Arkivji mensili: Marzu 2013

Il-Papa Franġisku ħerqan biex jiltaqa’ maż-żgħażagħ f’Rio

Pope Francis on Palm Sunday

Fl-ewwel quddiesa tiegħu ta’ Ħadd il-Palm il-Papa Franġisku waħħad b’mod spontanju l-omelija maċ-ċelebrazzjoni tal-ġurnata dinjija dedikata liż-żgħażagħ. Huwa appella liż-żgħażagħ sabiex iħarsu ‘l quddiem għal-laqgħa internazzjonali taż-żgħażagħ miegħu f’Rio De Janeiro fil-Brażil f’Lulju li ġej. Baqa’ jappella liż-żgħażagħ sabiex f’Rio ikunu spiritwalment preparati għax huwa tajjeb li tkun ħaġa waħda ma’ Kristu. Papa Franġisku fakkar dak li qal il-Papa Emeritu Benedittu XVI li ż-żgħażagħ huma prinċpijiet ta’ Kristu Re li huwa msallab… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-25 ta’ Marzu

It-Tnejn tal-Gimgha Mqaddsa

Ġwanni, 12, 1-11

Sitt ijiem qabel il-festa ta’ l-Għid Ġesù mar Betanja, fejn kien joqgħod Lazzru li Ġesù kien qajjem mill-imwiet. Hemmhekk għamlulu ikla; Marta bdiet isservi, waqt li Lazzru kien wieħed minn dawk li qagħdu fuq il-mejda ma’ Ġesù. [Ġw:12:3] Marija ħadet libbra fwieħa tan-nard pur, tiswa ħafna, u dilket biha riġlejn Ġesù, mbagħad ixxuttathomlu b’xagħarha; u d-dar imtliet bir-riħa tfuħ… Kompli aqra »

25-31 ta’ Marzu

It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu Ħ’Attard.

6.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tad-Delegati tiegħu, fir-residenza ta’ Ħ’Attard.

It-Tlieta

3.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq Radju RTK .

5.15 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa bejn il-membri tal-Fakulta tat-Teoloġija u l-istaff tas-Seminarju Maġġuri fis-Seminarju, Tal-Virtu.

L-Erbgħa

10.00 a.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-24 ta’ Marzu

Ħadd il-Palm

Luqa 22, 14-23,56

Meta sar il-ħin, qagħad fuq il-mejda flimkien ma’  l-appostli. U Ġesù qalilhom: “Kelli xewqa kbira li nagħmel din l-ikla ta’ l-Għid magħkom qabel ma nbati! Għaliex, ngħidilkom, din l-ikla m’iniex se nagħmilha iżjed sa ma tkun seħħet għalkollox fis-Saltna ta’ Alla.” U qabad kalċi, radd il-ħajr u qal: “Ħudu dan il-kalċi u aqsmuh bejnietkom… Kompli aqra »

L-Isqfijiet jmexxu l-purċissjoni ta’ Marija Addolorata

Nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Marzu 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. akkumpanjat mill-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna mexxew il-Purċissjoni devota ta’ Marija Addolorata fil-Belt Valletta.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-23 ta’ Marzu

Ġwanni 11,45-56

Ħafna mil-Lhud, li kienu ġew għand Marija u raw dak li għamel Ġesù, emmnu fih. Imma xi wħud minnhom marru għand il-Fariżej u qalulhom x’kien għamel Ġesù. Għalhekk il-qassisin il-kbar u l-Fariżej laqqgħu s-Sinedriju u qalu: “X’sejrin nagħmlu? Għax dan il-bniedem qiegħed jagħmel ħafna sinjali. Jekk inħalluh sejjer hekk, kulħadd jemmen fih, u jiġu r-Rumani, u jeqirdulna kemm it-tempju u kemm il-ġens tagħna.” Imma wieħed minnhom, Kajfa, li kien il-qassis il-kbir dik is-sena, qalilhom: “Intom ma tafu xejn… Kompli aqra »

L-Arċisqof matul il-Ġimgħa Mqaddsa

Fil-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jmexxi kemm ċelebrazzjonijiet reliġjużi u devozzjonali, kif ukoll ċelebrazzjonijiet liturġiċi li se jsiru fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

Nhar Jum id-Duluri (22 ta’ Marzu) fis-6.00 p.m. l-Arċisqof se se jmexxi il-Pellegrinaġġ Penitenzjali tar-Randan bl-istatwa tad-Duluri, l-Belt Valletta.

Nhar l-Erbgħa (27 ta’ Marzu) fit-8.00 p.m., l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P… Kompli aqra »

Ġurnata taż-Żgħażagħ f’Ħadd il-Palm

Nhar Ħadd il-Palm (Marzu 24, 2013), il-Knisja madwar id-dinja tagħti ġieh lill-fidi taż-żgħażagħ; dedikazzjoni speċjali mibdija minn Papa Ġwanni Pawlu II fl-1983. Id-djoċesi tagħna tiċċelebra wkoll din il-Ġurnata taż-Żgħażagħ.

Arċisqof Pawl Cremona jistieden liż-żgħażagħ kollha għal quddiesa ġewwa l-Knisja ta’ santa Marija ta’ Bubaqra, ż-Żurrieq – 7:15pm.

L-okkażżjoni qed tittella’ mill-Parroċċa taż-Żurrieq u organiżżata mit-tim liturġiku tal-quddiesa żagħżugħa ta’ Santa Marija ta’ Bubaqra… Kompli aqra »

Żjara ta’ korteżija lill-Arċisqof mill-Prim Ministru

Nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Marzu 2013, il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat, iltaqa’ mal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. fil-Kurja tal-Arċisqof. Il-laqgħa bdiet fil-11.10 a.m.

Fil-laqgħa il-Prim Ministru iltaqa’ wkoll mal-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali, Mons. Charles J. Scicluna. Il-laqgħa saret f’forma privata u kif intemmet, il-Prim Ministru u l-Arċisqof taw il- kummenti tagħhom lill-media.

Ir-ritratti juru wkoll lill-Prim Ministru jiffirma l-ktieb tal-viżitaturi fl-uffiċċju tal-Arċisqof, u l-preżentazzjoni ta’ ikona mogħtija bħala rigal mill-Isqfijiet lil Dr Joseph Muscat, fl-okkażjoni ta’ l-ewwel żjara uffiċċjali tiegħu bħala Prim Ministru… Kompli aqra »