Arkivji mensili: April 2013

L-Isqof Awżiljarju jżur Id-Dar tal-Providenza

Nhar il-Ġimgħa 5 t’April 2013, L-E.T. Mons Charles J. Scicluna, Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali ta’ Malta ingħata merħba kbira mir-residenti u ħaddiema tad-Dar tal-Providenza fl-ewwel żjara uffiċċjali tiegħu fid-Dar fis-Siġġiewi. Huwa sab ħin biex jiltaqa’ mar-residenti kollha li kienu miġbura apposta fis-Sala San Pawl flimkien mas-Support Workers u Ability Promoters tagħhom. Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar laqa’ lil-Mons Scicluna f’isem ir-residenti u tkellem dwar il-ħidma li ssir fid-Dar li bhalissa għandha tmienja u disgħin resident li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn it-tmienja u ‘l fuq minn tmenin sena… Kompli aqra »

Il-Papa juri sogħba wara li mietet Margaret Thatcher

Ex British PM Margaret Thatcher

F’messaġġ li bagħat lill-Prim Ministru Ingliż David Cameron, is-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Tarcisio Bertone, f’isem Papa Franġisku bagħat messaġġ ta’ sogħba għall-aħbar u wassal il-kondoljanzi wara l-mewt tal-ex Prim Ministru Ingliż Margaret Thatcher. Il-Kardinal Bertone, qal li l-Papa esprima apprezzament għall-valuri Nsara li kkaratterizzaw l-impenn tagħha għas-servizz pubbliku u l-promozzjoni tal-liberta fost il-pajjiżi differenti.

Is-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan temm jgħid li l-Papa qed iżomm fit-talb tiegħu lill-familja ta’ Thatcher u l-poplu kollu fir-Renju Unit… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ftuħ f’Ħal Kirkop

[lang_en]

[/lang_en]

[lang_mt]

Nhar il-Ħadd 7 t’April, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra l-quddiesa tal-ftuħ taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa ta’ Ħal Kirkop, u wara iltaqa’ man-nies.

AGĦFAS HAWN biex issegwi l-programm tal-Viżta Pastorali f’Ħal Kirkop

[/lang_mt]

[lang_en]

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

Jum il-Karita’ 2013

Nhar il-Ħadd li ġej, 14 ta’ April, 2013, it-Tielet Ħadd tal-Għid, il-Knisja f’Malta tiċċelebra JUM IL-KARITA’.

Il-motto li ntgħażel mill-Kumitat Organizzattiv tas-Segretarjat Ħidma Soċjali u ta’ Karita’ hu “POPLU LI JEMMEN…IĦOBB”.

Mill-offerti li se jaghti l-poplu t’Alla waqt il-quddiesa tas-Sibt filghaxija u tal-Hadd, 13-14 t’April, se jibbenefikaw id-Djar tat-tfal, id-Djar tal-anzjani, Dar Pirotta, Id-Dar tal-Providenza, is-Segretarjat Emigranti u Refugjati, is-Segretarjat Assistenza Socjali tal-Azzjoni Kattolika Maltija u l-Agenzija CARITAS… Kompli aqra »

Titlaqqa’ l-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Moviment ta’ Kana

Nhar is-Sibt 6 t’April 2013, tlaqqgħet il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Moviment ta’ Kana, li saret fiċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazjoni (ĊAK) f’Birkirkara. Il-laqgħa ġiet indirizzata minn Dun Joseph Mizzi, Direttur, u Dr. Arthur Galea Salomone, President. Il-laqgħa ġiet fi tmiemha permezz ta’ ndirizz mill-E.T. Mons Arċisqof Pawlu Cremona O.P.

Diskors ta’ Dun Joe Mizzi, Direttur tal-Moviment ta’ Kana

Għeżież ħbieb,

Merħba u s-sliem lil kulħadd… Kompli aqra »

Fr Grennan jiltaqa’ mal-membri tal-Ordni Sekulari Karmelitan Tereżjan

Il-Ġimgħa, 5 ta’ April 2013, il-membri tal-Ordni Sekulari Karmelitan Tereżjan inġabru fis-Sala “Madonna tal-Karmnu”, B’Kara, għal-laqgħa straordinarja mad-Definitur Ġenerali tal-Ordni, P. John Grennan ocd. Hu ħeġġiġhom biex jgħixu r-Regola billi jżommu lil Kristu fiċ-ċentru ta’ ħajjithom u saħaq biex jibnu l-ħajja spiritwali tagħhom fuq tliet pedamenti: l-umiltà, imħabba u distakk skond ma tgħallem Santa Tereża ta’ Ġesù.

Għal iktar tagħrif wieħed jista’ jżur il-website http://www.oskt.wordpress.com Kompli aqra »

“Huwa l-isem ta’ Ġesu li jsalva” – Il-Papa

Pope Francis

Fl-aħħar jiem il-Papa ssokta bir-riflessjonijiet tiegħu relatati ma’ kif il-qawmien ta’ Kristu mill-mewt jistruttura ħajjitna u l-istorja umana. Il-Papa rrakkonta storja u qal li ħaddiem umli fil-Kurja ta’ Buenos Aires, missier ta’ tmint itfal li ilu jaħdem hemm għall-aħħar tletin sena, qabel ma jibda x-xogħol li jkollu jagħmel dejjem jippronunzja l-kelma ‘Ġesu’. U Franġisku qal li darba staqsieh għalfejn, bir-raġel iwieġbu li meta jagħmel hekk, iħossu b’saħħtu, iħossu abbli li jagħmel xogħlu għax jaf li Ġesu miegħu u jieħu ħsiebu… Kompli aqra »

“Tibżgħux tħabbru lil Kristu Rxoxt” – Papa Franġisku

Pope Francis Largo Beato Giovanni Paolo II

Waqt ir-reċita tal-Angelus, Papa Franġisku ġedded l-awgurju tal-Għid bil-kliem ta’ Kristu nnifsu meta qam minn bejn l-imwiet: ‘il-paċi magħkom’. Dan qal li hu d-don prezzjuż li Kristu joffri lid-dixxipli tiegħu wara li għadda mill-mewt. “Alla ta d-don tal-paċi tiegħu lid-dinja, don li hu frott ir-rebħa li għamel Kristu fuq il-mewt u fuq il-ħażen. Huwa d-don tal-ħniena li ġġib il-maħfra”, kompla… Kompli aqra »

8 – 14 t’April

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

6.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija fid-Domus, bħala parti miż-Żjara Pastorali fil-parroċċa ta’ Ħal Kirkop.

7.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, il-Kummissjoni Implimentazzjoni tas-Sinodu u l-Kunsill Ekonomiku fid-Domus, f’Ħal Kirkop.

It-Tlieta

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, f’Tal-Virtù, r-Rabat.

L-Erbgħa

10.00 a.m… Kompli aqra »