Arkivji mensili: April 2013

Il-Papa jikteb lill-Italja u lill-Amerika

Pope Francis with Giorgio Napolitano

F’żewġ messaġġi separati l-Papa Franġisku wassal il-ħsibijiet tiegħu f’okkażjoni partikolari – l-ewwel lill-President Taljan Giorgio Napolitano, li reġa’ kien elett President, u t-tieni lill-Isqof ta’ Texas fl-Istati Uniti tal-Amerka wara l-isplużjoni tal-impjant tal-fertilizzant li fil-jiem li għaddew ħalla mal-14-il persuna mejta u mijiet midruba.

Fl-ewwel ittra, il-Papa irrikonoxxa s-sens ta’ sagrifiċċju ta’ Napolitano li reġa’ aċċetta l-Presidenza u wegħdu t-talb tiegħu sabiex isib il-koperazzjoni biex jibni ġejjieni armonjuż, solidali u ta’ tama għall-Italja, anki fi żmien li miegħu iġib inċertezza u sfidi kbar… Kompli aqra »

Il-Messaġġ tal-Arċisqof fil-quddiesa lill-impjegati tad-Dipartiment tal-VAT

Dipartiment tal-VAT, Birkirkara

25 t’April 2013

Mill-ewwel lezzjoni tal-lum, nistgħu naraw San Pietru kif inbidel, ma nafx indunajtux. Tiftakru meta Ġesù lil San Pietru ried jaħsillu riġlejh, u jgħidlu, “Le ma rridekx li taħsilli riġlejja”. Ġesù jgħidlu jiena fl-aħħar mill-aħħar se nispiċċa msallab, ma rridx li inti wkoll tispiċċa msallab. Illum qed nisimgħu lil San Pietru, f’waħda mill-ittri tiegħu kollu ħlewwa ħierġa minnu, bit-tjubija ħierġa minnu, għax San Pietru imbidel… Kompli aqra »

L-Arċisqof jżur il-M.U.S.E.U.M. tas-subien f’Ħal Kirkop

Nhar it-Tlieta 23 t’April 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mas-subien li jattendu l-katekeżi fil-MUSEUM tas-subien, f’Ħal Kirkop, u wara ltaqa’ mal-Katekisti kollha fl-istess post.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

Il-Papa se jamministra l-Konfirmazzjoni

Pope in St Peter's

L-Uffiċċju għaċ-Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi ħabbar li l-Ħadd li ġej, Papa Franġisku se jkun qed jiċċelebra l-ewkaristija u jamministra l-konfirmazzjoni lil dawk li se jitressqu quddiemu wara l-wasla tagħhom f’Ruma f’pellegrinaġġ minn diversi partijiet tad-dinja fl-okkażjoni tas-Sena ddedikata lill-Fidi. Il-quddiesa se ssir fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan fil-5 Ħadd tal-Għid. Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-25 ta’ April

Mark 16, 15-20

U Ġesù qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.” U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla.  … Kompli aqra »

Opinjoni espressa mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent dwar l-iżvilupp propost f’Ħondoq ir-Rummien

L-Iżvilupp propost f’Ħondoq ir-Rummien: X’għandu jiġi kkonsidrat

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI INTERDJOCESANA AMBJENT

Fid-dawl tas-smiegħ tal-appell li hemm ippjanat fir-rigward tal-iżvilupp propost għal Ħondoq ir-Rummien, il-Kummissjoni Interdjocesana Ambjent (KA) tħoss li għanda terġa’ tfakkar lill-pubbliku u lill-awtoritajiet konċernati l-fehemiet tagħha dwar il-proġett. Il-KA tħoss li għandha tagħmel dan għax din il-kwistjoni ambjentali u l-mod kif ittieħdu (jew ma ttieħdux) ċertu deċiżjonijiet jindirizzaw prinċipji bażiċi dwar l-iżvilupp sostenibbli ta’ dawn il-gżejjer… Kompli aqra »

Programm taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa ta’ San Girgor, tas-Sliema

L-Erbgħa, 24 ta’ April

10:30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan fil-Kurja.

Is-Sibt, 27 ta’ April

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur is-Sorijiet Salesjani.

10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekeżi fiċ-Ċentru tad-Duttrina bl-Ingliż.

Il-Ħadd, 28 ta’ April

9.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Knisja Parrokkjali bħala ftuħ tal-Viżta u wara jiltaqa’ man-nies… Kompli aqra »

“L-ewkaristija: Ħobż tal-Ħajja għall-poplu tagħna”

Eucharistic congress

Il-kardinal Tarcisio Bertone, Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, bagħat messaġġ f’isem il-Papa lill-organizzaturi u parteċipanti tal-Kungress Ewkaristiku Nazzjonali fil-Costa Rica bit-tema “L-ewkaristija: Ħobż tal-Ħajja għall-poplu tagħna”. Papa Franġisku stieden lil kulħadd għal intensifikazzjoni tal-ħajja tat-talb biex l-ewkaristija ssir iċ-ċentru veru tal-komunitajiet insara, fejn it-tifħir u r-radd ta’ ħajr ikunu l-impetu għal impenn imġedded lejn l-evanġelizzazzjoni u l-komunjoni ekkleżjali.Qal li jittama li s-Sagrament imqaddes jagħti lill-imgħammda kollha saħħa spiritwali sabiex ikunu kapaċi jibnu dinja iktar ġusta u armonjuża, fuq il-passi u t-tagħlim ta’ Ġesu Kristu… Kompli aqra »

Id-Dar tal-Providenza tagħmel appell dwar ġbir ta’ flus f’isimha

[lang_en]

[lang_mt]

Id-Dar tal-Providenza waslulha rapporti li xi persuna jew persuni qegħdin iħabbtu bieb, bieb u jgħidu Ii qed jiġbru f’isem id-Dar. L-amministrazzjoni tad-Dar tal-Providenza tixtieq tagħmilha ċara li qatt ma tagħti permess biex isir ġbir mid-djar. Fl-imgħoddi kien hemm persuni li tressqu quddiem il-qorti mill-pulizija u nstabu ħatja ta’ frodi. Waqt li tirringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi għall-appoġġ sħiħ tiegħu, id-Dar tal-Providenza tappella lil min irid jagħmel donazzjoni biex jagħmel dan jew billi jżur id-Dar fis-Siġġiewi, jew bil-posta permezz ta’ ċekk, permezz tal-website www.dartalprovidenza.org jew permezz tal-banek li kollha għandhom kont speċjali… Kompli aqra »