Arkivji mensili: Marzu 2013

Il-Vanġelu tat-22 ta’ Marzu

Ġwann 10,31-42

Il-Lhud reġgħu qabdu l-ġebel biex iħaġġruh. Imma Ġesù qalilhom: “Kien hemm ħafna għemejjel tajba li jiena wrejtkom mingħand il-Missier; għal liema għemil minnhom tridu tħaġġruni?” Weġbuh il-Lhud: “Mhux għal xi għemil tajjeb irridu nħaġġruk, iżda minħabba d-dagħwa li dgħajt, u għax int, li m’intix ħlief bniedem, qiegħed tagħmel lilek innifsek Alla.” Qalilhom Ġesù: “Fil-Liġi tagħkom ma hemmx miktub, ‘Jiena għedt: Intom allat’? … Kompli aqra »

F’Ħamis ix-Xirka, il-Papa se jiċċelebra l-quddiesa f’ċentru ta’ detenzjoni

F’Ħamis ix-Xirka, il-Papa se jiċċelebra l-quddiesa li tfakkar l-Aħħar Ċena ta’ Sidna Ġesu Kristu fiċ-ċentru ta’ detenzjoni taż-żgħażagħ Casal del Marmo, minflok fil-Bażilika ddedikata lil San Ġwann Lateran kif tradizzjonalment isir. Dan wara li dakinhar filgħodu se jkun bierek iż-żjut f’quddiesa fil-Bażilika San Pietru.

Il-quddiesa li tfakkar l-Aħħar Ċena hi karatterizzata mill-aħbar tal-kmandament tal-imħabba u mill-ġest tal-ħasil tar-riġlejn. Bħala Arċisqof ta’ Buenos Aires, il-Kardinal Bergoglio kien imdorri jiċċelebra l-quddiesa f’xi ħabs jew fi sptar jew saħansitra f’xi post fejn hemm il-fqar u l-emarġinati… Kompli aqra »

Żjara ta’ korteżija lill-Arċisqof mill-Prim Ministru

Għada l-Ġimgħa 22 ta’ Marzu 2013, il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat, mistenni jiltaqa’ mal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. fil-Kurja tal-Arċisqof. Il-laqgħa tibda fil-11.00 a.m.

Fil-laqgħa se jieħu sehem ukoll l-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali, Mons. Charles J. Scicluna. Il-laqgħa se ssir f’forma privata u kif tintemm, il-Prim Ministru u l-Arċisqof mistennija jagħtu kumment lill-media. Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-21 ta’ Marzu

Ġwanni 8,51-59

Tassew tassew ngħidilkom li min iħares  il-kelma tiegħi ma jara qatt il-mewt.” Qalulu l-Lhud: “Issa tassew nafu li għandek Xitan fik. Abraham miet, u l-profeti wkoll; u inti tgħid li ‘Jekk xi ħadd iħares kelmti ma jduq qatt il-mewt.’ Jaqaw int akbar minn missierna Abraham li miet? U l-profeti wkoll mietu. Inti x’taħseb li int?” Wieġeb Ġesù: “Li kieku kelli nagħti glorja lili nnifsi, il-glorja tiegħi ma kienet tkun tiswa xejn… Kompli aqra »

‘Ejja nipproteġu bl-imħabba dak kollu li tana Alla’

Pope Francis

Waqt l-Omelija, fil-Quddiesa ta’ Inawgurazzjoni, il-Papa Franġisku tkellem b’mod ċar dwar l-importanza tal-protezzjoni lejn il-ħolqien. Qal li fuq il-passi ta’ San Franġisk t’ Assisi, il-bniedem, mhux sempliċiment dak Kristjan, għandu jħossu obbligat jipproteġi kull ħolqien t’ Alla, inkluż l-ambjent ta’ madwarna.

Quddiem numru ta’ mexxejja ta’ pajjiżi differenti u nies b’responsabbilita fid-deċiżjonijiet politiċi, il-Papa Franġisku talab għall-politika ta’ protezzjoni… Kompli aqra »

Mixgħela fl-iskejjel tal-Knisja fl-okkażjoni tas-Sena tal-Fidi

Bħala parti mill-inizjattiva fl-okkażjoni tas-Sena tal-Fidi, numru ta’ skejjel tal-Knisja, għada il-Ħamis 21 ta’ Marzu 2013, se jixgħelu l-bini tal-iskola bħala sinjal tas-sejħa u l-missjoni tagħhom li jkunu dawl tal-fidi għall-istudenti u l-familji tagħhom, u għas-soċjetà kollha. Din l-inizjattiva hija organizzata mit-Taqsima tal-Iżvilupp Spiritwali fi ħdan is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija.

L-iskejjel li se jieħdu sehem f’din il-mixgħela huma:

• Archbishop Seminary School

• Savio College

• St Albert College

• St Aloysius College

• St Augustine College

• St Dorothy School, Sliema

• St Francis School, BKara

• St Francis School, Sliema

• St Francis School, Cospicua

• St Joan Antide

• St Joseph School, Blata l-Bajda

• St Joseph School, Paola

• St Joseph School, Sliema

• St Paul’s Missionary College

• Stella Maris College

• Teresa Nuzzo, School, Marsa

• Theresa Nuzzo School Zejtun

• Sacred Heart Junior School

Minbarra din l-inizjattiva, kull skola qegħda torganizza diversi attivitajiet marbutin mal-fidi… Kompli aqra »

Mixgħela fuq il-Fosos tal-Furjana

Fid-dinja qegħdin jinqatlu bl-abort mal-120,000 tarbija kuljum. Malta huwa pajjiż li jgħożż il-ħajja, b’xhieda ħajja li l-Maltin li jixtiequ ikunu dawl għad-dinja. Il-Grupp ‘Dawl u Rigal’ se jorganizzaw mixgħela bix- xemgħat nhar il-Ħamis 21 u l-Ġimgħa 22 ta’ Marzu li ġejjin.

L-iskop ta’ din l-attivita’ huwa li:

1. Issir tifkira għat-trabi nnoċenti li nqatlu bl-abort.

2. Isir talb sabiex jieqaf l-abort… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-20 ta’ Marzu

Ġwanni 8,31-42

Ġesù qal lil-Lhud li emmnu fih: “Jekk iżżommu fil-kelma tiegħi, tkunu tassew dixxipli tiegħi, u tagħrfu l-verità u l-verità teħliskom.” Qalulu: “Aħna nisel Abraham, u qatt ma konna lsiera ta’ ħadd. Kif tiġi tgħidilna li nkunu ħielsa?” Weġibhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, li kull min jagħmel id-dnub huwa lsir tad-dnub. U l-ilsir ma jibqax fil-familja għal dejjem; imma l-iben għal dejjem jibqa’… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tad-19 ta’ Marzu

Mattew 1,16,18-21.24

Ġakobb nissel lil Ġużeppi, ir-raġel ta’ Marija, li minnha twieled Ġesù li jsejjħulu l-Messija. Mela n-nisel kollu kien, minn Abraham sa David, erbatax-il nisel, minn David sa l-eżilju ta’ Babilonja, erbatax-il nisel; u mill-eżilju ta’ Babilonja sal-Messija, erbatax-il nisel. It-tnissil ta’ Ġesù l-Messija sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm bil-ħidma ta’ l-Ispirtu s-Santu… Kompli aqra »