San Pietru infexxet tgħajjat u ċċapċap bil-ferħ. Prominenti il-bnadar Maltin jittajru minn grupp ta’ Maltin li marru Ruma apposta għal din l-okkażjoni unika. Kompli aqra »

S’issa duħħan iswed

Fil-5.30pm reġgħet ma dehret ebda daħna bajda. Sadattant, dalgħodu, għat-tieni darba, miċ-ċumnija tal-kappella Sistina deher ħiereġ duħħan iswed, li kien ifisser li l-Papa l-ġdid kien għadu mhux magħżul. Din it-tieni daħna waslet għal ħabta ta’ 11:39am. U la sa issa għadha ma dehret ebda daħna bajda, għajnejn id-dinja, partikolarment dik kattolika, tiffoka mill-ġdid fuq iċ-ċumnija fuq il-Kappella Sistina bejn is-7pm u t-8pm. Ilbieraħ filgħaxija duħħan iswed tfaċċa qrib it-7.50pm… Kompli aqra »

L-Arċisqof jżur il-M.U.S.E.U.M. tas-subien fil-Ħamrun

Nhar it-Tnejn 4 ta’ Marzu 2013, l-Arċisqof iltaqa’ mas-subien li jattendu l-katekeżi fil-M.U.S.E.U.M. tas-sezzjoni Maskili, fil-parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni l-Ħamrun.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

Il-Purċissjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa f’Malta u Għawdex

With the annual approach of the Easter season the Maltese Islands celebrates and remembers the passion, death and resurrection of our Lord Jesus Christ. Good Friday processions are held in various localities in Malta and Gozo during the Holy Week. Hereunder are the dates and locations:

Palm Sunday (24th March)

  • Ħal Għaxaq: 5.00pm
  • Ħal Għargħur: 5.00pm

Holy Thursday (28th March)

  • Rabat San Ġorġ (Gozo): 6.30pm

Good Friday (29th March) In Malta:

  • Vittoriosa (Birgu) – 5.30pm
  • Senglea (Isla) – 6.00pm
  • Ħaż Żebbuġ – 5.00pm
  • Naxxar – 5.15pm
  • Ħal Qormi – 5.30pm
  • Ħal Luqa – 5.30pm
  • Mosta – 5.00pm
  • Raħal Ġdid – 5.30pm
  • Rabat – 5.30pm
  • Valletta – 5.30pm
  • Cospicua (Bormla) – 6.30pm
  • Żejtun – 5.00pm

In Gozo:

  • Rabat (Cathedral) – 6.30pm
  • Nadur – 6.00pm
  • Xagħra – 6.00pm
  • Żebbuġ – 6.00pm

Risen Christ Processions

In Easter Sunday, Malta celebrates the Resurrection of Christ with a traditional procession in these following locations:

Easter Sunday (31st March) In Malta:

Rabat (Malta) –

Valletta (Jesuit Church) – 7.00pm

Birgu (Vittoriosa) –

L-Isla (Senglea) – 10.00am

Bormla (Cospicua) – 9.15am

Ħaż Żebbuġ – 9.00am

Naxxar – 9.30am

Ħal Qormi (St… Kompli aqra »

Il-Maratona Oħloq Tbissima tiġbor €202,942 fl-2012

Permezz tal-Maratona Oħloq Tbissima li saret f’Awwissu 2012, inġabret is-somma sabiħa ta’ €202,942.11.

Dawn il-flus tqassmu fil-missjonijiet rispettivi u ser jintużaw biex titkompla l-ħidma missjunarja tas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP), fil-Peru, fil-Pakistan, fil-Filippini u anke hawn Malta, kif ukoll, biex tkompli titqajjem kuxjenza missjunarja.

Minn qalbna nirringrazzjaw lil kull min b’xi mod jew ieħor jagħti l-għajnuna tiegħu sabiex kull sena tinġabar somma sabiħa, li permezz tagħha joħroġ ħafna ġid… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tar-rinunzja mill-ministeru Petrin tal-Q.T. Papa Benedittu XVI u talb għall-Konklavi

Konkatidral, San Ġwann

6 ta’ Marzu 2013

Ħuti bħalma għidna fil-bidu aħna ġejna flimkien għal-żewġ raġunijiet. L-ewwelnett biex nirringrazjaw lil Alla l-Imbierek u lill-Ispirtu s-Santu li nebbah lil-kardinali li kienu flimkien biex jagħżlu lil Papa Benedittu XVI, Josef Ratzinger, biex ikun il-Papa tagħna. It-tieni raġuni għaliex ġejna hawnhekk illum hi li aħna qegħdin nistennew bil-ħerqa papa gdid, u għalhekk se nitolbu lill-Ispirtu s-Santu biex il-Kardinali li diġa huma mlaqqgħin flimkien, jagħrfu jagħżlu dik il-persuna li llum għandna bżonn biex tmexxina propju fil-mixja tal-Kristjaneżmu, tal-Kattoliċiżmu… Kompli aqra »