Arkivji mensili: April 2013

Djalogi mal-Arċisqof

Hemm stennija kbira għal dawn il-mumenti ta’ djalogu f’din s-sena idedikata lil Fidi. L-Arċisqof Pawlu Cremona jistieden liż-żgħażagħ għal dawn iż-żewġ mumenti indimentikabbli, fil-pjazza tal-Imdina.

L-Arċisqof se jkun qed iwassal messaġġ qasir dwar il-Fidi u t-tifsira tiegħu fil-ħajja kontemporanja tal-lum. Dawk li se jkunu preżenti se jkollom l-opportunita’ li jagħmlu mistoqsijiet jew jikkumentaw fuq il-ħsibijiet tal-Arċisqof.

Link Youths, il-grupp li qed jorganiżżaw din l-event bil-koordinazzjoni tal-KDŻ, se jkunu qed joħolqu atmosfera biex l-esperjenza tkun waħda intensa u intima… Kompli aqra »

Seminar l-Enċiklika ‘Pacem In Terris’

A seminar is being organized to mark the fiftieth anniversary of the promulgation of Pacem in Terris. The seminar, organized by Converse at Palazzo de Piro, Centesimus Annus Pro Pontifice Foundation and the Justice and Peace Commission, will be held under the patronage of Archbishop Paul Cremona O.P., at Palazzo de Piro, Mdina, on the 18th April 2013 between 6.30 pm and 8 pm.   … Kompli aqra »

15 – 21 t’April

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwali u wara jiċċelebra magħhom quddiesa u jiekol magħhom, fis-Seminarju tal-Virtu’.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jiftaħ wirja dwar is-Sena tal-Fidi, imtella’ mill-istudenti tal-iskola tal-Verdala, fil-Kurja.

4.00 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq Radju Marija.

6.30 p.m… Kompli aqra »

F’laqgħa mal-Kummissjoni Bibblika, il-Papa jgħid li l-fidi mhix ktieb imma storja ta’ salvazzjoni

Pope Francis

Il-Ġimgħa filgħodu, il-Papa Franġisku ltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Bibblika Pontifija, immexxija mill-President tagħha l-Arċisqof Gerhard Ludwig Muller – Prefett tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi. Dan seħħ fi tmiem l-assemplea plenarja annwali bit-tema ‘L-ispirazzjoni u l-verita fil-Bibbja’.

Fl-indirizz tiegħu, Franġisku qal li din it-tema ma taffetwax biss lil min jemmen individwalment, imma lill-Knisja kollha, għax il-ħajja u l-missjoni tal-Knisja huma msejsa fuq il-Kelma t’Alla, li qal li hi r-ruħ tat-teoloġija u l-ispirazzjoni tal-eżistenza nisranija… Kompli aqra »

Il-Messaġġ tal-Arċisqof fi f’Ħamis ix-Xirka (Tberik taż-Żjut)

Konkatidral, S. Ġwann

28 ta’ Marzu 2013

Ħuti, aħna qegħdin niċċelebraw din il-quddiesa fil-kuntest tas-sena tal-fidi imnediha mill Papa Benedittu XVI u tajjeb li b’mod speċjali aħna bħala saċerdoti illum nitolbu lill-Mulej ikattarna fil-fidi. Kemm hu sabih, u rridu nirringrazzjaw lil Alla, li f’dawn il-ġimgħat li għaddew aħna stajna nħeġġu u immexxu lill-aħwa Nsara biex jgħixu r-Randan b’mod qawwi, b’mod ta’ fidi… Kompli aqra »

L-Isqfijiet Maltin jilqgħu lin-Nunzju Appostoliku l-ġdid

Nhar il-Ħamis 11 t’April 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna u l-Isqof Emeritu Ġużeppi Mercieca laqgħu lin-Nunzju Appostoliku l-ġdid għal Malta, Mons. Aldo Cavalli, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

50 sena mill-Enċiklika ‘Pacem In Terris’

Illum, 11 ta’ April 2013, jaħbat il-50 anniversarju mill-Enċiklika tal-Papa Ġwanni XXIII Pacem in Terris. Dan l-anniversarju jfakkarna fis-sehem essenzjali tad-drittijiet tal-bniedem sabiex jieqaf kull forma ta’ konflitt vjolenti.

Il-valuri prinċipali li din l-enċiklika ssemmi – id- djalogu, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-promozzjoni tad-drittijiet tal-persuni u d-dmirijiet li jġibu magħhom – jistidnuna nirriflettu biex nifhmu l-kawżi u l-konsegwenzi tal-vjolenza. Dawn il-valuri jagħtu tama ġdida lil dawk kollha li qed ibatu minħabba l-vjolenza… Kompli aqra »

Il-Messaġġ tal-Arċisqof fil-ftuħ tal-Parlament

Konkatidral ta’ San Ġwann

6 ta’ April 2013

Onorevoli Prim Ministru u Sinjura Muscat,

Sidna Ġesù Kristu wiegħed il-paċi lil dawk li kienu madwaru, wegħedhom l-Ispirtu s-Santu u ma qallhom xejn iktar għaliex huma kienu diġa għaddew tlett snin, nistgħu ngħidulhom ta’ apprentistat, miegħu jitgħallmu minn għandu. Dik kienet il-paċi li jimxu fuq dak li qalilhom… Kompli aqra »

Il-Papa jgħid li “għandna nkunu sinjali ċari, viżibbli u brillanti ta’ tama fid-dinja”

Pope's general audience

Fl-udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa, dalgħodu l-Papa Franġisku staqsa xi jfisser għalina l-qawmien mill-mewt ta’ Kristu llum. Fisser li bil-mewt u l-qawmien ta’ Ġesu, aħna lkoll inħlisna mill-isjavitu tad-dnub.  Fi kliemu, li tkun wild t’Alla permezz tal-magħmudija, ma tistax tkun ħaġa li titpoġġa fil-ġenb, anzi għandha twassal biex il-bniedem japprofondixxi r-relazzjoni tiegħu m’Alla.

Pope's general audience

Franġisku kompla jgħid li tentazzjoni qawwija u kostanti li niffaċċjaw bħala bnedmin hija li npoġġu lil Alla fil-ġenb biex fiċ-ċentru npoġġu lilna nfusna… Kompli aqra »