Arkivji mensili: April 2013

Arċipriet ġdid għall-parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Mons. Alexander Cordina bħala arċipriet tal-parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta.

Mons. Cordina twieled fis-7 ta’ Ottubru 1958. Hu rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja Stella Maris College, il-Gżira, fl-iskola sekondarja teknika f’Raħal Ġdid, fis-Sixth Form il-Belt Valletta, u kompla l-istudji terzjarji fil-Fakulta tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta.

Mons… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tad-19 ta’ April

Ġwann  6,52-59

Fuq hekk il-Lhud tlewwmu bejniethom, u bdew jgħidu: “Kif jista’ dan jagħtina ġismu biex nikluh?” Ġesù mela qalilhom: “Tassew tassew ngħidilkom, jekk ma tiklux il-ġisem ta’ Bin il-bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom. Min jiekol ġismi u jixrob demmi għandu l-ħajja ta’ dejjem, u jiena nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum… Kompli aqra »

Djalogi fl-Imdina

Nhar l-Erbgħa 17 t’April 2013, bdew l-ewwel parti tad-Djalogi fl-Imdina, bejn arċisqof Pawl Cremona u ż-żgħażagħ ġewwa l-Pjazza ta’ San Pawl, l-Imdina. Aktar minn 150 persuna ipparteċipaw f’serata ta’ animazzjoni u konverżazzjoni f’abmjent li nħoloq apposta għall-okkażjoni quddiem il-Kattidral ta’ San Pawl.

Id-Djalogi fl-Imdina qed jittellgħu fuq żewġ serati, li jġib flimkien liż-żgħażagħ u lill-arċisqof għal siegħa ta’ skambju… Kompli aqra »

Il-Papa jaħtar kardinali biex jgħinuh bil-pariri tagħhom

Pope chooses Cardinals for advise

Il-Papa Franġisku laqa’ rakkomandazzjoni li ħarġet waqt il-Kongregazzjonijiet Ġenerali tal-Kardinali qabel l-aħħar konklavi, u ħatar grupp ta’ Kardinali sabiex jagħtuh pariri fit-tmexxija tal-Knisja Universali u fit-tfassil ta’ pjan maħsub biex jirrevedi l-Kostituzzjoni Appostolika Pastor Bonus dwar il-Kurja ta’ Ruma. Il-Kardinali huma Giuseppe Bertello, President tal-governat tal-Istat tal-Vatikan; il-Kardinal Francisco Javier Errazuriz Ossa, Arċisqof emeritus ta’ Santiago de Chile, fiċ-Ċili; il-Kardinal Oswald Gracias, Arċisqof ta’ Bombay fl-Indja; il-Kardinal Reinhard Marx, Arċisqof ta’ Munich u Freising fil-Ġermanja; il-Kardinal Laurent Monsengwo Pasinya, Arċisqof ta’ Kinshasa fir-Repubblika Domenikana tal-Kongo; il-Kardinal Sean Patrick O’Malley O.F.M., Arċisqof ta’ Boston fl-Istati Uniti tal-Amerika; il-Kardinal George Pell, Arċisqof ta’ Sydney fl-Awstralja; il-Kardinal Oscar Andres Rodriguez Maradiaga, S.D.B., l-Arċisqof ta’ Tegucigalpa fil-Honduras, fir-rwol ta’ koordinatur; u l-Isqof Marcello Semeraro ta’ Albano fl-Italja fir-rwol ta’ segretarju… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-18 ta’ April

Ġwanni 6,44-51

‘Ħadd ma jista’ jiġi għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja; u jiena nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum. Hemm miktub fil-Profeti, ‘U kulħadd ikun mgħallem minn Alla.’ Mela kull min jisma’ lill-Missier u jitgħallem minnu jiġi għandi. Mhux għax xi ħadd qatt ra lill-Missier ħlief dak li hu minn Alla; hu dan li ra lill-Missier… Kompli aqra »

L-aħħar taħdita fis-serje ‘Żwieġ b’Saħħtu’

L-aħħar taħdita għal din is-sena, fis-serje Żwieġ b’Sahhtu ser issir fit-23 ta’ April 2013 fis-Sala San Pawl tal-Istitut Kattoliku, l-Furjana, fis-7 ta’ filgħaxija. Dakinhar ser ikollna magħna lil Mons. Anton Gouder li ser jispjegalna li:

“Il-familja hi bħal kaboċċa!”

Biex tkun b’saħħitha, il-familja għandha ħafna bżonnijiet u drittijiet – impjieg fis-sod; dar xierqa; sistema ta’ saħħa; mistrieħ u rikreazzjoni… Kompli aqra »

L-Arċisqof fid-‘Djalogi fl-Imdina’

Nhar l-Erbgħa 17 t’April 2013, l-Arċisqof Pawl Cremona O.P. jlaqqa’ l-ewwel Djalogu maż-żgħażagħ ġewwa Pjazza San Pawl, l-Imdina, bejn 7:30pm u 8:30pm. Is-serje ta’ żewġ ‘Djalogi fl-Imdina’, jġibu flimkien lill-Arċisqof u liż-żgħażagħ, fejn ikollom l-opportunità jaqsmu l-ideat tagħhom bejniethom.

Dawn l-iskambji se jittrattaw it-tema tal-Fidi u l-post tagħha fil-ħajja kontemporanja. Dawn il-laqgħat jinkludu wkoll mumenti qosra ta’ talb u animazzjoni… Kompli aqra »

Żjara ta’ korteżija lill-Arċisqof Pawlu Cremona mill-Ispeaker tal-Kamra Tar-Rappreżentanti

Nhar l-Erbgħa 17 t’April 2013, l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Dr Anġlu Farrugia għamel żjara ta’ korteżija lill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. fil-Kurja tal-Arċisqof. L-Ispeaker kien akkumpanjat mis-Sur Ċensu Galea, Deputy Speaker, u miż-żewġ ‘whips’ tal-Kamra, s-Sur Karmenu Abela u s-Sur David Agius.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

Literacy Week

For the second consecutive year, the Literacy Team in collaboration with ‘Let me Learn and Writing Programme within the Secretariat for Catholic Education are organizing a Literacy Week for Church Schools children, entitled “Fairies tell Tales”. The activities are being held at The Mediterranean Conference Centre, Valletta, and at the Lower Barrakka. Over 1000 students will be participating.

The aim is to expose Grade 2 students and their teachers to literacy through hands-on activities in a diverse and interactive way… Kompli aqra »

Il-Messaġġ tal-Arċisqof f’għeluq il-100 sena mill-parroċċa tat-Trinita’ fil-Marsa

Knisja Santissima Trinità, Marsa

12 ta’ April 2013

Ħuti aħna qegħdin hawnhekk biex infakkru l-100 sena minn meta din il-Knisja ġiet ikkonsagrata u saret parroċċa jiġifieri komunità li għandha territorju u li trid tieħu ħsiebu fl-evanġelizzazzjoni. L-Isqof ta’ dak iż-żmien li kien Mons. Pietru Pace, ħalla f’idejn din il-komunita r-responsabbiltà li tevanġelizza dan it-territorju tal-Marsa… Kompli aqra »